Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum CHRIS FEARNE NADIF, RETT U DETERMINAT IMMA MA JISPIRAX ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Chris Fearne. Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej Laburista, kif ukoll responsabbli mill-qasam tas-Saħħa għal snin issa, kemm bħala Segretarju Parlamentari u anke Ministru. Huwa t-tielet kandidat li l-aktar kiseb voti fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 wara Joseph Muscat u Simon Busuttil. Huwa kien kandidat fuq it-tielet u r-raba' distrett li jinkludi Raħal Ġdid, minn fejn huwa l-istess Fearne. Imma l-Labour jaqbillu b'Fearne? L-ILLUM tanalizza. 'Fearne politiku rett u nadif' Ormaj, kulħadd jaf li bħalissa l-pajjiż għaddej minn kriżi politika ta' kobor u gravità li qatt ma ra bħalha, Kulħadd qed jibda jaċċetta bil-mod il-mod li messejna l-qiegħ u dan huwa l-akbar skandlu li qatt esperjenzat Malta. Dan allura qed joħloq dejjem aktar sens ta' urġenza u realizzazzjoni li hemm bżonn 'mexxej nadif ', li ma jerġax jispiċċa kif spiċċa Muscat, f 'nofs implikazzjonijiet itiru minn kullimkien li l-qtil ta' ġurnalista nħema fil-kurituri ta' Kastilja u li dawk qrib tiegħu fetħu kumpaniji fil-Panama. Fearne huwa meqjus 'nadif ' u primarjament din l-immaġini bnieha Fearne stess, bl-għajnuna tal-Partit Nazzjonalista. Iva, tal-Partit Nazzjonalista. Nibdew minnu. Fearne, minkejja li kellu Ministeru kbir ma daħalx f 'gażibi ta' kuntratti dubjużi u li dwarhom qamu mistoqsijiet għajr tal-VGH li kien iffirmat mill-Ministru Konrad Mizzi qablu. Fi żmien meta faqqgħu skandli serji, ibda mill-Cafè Premiere u l-esproprijazzjoni mingħand Gaffarena, sal-uħ tal- kumpanija fil-Panama u anke korruzzjoni fil-Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada, Fearne dejjem deher li hu 'l fuq minn dawn l-iskandli. Imbagħad hemm il-Partit Nazzjonalista. Dan għal żmien twil issa bena immaġini ta' Fearne bħala politiku nadif, biex jitfa' f 'dellijiet itqal fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dan apparti li l-PN kien jaf sew, kif jaf kull min għandu idea tas-sentimenti f 'Kastilja f 'dawn l-aħħar sitt snin, li kien hemm antipatija lejn Fearne minn ħafna minn dawk madwar Muscat, inkluż u speċjalment minn Konrad Mizzi. Għalhekk it-tama kienet li l-istrateġija twassal biex tifred lil Fearne mill-kollegi tiegħu. Dan huwa ppruvat mill-fatt li Fearne għandu rata ta' approvazzjoni għolja fi ħdan il-PN, tant li l-aħħar stħarriġ tal- Mediatoday juri li 27.6% tal-votanti Nazzjonalisti fl-2017 jafdaw aktar lil Fearne aktar minn Delia. Fil-fatt l-istrateġija tal-PN li jgħolli lil Fearne 'l fuq minn Keith u Konrad, issa tista' ddur kontra l-PN stess. Jekk ikun elett Fearne ħa jkun hemm Prim Ministru li l-PN ipprova jitfa' f 'dawl sabiħ, biex jitfa' lil ħaddieħor f 'dawl ikrah. 'Fearne politiku rett u nadif'. Il-popu hekk irid? Interessanti iżda illi minkejja din l-urġenza għal 'politiku nadif ', wieħed għandu jistaqsi jekk il-maġġoranza tal- poplu jridx dan. Fl-2017, il-Partit Labusrista mar għall-elezzjoni b'informazzjoni dwar il- kumpaniji fil-Panama (mhux 17 Black), bil-kuntratt mal-VGH għadu attiv u bil-kwistjoni Egrant imdendla fuq ras Joseph Muscat. Għalkemm ma konniex nafu kemm hi kbira l-kwistjoni u kemm għandha għeruq fondi daqskemm nafu llum, kieku l-politika nadifa verament kienet prijorità għall-maġġoranza tal- poplu, il-PL ma kienx jirbaħ b'40,000 vot. Allura fil-verità l-poplu jrid politiċi meqjusin bħala 'indaf '? L-istorja tgħallimna. Alfred Sant eks Prim Ministru u Mexxej Laburista kien meqjus politiku nadif fi ġlieda kontinwa kontra l-barunijiet tad- droga u l-ħbieb tal-ħbieb tal-Gvern. Sant beda diversi kruċjati fuq diversi każi, fosthom il-laqgħa li Eddie Fenech Adami kellu ma' Żeppi l-Ħafi f 'San Ġiljan. Sant ma tpoġġiex fil-Gvern bi swing ta' 20,000 vot minħabba dawn it-tip ta' stejjer, imma primarjament minħabba l-introduzzjoni tal-VAT u l-cash resgisters u l-għoli tal-ħajja. Fil-Gvern huwa ma kien qatt iffaċċjat bi skandli u huwa magħruf bħala l-Prim Ministru li vera beda jipprattika l-Malta Tagħna Lkoll. Mhux talli ma kienx ippremjat talli fl-ewwel opportunità tneħħa mill-Gvern bi swing oħra ta' 20,000 vot. Simon Busuttil kien meqjus ukoll bħala politiku nadif, fil-fatt il-ġlieda tiegħu kienet u għadha kważi esklussivament fuq il-korruzzjoni. Minkejja dan ilkoll nafu li dan is-suġġett ma ġablux wisq voti, anzi tilef. Chris Fearne huwa l-favorit fit-tiġrija għal Prim Ministru għax meqjus bħala 'nadif'u 'rett'. Imma, minkejja kollox il-poplu mexxej rett u nadif irid? Fiex huwa b'saħħtu u fiex huwa batut? U se jġib l-għaqda jew saru wisq kompromessi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019