Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 opinjoni Il-lobbying u l-eżerċizzju tal-poter Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Għandha d-dritt li nkunu nafu min u kif qed ifittex li jinfluwenza l-proċess tad-deċiżjonijiet M eta niddiskutu l-politika dwar ir-regolamentazzjoni tal-lobbying bosta drabi jqum l-argument dwar dawk il-politiċi li hekk kif jispiċċaw mill-poli- tika attiva jingħataw responsabbiltajiet f 'azjendi kbar. Din nirreferu għaliha bħala politika tar-"revolving door", im- semmija għal dawk il-bibien tal-lukandi li jduru u li hekk kif tidħol fiċ-ċirku tagħhom, malajr tispiċċa ġewwa. L-eżempju klassiku li jissemma hu l-ingaġġ ta' Josè Manuel Barroso li sa ħames snin ilu kien President tal-Kummissjoni Ewropea mill-bank multinazzjonali Goldman Sachs. Il- kumitat tal-etika tal-Unjoni Ewropea kien iddeskriva l-imġiba ta' Barroso bħala waħda li kienet etikament ħażina avolja kien konkluża li ma kien hemm l-ebda ksur tal-Kodiċi tal-Etika. Imġiba bħal din hi meqjusa bħala parti integrali mill-proċess tal-lobbying li jeħtieġ li jkun irregolat b'mod adegwat. F'Malta dawn l-affarijiet nagħmluhom "aħjar" minn hekk għax l-anqas regoli dwar imġiba ta' din ix-xorta ma għandna! Fost oħrajn, dan huwa riżultat tal-fatt li ma kienx hemm qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni fil-Parlament dwar ir-regolamentazzjoni tal-lobbying meta kienet qed tkun diskussail-liġi dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Allura pposponew id-diskussjoni billi tefgħuha f 'ħoġor il-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler, bl-inkarigu li jkun hu li jabbozza r-regoli proposti dwar il-lobbying f 'Malta. F'Malta dan fil-fatt seħħ ukoll fil- passat riċenti mhux biss meta John Dalli kien ingaġġat mal-Grupp tal-Marsovin imma wkoll meta l-Grupp Corinthia, fi żminijiet differenti, ingaġġa kemm lis-Sur Dalli kif ukoll lil Karmenu Vella, li għadu kif temm perjodu ta' ħames snin bħala Kummissarju tal-Unjoni Ewropea. Ma nkisrux regoli minħabba li l-imġiba etika f 'dan il-pajjiż hi ġeneralment injorata. Ir-reazzjoni lokali għal dan l-ingaġġ ta' politiċi ġeneralment kienet: għala le? Hu loġiku li nikkonkludu li jekk f 'Malta niġu naqgħu u nqumu milli nirregolaw kif fid-dinja tan-negozju u l-industrija jingaġġaw malajr politiċi li jkunu għadhom kif spiċċaw mill-ħatra, aħseb u ara kemm ser nagħtu kas meta nies tan-negozju jiġu ingaġġati huma stess f 'pożizzjonijiet viċin il-politiċi biex b'hekk jinfluwenzaw u jirregolaw l-aġenda pubblika. Wara skiet twil, f 'wieħed mill- messaġġi qosra, qishom it-talba ta' filgħodu, li qed jippubblika fuq facebook, Varist Bartolo, qalilna kemm hu perikoluż li nies tan-negozju jkunu viċin iżżejjed tal-poter. Probabbilment li qed jitkellem mill-esperjenza, wara li hu u sħabu fil-Kabinett kienu qed jiffaċċjaw lil Keith Schembri għal kważi seba' snin sħaħ fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. U dan mhux l-uniku każ. Meta l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika jkollu l-ħin biex ifassal regoli dwar il-lobbying, dan kollu, bla dubju, ikun wieħed mill-punti fundamentali li jkunu meħtieġa illi jkunu indirizzati. F'konformità ma' dak li jiġri band'oħra, probabbilment li jikkonsidra regolament li ma jippermettix li l-qabża mis-settur politiku għal dak kummerċjali jseħħ immedjatament. Dan ikun ifisser li ħatriet ta' din ix-xorta jkollhom jistennew bejn sena u nofs u sentejn minn meta tkun ġiet fi tmiemha l-ħidma fis-settur li fiha l-persuna tkun ħadmet l-aħħar. Dan isir bl-intenzjoni li jkun imnaqqas l-impatt negattiv tal-lobbying li inevitabbilment jirriżulta u li jkun intrinsikament assoċjat ma' dawn it-tip ta' ħatriet. Qegħdin tard ukoll biex ikun regolat il-lobbying b'mod ġenerali. Ir-rimedju bażiku kontra l-impatti negattivi tal- lobbying hi t-trasparenza. Il-lobbying, kemm-il darba jsir sewwa u b'mod etiku m'għandux iwassal għal governanza ħażina. Għax huwa perfettament leġittimu li ċittadin, gruppi ta' ċittadini, kumpaniji u anke għaqdiet mhux governattivi jfittxu li jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan isir il-ħin kollu u jinvolvi l-komunikazzjoni ta' informazzjoni u opinjonijiet jew veduti lill-leġiżlaturi u lil dawk li jamministraw minn kull min għandu kwalunkwè xorta ta' interess. Dan hu perfettament leġittimu għax iżomm lil min jieħu d-deċiżjonijiet infurmat bl-impatti ta' dak li jkun qiegħed ikun ikkunsidrat. Imma huwa importanti li dan il-lobbying ma jkunx trasformat fi proċess li bħala riżultat tiegħu l-politiku jagħmel il-wisa' u d-deċiżjonijiet fil-fatt jeħodhom ħaddieħor mid-dinja tal-business. Il-lobbying jirrikjedi ammont konsiderevoli ta' transpareza: Hu essenzjali li jkun sganċjat mis-segretezza jew kunfidenzjalità artifiċjali. Fejn il-lobbying hu regolat dan isir billi l-laqgħat jew attivitajiet oħra li jservu għal-lobbying jingħataw pubbliċità biex b'hekk ikun possibbli li jsir skrutinju mill-opinjoni pubblika. Il-minuti ta' dan it-tip ta' laqgħat ikunu pubbliċi kif għandu jkun ukoll kull dokument u studju assoċjat. Għandha d-dritt li nkunu nafu min u kif qed ifittex li jinfluwenza l-proċess tad-deċiżjonijiet. Dan jassigura li l-lobbying ma jkunx użat bħala għodda sigrieta biex iħarbat il-proċess demokratiku li bih jittieħdu d-deċiżjonijiet politiċi. Din hi waħda mill-problemi ewlenin li tat kontribut biex tixxettel il-kriżi politika preżenti f 'Malta: in-nuqqas ta' apprezzament tal-ħtieġa ta' mġiba etika korretta f 'kull ħin fil-ħajja pubblika. Problema li jeħtieġilna li niffaċċjawha immedjatament.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019