Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 analiżi IL-ĦADD 15 DIĊEMBRU 2019 • illum Tliet ġimgħat ta' protesti…imma NADER KABAR Malta għadha kif esperjenzat tliet ġimgħat ta' protesti kważi bla waqfien. Dak li esperjenzajna fit-toroq tal-Belt matul dawn l-aħħar ġranet, mill-folla rrabjata u dejjem tikber, għat-tfigħ tal- bajd, għoġob lil ħafna u dejjaq lil ħafna oħrajn. Din il-gazzetta tagħti ħarsa qasira lejn l-aktar mumenti kruċjali ta' dawn il-protesti li laqqgħu taħt l-istess umbrella nies ta' fehmiet differenti: nies li jobogħdu l-Labour, votanti tal- Labour, attivisti ta' Delia, dawk li jridu l-Delia 'l barra u dawk li qatt ma kellhom affiljazzjoni ma' partit. Jgħaddu sentejn mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia Is-16 ta' Ottubru, it-tieni anniversarju tal-qtil ta' Daphne. Jinġabru eluf ta' nies ħdejn il- Qorti, fosthom Manuel Delia, Repubblika u Reporters Without Borders. Manuel Delia, blogger u wieħed mill-imħuħ tal- kampanja li tfakkar lil Daphne Caruana Galizia kien qal li "Serraħna rasna għax dħalna fl-Unjoni Ewropea … għalina li ħsibna li fl-Ewropa nsibu l-ħelsien, qatt ma ħsibna li ġurnalista tinqatel għax kienet qed tagħmel xogħolha". Barra Delia, tkellmu wkoll numru ta' nies oħra, bħal Marion Pace Axiaq, eks kandidata tal- PN, li qalet li "dawk li huma mwerwrin minn Daphne qed jagħmlu minn kollox biex inessuha". Nimxu 'l quddiem lejn l-20 ta' Novembru, fejn bdiet protesta oħra quddiem Kastilja. Organizzata mill-gruppi Occupy Justice u Repubblika, din kienet l-ewwel protesta li eskalat. Fiha dawk li ipprotestaw kienu qed jesiġu li l-Prim Ministru għandu jirreżenja, jew biex il-Parlament ineħħih mill-pożizzjoni tiegħu. Wara dan, il-protesta mxiet lejn il-Parlament. Kif bdew ħerġin membri tal-Gvern, dawk li kienu jipprotestaw bdew jgħajruhom, u wara it daru madwar il- karozza tal-Ministru Owen Bonnici. Waqt li l-karozza kienet qiegħda ssuq, għaddiet minn fuq sieq ta' Pulizija, xi ħaġa li qajmet kommossjoni u storbju kbir. Barra minn hekk, weġġa' wkoll pulizija ieħor fi ġlieda ma' dawk li kienu qed jipprotestaw. Is-Soċjaliżmu fil-protesta It-22 ta' Novembru, Manuel Delia, kif ukoll Norman Vella, eks xandar, inġemgħu għal protesta quddiem Kastilja. Waqt din il-protesta, Norman Vella semma l-email minn Nexia BT li wriet li minn 17 Black, kienu qed jintbagħtu €5,000 kuljum lejn il-kumpaniji ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-Panama. Vella ddikjara wkoll "misskom tistħu tgħidu li intom soċjalisti. Ħarsu lejn Mintoff u baxxu raskom bil-mistħija". Barra minn hekk qal ukoll li hemm bżonn noħolmu għal pajjiż immexxi minn politiċi onesti, u pajjiż immexxi mill-ġustizzja. Il-25 ta' Novembru, ġurnata maltemp u b'xita ma tiqafx, inġemgħet folla oħra quddiem il-Parlament, fil-fatt din kienet it-tielet protesta fl-istess ġimgħa. F'din il-protesta, intużaw borom u sfafar biex jagħmlu ħoss quddiem il-Parlament. Dawk li pprotestaw bdew jgħajtu "Daphne kellha raġun", "barra", "ġustizzja" u "maa". Dawk li pprotestaw bdew iwaddbu wkoll karti tal-flus foloz b'€5,000 miktuba fuqhom fuq ritratt ta' Keith Schembri, Konrad Mizzi, flimkien mal- Prim Ministru Joseph Muscat. Fuq dawn il-karti kien hemm ukoll ritratti tal-bnadar tal- Panama u l-Ażerbajġan. Waqt il- protesta, ħadd ma ħelisha ħafif, hekk kif dawk li pprotestaw bdew jgħajtu kontra l-Ispeaker Anġlu Farrugia, membri tal- Gvern, kif ukoll il-Kap tal- Oppożizzjoni. K u n ż g u r l i l - għ eż i eż t i e għ e k q e d j i rċ i e v u l - aħ j a r s e r v i z z Imħasseb dwar servizz ta' ħarsien soċjali li inti jew qrabatek qed tirċievu? Ikkuntattjana fuq feedback.scsa@gov.mt jew +356 25494345 Ħarsa lejn tliet ġimgħat ikkaratterizzati mill-protesti fil-Belt Valletta, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lura

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019