Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 aħbarijiet bidla fl-l ta' ħajja se twsk għa-piż mixeq Nutri�on helpline 8007 3307 Programm bla ħlas li jagħ�k il-ħiliet meħ�eġa għall-piż tajjeb tul ħajtek. C M Y CM MY CY CMY K Piz Tajjeb tul Hajtek Newspaper Advert (Half Page) 2022 Final.pdf 3 09/02/2022 10:54:54 Inċertezza u stennija hekk kif Abela jibqa' jaħsibha fuq id-data tal-elezzjoni ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Iċ-ċivil jinsab prattikament wieqaf, bi it li xejn mill- pjanijiet mexjin 'il quddiem filwaqt li l-inċertezza dwar id-data tal-elezzjoni kompliet tikber fil-pajjiż u anke fil-Partit Laburista, b'sorsi jindikaw li llum l-Prim Ministru jaf jgħajjat l-elezzjoni għas-26 ta' Marzu. Din id-data kienet prattikament eskluża meta tħabbret il-miġja tal-Papa f 'Malta nhar it-2 u t-3 ta' April hekk kif dawn kieku jkunu wisq qrib elezzjoni ġenerali u naturalment iż- żjara tal-Papa tirrikjedi ħidma qawwija f 'termini ta' loġistika, sigurtà u preparazzjoni. Minkejja dan, diversi sorsi, inkluż Ministri u uffiċjali għoljin tal-Labour matul il-ġimgħa baqgħu jinsistu mal-ILLUM li Papa jew le l-elezzjoni probabbilment ser issir fis-26 ta' Marzu u se titħabbar illum jew inkella għada. Minħabba dan l-inċertezza hija waħda kbira hekk kif fil-fatt ħadd minn dawk li tkellmet magħhom l-ILLUM ma kienu ċerti jew fil- fatt ġew infurmati dwar data ta' elezzjoni, għajr uffiċjal wieħed tal- PL li qal illi llum Abela se jsejjaħ l-elezzjoni fl-attività fuq il-fosos. Sors ieħor sostna illi "jekk ma jsejjaħiex illum naqgħu għaċ-ċajt. Mela se noqgħodu sejrin hekk? Kollox wieqaf, kulħadd jistaqsi dwar l-elezzjoni u se nibqgħu mdendlin. Aħna kulħadd għaddej bla waqfien nikkampanjaw," sostna dan id-Deputat partikolari. Ministru li tkellem ma' din il- gazzetta fil-fatt ikkonferma li ċ-ċivil bħalissa jinsab kompletament wieqaf hekk kif it li xejn qed jinbdew proġetti ġodda jew inkella joħorġu espressjonijiet ta' interess. Minkejja li kien hemm ħafna ħsieb u diċeriji li l-Prim Ministru se jkun qed iħabbar l-elezzjoni ġimagħtejn ilu fl-Imqabba dan ma seħħx. Minflok Abela ħabbar - kif kien mistenni wkoll - il- kandidatura tiegħu fuq il-Ħames Distrett. Deputat ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta kkonferma li l-ordni lill-Grupp Parlamentari kienet ċara, sabiex kulħadd dalgħodu jattendi għall-attività tal-Partit Laburista li se tkun qed issir fil- Fosos tal-Furjana. Dan filwaqt li d-Deputati Laburisti qed ikunu mħeġġin jieħdu lin-nies magħhom dalgħodu wkoll, bħala turija ta' appoġġ lill-Prim Ministru. L-istess qed isir fuq in-naħa l-oħra, bil-PN iħeġġeġ lin-nies u lid-Deputati sabiex jattendu l-attività li ser isir dalgħodu fil-Mosta, filwaqt li din il-gazzetta tinsab infurmata li l-PN bagħat messaġġ lid-Deputati kollha biex iħejju għal ġurnata ħidma - inkluż fuq l-istazzjonijiet tal-PN - jekk l-elezzjoni fil-fatt tissejjaħ. Għada hija l-aħħar ġurnata illi matulha tista' tissejjaħ elezzjoni għal Marzu. Ġimgħa wara s-26 ta' Marzu ġej il-Papa u ġimgħa wara jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa li jwasslu għall-Għid il-Kbir nhar is- 17 ta' April. Il-leġiżlatura tispiċċa nhar l-4 ta' Ġunju - meta jgħaddu ħames snin eżatt mill-aħħar elezzjoni ġenerali - bil-PM diversi drabi jindika li l-elezzjoni fil-fatt ser issir mhux aktar tard minn dak ix-xahar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022