Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398
07 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 L-underdog Abela huwa meqjus xi ftit jew wisq l-underdog f 'din it-tiġrija li għal ħafna diġà donnu fatta li Fearne se jirbaħha. Filwaqt li l-poter tal-kabinett, għal raġunijiet ġenwini jew le, qed jingħaqad wara Fearne, Abela jitħalla xi ftit jew wisq waħdu jaqdef il-mewġ kontra l-kurrent ta' kabinett sħiħ. Din tal-underdog Muscat użaha u għal xi żmien kienet effettiva. Jekk jirbaħ Abela, kontra kull mistenni, ir-rebħa tkun ikbar minn sempliċi maġġoranza u tkun turija illi Abela kapaċi jagħmel dak li ħadd ma jistenna b'element ta' sorpriża. Din hija karatteristika pożittiva f 'mexxej, li turi kif politku kapaċi jaħsad lill-avversarji tiegħu meta l-inqas li jistennew. Anke hawn iżda, għadu kmieni wisq biex wieħed jislet xi forma ta' konklużjoni. Nuqqas ta' għarfien anke fuq Keith u Konrad Anke jekk, kif diġà għidna f 'paġni 4 u 5, Keith Schembri politikament huwa kważi spiċċut hu għandu s-saħħa li juża ħbieb u kuntatti biex jerġa' lura. Konrad Mizzi, kif għidna wkoll f 'paġni 4 u 5, iktar u iktar se jipprova jidħol fil-qalba ta' Gvern ġdid, bla dubju. Minkejja kollox sal-ħin li ġiet ippubblikata din l-analiżi mhux ċar Abela x'jagħmel b'Konrad Mizzi. Jekk idaħħal lil Mizzi, bħal Fearne, Abela jibda b'sieq ħażina u jkun qed jitfa' dell u mistoqsijiet fuq il-Gvern tiegħu. Se jappoġġjah il-kabinett? U finalment tibqa' mistoqsija importanti, il-kabinett li ħareġ jappoġġja lil Fearne imma mhux daqstant lil Abela, se jappoġġja lil Robert Abela jekk dan isir Prim Ministru. Minkejja ħafna kliem dwar għaqda, jekk il-kabinett b'xi mod ma jaċċettax riżultat ikun qed iħares lejn sitwazzjoni li hija simili għal dak li għaddej minnha l-PN fejn ħafna fil-Grupp Parlamentari għadhom mhux qed jaċċettaw lil Delia bħala Kap. Għalkemm dan jista' jkun xenarju li jidher impossibbli, jista' jiġri speċjalment jekk Abela ma jżommx (u probabbilment mhux se jżomm) mal- pjanijiet ta' Fearne. Intant ma laħaqx għadda wisq ħin qabel, kemm Fearne u anke Abela ħarġu jgħidu illi Konrad Mizzi m'hemmx postu fil-Kabinett li potenzjalment imexxu huma. Fearne qalha mas-sit Lovin' Malta u wara kkwalifikaha fuq Dissett billi kkonferma u qal imma illi din kienet l-għażla ta' Mizzi nnifsu, qabel ma kienet tiegħu. Robert Abela, fuq Dissett ukoll kien dirett meta qal illi minkejja ħbiberija li għandu ma' Mizzi hu għamilhielu ċara illi fil-kabinett tiegħu Mizzi m'għandux post. Din mhux neċessarjament niżlet tajba ma' ħafna Laburisti akkaniti li tul dawn l-aħħar snin emmnu (u kienu mħeġġa jemmnu) illi Mizzi huwa wieħed mill- aqwa Ministri tal-Gvern u li kienet tkun ġennata kieku Muscat ġiegħlu jirriżenja. Naturalment allura s-sentimenti ta' dawk li se jiġru għat-tmexxija tal-partit, ħasdu mhux ftit lil ħafna Laburisti. Mhux biss li Mizzi mhux se jingħata Ministru ħasdet lil bosta iżda anke l-fatt din saret b'tant ħeffa litteralment madwar siegħa minn meta ħabbru l-kandidatura tagħhom. Bla dubju dawn dehru illi b'ħeġġa riedu jarmu lil Konrad Mizzi u ma jkollhom l-ebda rabta ma' politiku, li minn eroj spiċċa mazzra għall-Prim Ministru tal- futur. Din turi diversi affarijiet. L-ewwel nett turi l-krudeltà tad-dinja politika, fejn inti tajjeb daqskemm inti benefiċċju għall- partit jew għall-mexxej. Din rajnieha tiġri ħafna drabi, mhux b'Konrad Mizzi biss. It-tieni nett turi wkoll element ta' rabja jew sentiment li tħalla fid-dlam fejn ma jiġix innutat. Hu improbabbli ħafna, li dan is-sentiment kontra Mizzi twieled mil-lum għal għada u kien ilu jinġema', probabbilment minn mindu faqqgħet il-kwistjoni Panama. Fl-aħħar nett turi wkoll illi kemm Fearne u anke Abela mhu se jħallu xejn għall- fortuna u ma tantx huma lesti illi jorbtu l-vapur ma' baga li se tniżżilhom 'l isfel. Jarmu lil Konrad siegħa wara li tefgħu n-nomina Bħalissa l-poplu, speċjalment il-Laburisti, għandhom bżonn ħafna ċertezza u stabbilità, fi żmien ta' taqlib politiku serju