Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Meta tiġi opportunità aħtfuha u agħmlu l-almu tagħkom biex turu x'tafu' illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Nicholas Pulis - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li huwa plejer ferm importanti kemm ta' Valletta kif ukoll tat- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn mindu kelli biss erba' snin bis-saħħa ta' missieri meta kien jeħodni nilgħab miegħu l-futbol u eventwalment ħajjarni biex nibda nitħarreġ ma' tim minn età żgħira. X'tikkummenta fuq l-esperjenza prezenti tieghek ma' Valletta? Hija esperjenza sabiħa ħafna hekk kif bħala tim dejjem inkunu hemm biex nirbħu l-Kampjonat Premier u l-FA Trophy u l-istennija li jkun hemm kemm min-naħa tal-partitarji kif ukoll għax aħna l-Belt tgħinni biex nikber kemm bħala plejer kif ukoll bħala bniedem. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu bħala tim matul l-aħħar staġun? Naħseb li l-istaġun li għadda kellu t-tlugħ u nżul tiegħu imma bl-esperjenza tal-plejers fit-tim u l-istaff kollu speċjalment il- kowċ Gilbert Agius li ħa t-tim f 'mument naqra diffiċli bqajna hemm sal-aħħar u bis-saħħa ta' hekk wasalna biex sirna champions għal darb'oħra. X'fisser għalik il-fatt illi sirtu champions? Dak li tħoss meta tikkonferma li int champion huwa indeskrivibbli speċjalment meta tirbaħ il-kampjonat b'decider fejn l-emozzjoni u l-pressjoni jkunu kbar. Hija esperjenza sabiħa immens u nħossni fortunat li fformajt parti minn dan it-tim. X'tikkummenta fuq il-kowċ Darren Abdilla u l-president Victor Sciriha? Huma żewġ persuni li qegħdin fuq quddiem imexxu l-klabb - Il-president minn aspett ta' kumitat u l-kowċ li jaħdem magħna b'mod regolari fuq affarijiet ta' futbol. Nista' ngħid li mit-tnejn sibt sapport kontinwu fi żminijiet kemxejn iebsin u nixtieq nirringrazzjahom tal- fiduċja li qed juru fija. X'emozzjoni ħassejt wara li matul l-istaġun li għadda, skorjajt l-ewwel gowl tiegħek bil-flokk ta' Valletta kontra Hibernians? L-emozzjoni li ħassejt kienet xi ħaġa indeskrivibbli. Kont ilni nistenna dan il-mument li fl-aħħar wasal u stajt ngħin lit-tim biex inġibu d-draw u eventwalment ngħaddu għall- fażi sussegwenti tal-FA Trophy. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Jiena naqbel li jkun hemm dan l-ammont ta' timijiet fil-Premier. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt fil-Kampjonat Premier? Matul l-istaġun li għadda, ħassejt li fil-bidu tal-kampjonat kien hemm diskrepanza kbira bejn it-timijiet li kienu 'l fuq fil-klassifika u dawk li kienu daqsxejn 'l isfel iżda minn wara Jannar il-logħbiet saru iżjed bbilanċjati u kumbattuti u naħseb li l-livell għola. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Personalment, ma naqbilx hekk kif hekk inkunu qed innaqqsu l-opportunitajiet ta' żgħażagħ li jiġihom iċ-ċans li juru x'jafu u li huma kapaċi daqs kwalunkwe barrani li jiġi jilgħab hawn Malta. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Nemmen li fit-tim tagħna hemm livell tajjeb ta' barranin kif ukoll ta' Maltin hekk kif hemm seba' plejers li jilagħbu b'mod regolari mat-tim nazzjonali. Kollox ma' kollox, naħseb li l-barranin ta' timijiet oħra fil- kampjonat huma ta' livell tajjeb. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Matul l-istaġun li għadda, lgħabna f 'kull grawnd u nemmen li l-grawnds li lgħabna fihom huma kollha miżmumin tajjeb għalkemm bħala plejer nippreferi meta nilagħbu fl- Istadium Nazzjonali hekk kif il-kundizzjonijiet tiegħu huma iżjed pjaċevoli minn dawk ta' grawnds oħra. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? Naħseb li kollox ma' kollox, il- kontroll tar-referis kien wieħed tajjeb. Irridu nqisu li kulħadd jiżbalja għax kulħadd uman u nemmen li dawn l-iżbalji kienu limitati ħafna u b'hekk nemmen li kellhom kontroll tajjeb tal- logħob. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Trid tagħmel ħafna sagrifiċċji speċjalment ta' ħruġ u ikel li tiekol. Trid tara kif titħarreġ dejjem bl-aħjar mod possibbli u jekk jista' jkun tipprova tagħmel naqra iżjed milli jagħmel ħaddieħor. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal- istudju tiegħek u mal-futbol? Jien għadni student fl- Università ta' Malta. Hija diffiċli meta tkun trid tlaħħaq mat- taħriġ kif ukoll tistudja u tattendi għal-lezzjonijiet. Naħseb li l-motivaturi prinċipali tiegħi huma l-familja tiegħi li dejjem jappoġġjawni kemm fl-iskola kif ukoll fil-futbol biex nipprova nlaħħaq magħhom it-tnejn. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Jien ħerqan biex nibqa' nitgħallem mill-plejers ta' esperjenza li għandna fit-tim tagħna u jekk Alla jrid nasal biex nilgħab senior team football b'mod internazzjonali. Hija xewqa wkoll tiegħi li jekk tiġi opportunità mmur nilgħab barra minn Malta. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq nawgura lil kull plejer żagħżugħ biex ikollu suċċessi fil-futbol u nixtieq ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom u meta tiġi opportunità jaħtfuha u jagħmlu l-almu tagħhom biex juru x'jafu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019