Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 opinjoni illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 Nifs ġdid fil-politika f'pajjiżna I lni snin naħdem u nir- sisti bħala kandidat ġdid għall-Elezzjoni Ġenerali fuq is-sitt distrett. Kuljum tisma' u titgħallem. Wara kull bieb hemm familja, persuna jew persuni bl-opinjoni tagħhom, bl-isfidi tagħhom, bil-ħiliet tagħhom u bl-istejjer li jġibu magħhom. Uħud mit-temi li niddiskuti huma l-ekonomija, il-qasam tax-xogħol u l-finanzi tal-pajjiż. Bħala Partit Nazzjonalista rridu nkunu Gvern alternattiv u nibqgħu noħorġu proposti ta' kwalità. Nifs ġdid lill-intrapriżi żgħar u medji Fil-kuntatt kontinwu man- nies, fosthom self-employed u intrapriżi żgħar u medji, kif ukoll rappreżentanti tagħhom, wieħed jinnota kif bosta intrapriżi qed jiffaċċjaw problema serja ta' likwidità - cashflow. Għaldaqstant, il- proposta tal-Partit Nazzjonalista li taxxa li kienet dovuta mill- 2020 'l hawn u li ġiet posposta, tkun tista' titħallas bla interessi fuq perjodu ta' tmien snin se tkun qed toffri nifs ġdid lill-intrapriżi żgħar u medji f 'perjodu delikat għalihom. Dan spjegajnih jien u d-deputat Claudio Grech din il-ġimgħa waqt konferenza tal-aħbarijiet. Din il-proposta saret wara konsultazzjoni man-negozji. Il-Partit Nazzjonalista jemmen fid-diskussjoni u d-djalogu. Tkellimna u smajna. B'hekk stajna nifhmu dak li ħafna self- employed u intrapriżi għaddejjin minnu. Hemm sfidi oħrajn li qed jiffaċċjaw in-negozji tagħna, fosthom il-Greylisting, u l-livelli aktar baxxi ta' bejgħ f 'ħafna oqsma. Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista biex taxxi dovuti jitħallsu fuq perjodu ferm itwal biex jagħtu nifs lin-negozji se tkun qed tgħin lil ħafna jżommu l-investiment li għamlu tul is- snin u jkomplu jinvestu għall- futur. Nifs ġdid fil-qasam tax- xogħol Xi ġranet ilu kont f 'dibattitu mal-Ministru tal-Finanzi u x-Xogħol fuq ix-xandir nazzjonali. Iddiskutejna bosta suġġetti fosthom id-dejn tal- pajjiż, l-andament ekonomiku, il-qasam tax-xogħol, il-pagi u l-living income fost temi oħrajn. Ħareġ biċ-ċar li l-Gvern Laburista m'għandu l-ebda pjan strateġiku jew viżjoni ta' kif se jagħti nifs ġdid lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Prattikament f 'pajjiżna l-pagi huma staġnati. Ħafna ħaddiema qegħdin f 'sitwazzjoni diffiċli minħabba l-pagi baxxi li hawn f 'diversi oqsma. Dawn il- ħaddiema jinsabu f 'morsa. Xi żmien ilu kont is-Siġġiewi, fejn żagħżugħ li għadu kif gradwa mill-MCAST u li ġej minn familja b'opinijonijiet politiċi differenti qalli kemm hu ddiżgustat bil-ħniżrijiet li qed isiru. Dan iż-żagħżugħ qalli: "Jerome, minix nara futur. Waħdi mhux se nkun nista' nixtri post fejn noqgħod, kirjiet m'ogħla s-sema u ħajja dejjem togħla. Pagi tal-qamel. Xeba' ġenn u stress biex inlaħħaq mal- ħajja." Lil hinn mill-billboards u l-buzzwords, din hi r-realtà ta' bosta żgħażagħ. Ma wasalniex hawn b'kumbinazzjoni. Bil-viżjoni ekonomika tal-Partit Laburista li jżidu ċ-cheap labour, ħallew għafsa kbira fuq il-ħaddiema Maltin. Lil ħaddiem tawh €1.75, ara l-Prim Ministru allegatament kien qed jieħu aktar minn €17,000 fix-xahar minn kuntratt wieħed biss. Dan hu Gvern tal-gula. Persuni li qatt ma jixbgħu jiffangaw. Dan mhux il-Gvern tal-ħaddiema, imma l-Gvern li jibqa' jiddefendi lil Konrad Mizzi. Dan mhux il-Gvern tas-self-employed u l-intrapriżi żgħar u medji, imma l-Gvern li jiddefendi lill-kriminali korrotti. Dan mhux Gvern tal-professjonist, imma Gvern li mhu qed jagħmel xejn biex joħorġna mill-greylisting. Xi ngħidu għal ħabiba tal- Ministu, il-campaign manager li tieħu €13,000 fix-xahar. Jew mart Konrad Mizzi bi €13,000 fix-xahar oħra. Għax dawn hekk saru jitkellmu, bl-għexieren tal-eluf fix-xahar għal tal-qalba, dik il-klikka żgħira ta' nies viċin Kastilja. Ara imbagħad, il-Gvern Laburista lill-ħaddiema tal-AirMalta rahom żejda. Lill-edukaturi u l-għalliema nesihom. Lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, rakom żejda u nesikom. Lis- self-employed, dan il-Gvern mhux talli nesihom u tagħhom bis-sieq, talli issa se jipprova jsallabhom u jittrattahom bħala ħallelin. Il-Partit Nazzjonalista b'ħafna proposti. Fosthom illi nintroduċu l-kunċett tal-living income, biex inti tgħix ħajja aħjar. Lis-self-employed, nagħtu kelma li se ngħollu l-VAT exempt minn €30,000 għal €60,000. Lill-intrapriżi żgħar u medji u lill-qasam tal-manifattura, il-Partit Nazzjonalista għandu fond ta' €40 miljun għall-ewwel sena biss biex ngħinu ħalli titaffa waħda mill-ikbar sfidi ta' bħalissa: dik fiż-żieda tal-prezzijiet minħabba l-ġarr tal-merkanzija. Xi ħaġa li dwarha l-Gvern baqa' ċass. Flimkien noffru dak in-nifs ġdid Irridu nifs ġdid fil-politika biex dan il-pajjiż jerġa' jakkwista l-valuri li fl-imgħoddi kienu l-pedament tiegħu. Irridu nifs ġdid billi nwarrbu darba għal dejjem inwarrbu l-korruzzjoni. Irridu nifs ġdid fil-politika ħalli l-vendikazzjonijiet politiċi jsiru xi ħaġa tal-passat. Irridu nifs ġdid fil-politika biex tirrenja l-meritokrazija. Irridu nifs ġdid fil-politika biex iż- żgħażagħ jerġgħu jingħataw l-opportunitajiet biex jimxu 'l quddiem. Irridu nifs ġdid fil- politika biex nissalvagwardjaw l-ambjent tagħna u nsaħħu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Irridu nifs ġdid fil-politika biex ma jiggdawanjawx il-it a skapitu tal-ħafna. Irridu nifs ġdid fil-politika biex nerġgħu ntejbu r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Irridu nifs ġdid fil-politika biex noħolqu setturi ekonomiċi ġodda. Irridu nifs ġdid fil-politika biex dak li hu sewwa jirbaħ fuq dak li hu ħażin. Jien nappella lil kull min hu ta' rieda tajba. Kull min hu għandu għal qalbu lil dan il-pajjiż. Kull min iħoss illi f 'pajjiżna għandna bżonn nifs ġdid fil-politika, sabiex minkejja d-differenzi ta' bejnietna, ningħaqdu flimkien u naħdmu għal dan il-għan. Flimkien biss nistgħu naslu għal dan in-nifs ġdid fil-politika f 'pajjiżna. Dan iż-żagħżugħ qalli: "Jerome, minix nara futur. Waħdi mhux se nkun nista' nixtri post fejn noqgħod, kirjiet m'ogħla s-sema u ħajja dejjem togħla. Pagi tal-qamel. Xeba' ġenn u stress biex inlaħħaq mal-ħajja Jerome Caruana Cilia huwa Kandidat tal-PN fuq is-Sitt Distrett Jerome Caruana Cilia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022