Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 F'Malta l-ideat tan-nepotiżmu u l-pjaċiri dejjem baqgħu b'saħħithom għalkemm kien dan il-Gvern li waqqaf sistema mill- aktar effiċjenti biex jara illi jinqata' l-għatx għall-klijentaliżmu. Il-politiku f 'pajjiżna għadu rrigwardat minn sezzjoni tal- popolazzjoni bħala baqra li teħleb għall-ġid individwali u huma l-politiċi stess joħolqu aspettattiva għal dan il-klijentaliżmu. Wieħed irid jara kif se jirreaġixxu n-nies jekk Fearne jipprova jaqta' din il-prattika f 'ġieħ l-indafa u politika differenti. Nuqqas ta' kariżma u delivery fqir Jekk hemm qbil ġenerali li Fearne huwa nadif, daqstant ieħor hawn qbil li Fearne mhuwiex l-aqwa oratur, anzi. Fl-1 ta' Mejju u f 'attivitajiet tal-massa waqt il-kampanja tal-elezzjoni għall- Parlament Ewropew din is-sena stess, Fearne ma impressjona assolutament xejn bil-mod kif wassal il-messaġġ tiegħu u din hija problema. L-ewwel u qabel kollox hija problema għax Fearne jkun qed jieħu post Prim Ministru li jekk xejn, kellu abilitajiet impekkabbli fit-twassil tad-diskorsi. Bla dubju se jkunu qed isiru tixbigħat bejn it- twassil tad-diskorsi ta' Muscat lill-massa ma' dawk ġeneralment inkongruwenti u li ma jispirawx ta' Fearne. Dan huwa żvantaġġ li Fearne se jkollu jipprova jegħleb jekk irid illi l-messaġġ tiegħu jasal u jikkonvinċi. Għal dawk li qatt ma kellmuh, Fearne jista' jidher aktar riservat u mhux daqstant kariżmatiku, iżda din jista' jegħlibha fl- ewwel ġranet, jekk ikun elett. X'se jagħmel b'Keith u Konrad? Il-mistoqsija tad-deheb u li se tagħmel id-differenza kollha fis-suċċess ta' Fearne jew ta' kwalunkwe mexxej ieħor (imma b'mod speċjali Fearne) hija x'se jagħmel b'Keith Schembri u Konrad Mizzi. Keith Schembri: minkejja li kellu l-waqa' inglorjuża u prattikament illum huwa mibgħud minn ħafna Laburisti, il-poter u l-kuntatti li għandu Schembri m'għandhomx ikunu ssottovalutati. Schembri, issa qed nitgħallmu wkoll, mhux biss għandu tentakli fil-midja u fil- klassi politika imma wkoll fil-Pulizija bl- allegata ħbiberija mill-qrib mal-Ispettur Keith Arnaud. Keith Schembri għandu ħbiberiji sodi ma' diversi membri tal-kabinett u dawn jista' jużahom għall-vantaġġ tiegħu biex jerġa' jkollu xi forma ta' saħħa. Sa issa minkejja l-fondoq li fih jinsab il-Gvern, il-Prim Ministru għadu ma ddistakkax lilu nnifsu b'mod assertiv kontra Schembri. Din Fearne jrid jagħmilha. Anzi Fearne jaqbillu jiddistakka kemm jiflaħ lilu nnifsu minn Schembri jekk irid jagħti sinjal li huwa differenti u qed jibda mill-bidu. Konrad Mizzi: jekk fil-każ ta' Keith Schembri l-affarijiet huma ċari, mhux l-istess fil-każ ta' Konrad Mizzi. Minkejja li dan irriżenja, għadu mhux ċar għaliex irriżenja ladarba mhuwiex suspettat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ladarba hu dejjem qal li m'għandux għarfien ta' 17 Black. Jista' jkun li Fearne għandu pressjoni biex Konrad Mizzi jerġa' jidħol fil- Kabinett, minn Mizzi stess u mid-diversi nies li jappoġġjawh u li mhumiex it. Jekk iżda jdaħħal lil Konrad Mizzi daqshekk kmieni fil-karriera tiegħu bħala Prim Ministru, Fearne jkun qed jintrabat mal-istess karru li niżżel lil Muscat u jkun qed jgħaddi l-messaġġ illi għalih ukoll mhux problema li Ministru jiaħ kumpanija sigrieta f 'ġurisdizzjoni maħmuġa u li hija marbuta ma' kumpanija li sidha qed ikun akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan apparti li għad fadal rapport tal- Awditur Ġenerali x'joħroġ dwar il-kuntratt tal-VGH u inkjesta kriminali dwar l-istess kuntratt li ra tliet sptarijiet jgħaddu għand l-istess kumpanija. Pass bħal dan ikun illoġiku u fatali. Imma fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha l-loġika mhux dejjem tidetta lil fejn tkun se tmur is-sitwazzjoni. Se jgħaqqad? Huwa diffċili naslu għal din il- konklużjoni issa, mingħajr ma neżaminaw il-karattru ta' Fearne. Sa issa, jidher li għaqqad lil ħafna Ministri warajh, anke dawk li qatt ma kellhom wisq grazzja miegħu. Din minnha nnfisha turi li Fearne kapaċi jagħmel dak li ma jidhirx possibbli u jsib kompromessi tajbin biżżejjed biex żamm lill-Kabinett kumpatt. Naturalment l-għaqda se tiddependi ħafna fuq il-kompromessi li saru issa u jekk saru kompromessi li ma jistgħux ikunu rispettati jew li Fearne m'għandu ebda intenzjoni li jirrispetta. Ara paġni 6 u 7 għall-analiżi dwar Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019