Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum Kliem iebes u theddid ta' sanzjonijiet ħorox. Kremlin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew kien iffukat b'mod partikolari u speċjali fuq il- kwitsjoni tal-Ukraina u l-attakki militari li ħafna qed jibżgħu li se twettaq ir-Russja, taħt t-tmexxija ta' Vladimir Putin fuq dan il-pajjiż. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn il-Plenarja tal-Parlament Ewropew u dak li qalu wħud mill-aktar kelliema importanti f 'dan id-dibattitu. 'Lesti biex nappoġġjaw azzjoni b'saħħitha' Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola reġgħet esprimiet solidarjetà mal-poplu tal-Ukraina u fakkret li dak li qed iseħħ fuq il-fruntiera ta' dan il-pajjiż mhu xejn ħlief theddida fuq il-paċi fl-UE. Metsola - meta fetħet il- Plenarja li trattat din il-materja - bdiet billi fakkret f '€1.2 biljuni f 'għajnuna li l-UE qed tagħti lill-Ukraina sabiex tgħin lil dan il-pajjiż joħroġ mill-għawġ li għaddej minnu. "Nisħaq illi waqt li għadna nkomplu naħdmu għad-deskalazzjoni tas-sitwazzjoni... aħna lest biex nappoġġjaw azzjoni b'saħħitha flimkien mal-istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, sabiex b'hekk nassiguraw il-paċi u s-sigurtà." 'Is-sanzjonijiet jekk naslu għalihom jeħtieġ ikollhom konsegwenzi enormi' "Din hija ġimgħa importanti illi matulha se jkollna laqgħat mal-Unjoni Afrikana... imma s-sitwazzjoni serja fil-lvant tal- Ewropa ħadet il-post fil-quċċata tal-aġenda. Dan l-attakk tar- Russja huwa bla preċedent u jsegwi wkoll l-każ tal-Krimea. Ir-Russja qegħda kontinwament timmina s-sovranità tal- Ukraina." Hekk sostna l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel li qal illi dak li qed jiġri mhu xejn jekk mhux imġieba aggressiva li tipperikola l-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa. Huwa qal li hu proprju għalhekk li Stati Membri qed jaħdmu flimkien b'intensità, li jisħaq li qatt l-Ewropa ma rat bħalha. Għalhekk huwa qal li l-Unjoni Ewropea se tkompli taħdem, l-ewwelnett b'diplomazija biex b'hekk jinfetħu l-possibilitajiet kollha ta' djalogu u diskussjoni mar-Russja, li jammetti li għandha t-tħassib ta' sigurtà tagħha. "Aħna qatt ma waqafna nagħtu priorità lid- diplomazija tad-djalogu, anke jekk dawn mhux dejjem jagħtu r-riżultati," qal Michel. Huwa sostna li minkejja li r-Russja weriet predispożizzjoni għad- diplomazija, l-UE qed tittama li dan il-pajjiż jieqaf jorganizza t-truppi. "Imma apparti minn dan u apparti d-diplomazija hemm preparazzjoni għal sanzjonijiet - jekk ikun hemm bżonnhom. Is-27 Stat Membru se jiltaqgħu u jiddiskutu sanzjonijiet b'konsegwenzi enormi fuq ir- Russja," qal Michel. Huwa reġa' qal illi minkejja li l-UE għaddejja fit-triq tad- diplomazija u djalogu, xorta se żżomm sod quddiem din t-theddida ta' gwerra fuq l-għatba tagħha. 'Qed nittamaw għall-aħjar xenarju, imma preparati għall- agħar xenarju' Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen fakkret li l-Unjoni Ewropea nħolqot propju biex jieqfu l-gwerer kollha tal-Ewropa u allura qalet li huwa "uġigħ ta' ras" li l-istess UE tara dak li qed jiġri fuq il- fruntiera tagħha. "Il-poplu tal-Ukraina qed jipprova jgħix ħajjtu... minflok spiċċa jerfa' l-provvisti tal-ikel biex jipprepara għal dak li jista' jinqala'. L-Ukraina huwa pajjiż sovran, li jieħu d-deċiżjonijiet għalih innifsu u allura dak li qed jiġri ma nistgħux naċċettawh," sostniet Von Der Leyen. Hija qalet li sa issa għad hemm tama li d-diplomazija tista' tħalli l-frott. Von Der Leyen qalet illi l-Ukraina batiet minħabba r-Russja, "imma xorta għamlet u ħadet passi kontra l-korruzzjoni, favur impjiegi ġodda għaż- żgħażagħ... Illum l-Ukraina hija pajjiż ħafna aktar b'saħħtu mill-2014 u huwa propju għalhekk li r-Russja qed t i mminaċċ j a h lil dan il-pajjiż, għax qed tarah jagħmel il- p r o g r e s s , " sostniet għaċ- ċapċip Ursula Von Der Leyen. Hija fakkret illi hekk kif huwa dritt ta' kull bniedem li jgħix mingħajr biża' hekk ukoll kull pajjiż għandu dritt ifassal il-futur tiegħu u huwa dan il-messaġġ tal-UE lir-Russja. "Jekk il-Kremlin jagħżel il- vjolenza, ir-risposta tagħna se tkun b'saħħitha u robusta," kompliet tgħid filwaqt li indikat illi s-sanzjonijiet kontra r-Russja din id-darba ma jkunux biss jinkludu projbizzjoni ta' vjaġġar imma "pakkett sħiħ" ta' sanzjonijiet potenzjali li naturalment indikat li se jkunu ekonomiċi. "Ir-reazzjoni tagħna se tkun qawwija u spedita," sostniet Von Der Leyen li fakkret illi huwa fl-interess tar-Russja stess li ma jsirux sanzjonijiet ewropej. Hija fakkret li l-Ewropa għandha fost l-aktar riżorsa u kumpaniji ta' teknoloġija avvanzati globalment, xi ħaġa li r-Russja għandha bżonn sabiex tkompli tiddiversifika l-ekonomija tagħha. Ammettiet li fl-aħħar sena l-Ewropa rat inqas gass ġej mir- Russja għalkemm sostniet li l-UE għaddejja b'ħidma ma' pajjiżi oħrajn dwar il-fornitura tal-gass tant li tgħid illi f 'Jannar biss daħlu 'l fuq minn 120 vapur kbir bil- gass minn pajjiżi oħrajn, filwaqt li l-UE żiedet l-LNG Terminals u anke x-xibka ta' pajpijiet. "Dan l-investiment se jkun il-qofol tal-fornitura tal-enerġija mill- idroġenu, li huwa l-futur." Ursula Von Der Leyen qalet illi għal din ix-Xitwa l-Ewropa hija sigura f 'termini ta' fornitura ta' gass u qalet illi ġew diskussi wkoll miżuri oħrajn f 'każ ta' emerġenza. "Ma għażilniex il-konfront u qed nittamaw għall-aħjar xenarju, imma preparati għall- agħar xenarju. Jekk ir-Russja tibda gwerra, mill-ewwel jiskattaw sanzjonijiet iebsin. Imma hemm alternattivi, hemm futur illi fih l-UE u r-Russja jistgħu jikkoperaw u jibni futur ta' prosperità mibni fuq il-valuri u d-drittijiet umani," temmet tgħid il-President tal-Kumissjoni Il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa ltaqa' sabiex jiddiskuti s-sitwazzjoni bejn l-Ukraina u r-Russja u filwaqt li l-ħidma għad-diplomazija se tkun prijorità, l-istess Parlament jagħmel twissijiet ċari... Roberta Metsola Ursula Von Der Leyen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022