Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 tiftaħ il-Facebook, tara l-kummenti tan- konsegwenzi tad-deċiżjonijiet li jkun ħa," qal Farrugia. 'Il-problema tal-pajjiż huwa l-ispazju' Fl-istess waqt li qiegħed jgħid li għandu jsir dak li hemm bżonn, tkun xi tkun il-konsegwenza, Farrugia jisħaq li Malta għandha problema kbira ta' nuqqas ta' spazju. "Ħawwilna 25,000 siġra s-sena l-oħra, rekord veru … però kemm kien ikun isbaħ li kieku għamilna 60,000", stqarr Farrugia. Farrugia jammetti li l-bini ta' pajjiżna hu dak li hu iżda ma nistgħux noqtlu l-industrija tal- bini. "Il-Gvern ma vvintax xi ħaġa ġdida u beda jibni fejn mhux suppost. Anzi l-Gvern dejjem żamm mal-pjani lokali tal-2006 u dak li qiegħed jigwidana. Issa xogħolna huwa li nibnu b'mod isbaħ. Għalhekk qed ninvestu ħafna biex inpattu għan-nuqqas ta' tħaddir li għandu l-pajjiż," kompla Farrugia. Kien hawn li huwa qal li lanqas l-Oppożizzjoni ma qalet li se tbiddel il-pjani lokali jew il- limitazzjonijiet tal-għoli tal-bini. Fl-2006, Gvern Nazzjonalista kien biddel il-pjani lokali biex art li jingħad li kienet daqs is- Siġġiewi kollu tiddaħħal fil- konfini ta' żvilupp. Kemm il- Prim Ministru Robert Abela kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qed iwiegħdu li mhux se jmissu l-pjanijiet lokali. Ma' din il-gazzetta l-Ministru Farrugia stess kien qal li din toħloq problemi legali kbar għaliex il-bidliet fl-2006 ħolqu l-aspettattiva tas-sidien li filfatt jistgħu jiżviluppaw l-art tagħhom. Għandu jkun hemm aktar postijiet fejn jiġi limitat il- bini u l-għoli tiegħu? Meta wieħed iħares madwaru, il-probabbilità hi li se jara xi sit ta' kostruzzjoni jew xi krejn. Għalhekk din il-gazzetta tistaqsi jekk issa wasalx iż-żmien li nintroduċu aktar regolamenti biex jiġu regolati l-ħruġ ta' permessi. Jidher iżda li Farrugia ma qabilx u rribatta li l-ebda' Gvern responsabbli mhu se jieħu d-dritt tal-individwi li jibni xi proprjetà, lanqas l-Oppożizzjoni. Huwa rrimarka li aktar regolamenti hija x-xewqa ta' ċertu nies, basta ma taffetwax lilhom. 'Il-pajjiż għandu bżonnha? Nagħmluha' Hekk kif issa tkellimna fuq il- proprjetajiet, l-intervista qalbet għall-immaniġjar tal-iskart. Il- Ministru Farruġia spjega dwar il-pjan ta' 10 snin biex bħala pajjiż intejjbu l-immaniġjar tal- iskart. "Fil-Magħtab bħalissa għaddejin bil-proġett ECOHIVE li se joħloq revoluzzjoni sħiħa," qal Farrugia. L-ECOHIVE, jiġifieri l-inċeneratur, mistenni jibda' joprera fl-2023 u se jkompli jtejjeb l-immaniġġjar tal-iskart lil hinn mill-miżbliet. Kull sena, Malta tiġbor madwar 47,000 tunnellata skart goff. Din il-faċilità, li se tkun fin- Naxxar, se tkun qed taċċetta skart goff li jidħol minn skips u jiġu sseparati skont it-tip ta' skart. Sussegwemantment dawn se jiġu proċessati b'mod separat bil-għan li jiżdied il-valur tal- materjal għall-esportazzjoni u jkun hemm inqas skart li jmur fil-miżbla. "Jien se nkun l-aħħar Ministru li nitkellem fuq il-miżbliet," qal Farrugia. Lil hinn mill-iskart goff, fl-10 snin li ġejjin, l-iskart se jibda' jinġabar b'mod reġjonali. Pajjiżna hu maqsum f ' sitt reġjuni; ir-reġjun tat- tramuntana, tan-Nofsinhar, tal-Lvant, tal-Punent tal- Port u t'Għawdex. Is-sistema kurrenti tal-ġbir ta' skart isir meta l-kunsilli lokali, li f 'Malta għandna madwar 68, joħroġu tender. Apparti minn hekk il-Gvern qiegħed fil-proċess li jkun hemm borża oħra. Din il-borża se tintuża biex fiha jitpoġġew metalli u plastik filwaqt li l-karta se tibda' tinġabar għaliha. Pjanijiet imħabbrin fl-aħħar tas-sena l-oħra minn Farrugia nnifsu jgħidu li l-metal u l-plastik se jinġabru darba fil-ġimgħa filwaqt li l-karta tinġabar f 'ġurnata differenti. Il- borża s-sewda tinġabar darbtejn fil-ġimgħa minflok tliet darbiet. "Se tiġri għada? Sentejn oħra? Huwa parti mill-pjan ta' 10 snin. Naraw kif ikun miexi l-pajjiż u fil-punt li l-pajjż ikollu bżonnha nagħmluha. Kontroversjali? Iva, imma jekk hemm bżonn, issir." "Xogħolna huwa, li nisimgħu l-ħin kollu u jekk hemm mod kif intejbu dak li qed nagħmlu intejbuh u mhux noqgħodu nissuppervjaw."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022