Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum 'L-ADPD biss kienet konsistenti kontra l-bejgħ taċ- ċittadinanza' - Cacopardo Mir-Rabat sa Birżebbuġa: Għajnuna lil 37 każin tal-banda bil- għan li aktar żgħażagħ jitrawmu fil-mużika Waqt konferenza quddiem Kastilja il-Belt ilbieraħ iċ- Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo u d-Deputat Chairperson tal-ADPD Mario Mallia qalu li l-partit huwa l-unika wieħed li "konsistentement dejjem saħaq li l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza mhix aċċettabbli għaliex iċ-ċittadinanza mhix oġġett għall-bejgħ." L-ADPD għalhekk qed titlob li din l-iskema titwaqqaf minnufih mingħajr ma nistennew li din titwaqqaf mill-UE. "Id-diskussjoni dwar l-iskemi taċ- ċittadinanza li reġgħu fl-aħbarijiet kemm f 'pajjiżna kif ukoll fi ħdan l-organi tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa tkompli tikkonferma dak li minn dejjem kien evidenti - il-kompetenza ta' stati membri fejn tidħol iċ-ċittadinanza mhix waħda assoluta", saħaq Mallia. Huwa kompla jgħid li kienu ħafna r-rapporti fil-media illi wrew kif fost dawk li ngħataw iċ- ċittadinanza Maltija permezz tal- hekk imsejjaħ 'golden passport' kien hemm persuni li nstabu ħatja ta' frodi, kutrabandu, ħasil ta' flus u evażjoni ta' taxxa. "Dan wara li Malta kienet għamlet is-suppost due diligence 'rigoruż' tagħha! Mhux ta' b'xejn għalhekk li rapport li jinsab għad-diskussjoni fil-Parlament Ewropew ix-xahar id- dieħel jikkonsidra li dawn l-iskemi twaqqfu l-aktar fi Stati Membri li huma b'mod partikolari suġġetti għal riskji relatati mas-segretezza finanzjarja, bħal ngħidu aħna evażjoni ta' taxxa u ħasil ta' flus, u korruzzjoni," qal Mallia. Huwa temm isostni li dak li hu ħażin jibqa' ħażin u minkejja "t-teatrin dwar ir-regolatur li rajna min-naħa tal-PN din il-ġimgħa" huwa qal li xejn mhu se jnaqqas mill-fatt li kif jintqal fl-istess rapport il-valuri Ewropej mhux għall-bejgħ Intant Cacopardo qal li huwa fatt li kull ma għandu x'jaqsam maċ- ċittadinanza hu riservat għall-istati membri tal-Unjoni Ewropea, imma sostna li dan mhux b'mod assolut. "Kull stat membru għandu l-obbligu, a bażi tal-prinċipju ta' lealtà kif imfisser fit-trattati Ewropej, li ma jagħmel xejn li jista' jaffettwa lill-bqija tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni. Iċ-cittadinanza Ewropea tagħtina d-dritt ta' moviment ħieles fiż-żona Schengen, dritt li ma għandna l-ebda awtorità li ngħadduh lil min m'għandux dritt għalih," qal Cacopardo. Cacopardo wkoll fakkar li l-ADPD kien l-unika partit li konsistentement dejjem saħaq li skemi bħal dawn mhux aċċettabbli, mhux biss għaliex jattiraw nies assoċjati ma kriminalità finanzjarja imma wkoll għax ipoġġu lil pajjiżna taħt il-lenti u jwasslu għal ħsara irreparabbli bħalma ġara fil-każ tal- lista griża tal-FATF." Permezz tal-iskema 'It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda', 37 proġett mill-każini tal-baned qegħdin jibbenefikaw minn aktar minn €95,000 biex ikun jistgħu jitwettqu. F'diskors waqt iċ-ċerimonja tal- għoti tal-fondi, il-Ministru għall- Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli spjegat kif il-baned fl-irħula Maltin u Għawdxin, li ilhom jeżistu għal mijiet ta' snin, dejjem servew bħala mudell ewlieni ta' volontarjat. Bħala skema, din qiegħda tinkoraġġixxi lill-baned lokali biex joħorġu bi proposti ta' kif jistgħu jattiraw żgħażagħ ġodda biex jitrawmu fil-mużika, jew inkella jkomplu t-tagħlim tagħhom. B'kollox qiegħda tingħata għajnuna lil 37 proġett, li jvarjaw minn investiment f 'aktar strumenti mużikali ġodda, għal titjib fl-ambjent tal-klassijiet fejn iż-żgħażagħ jitgħallmu l-mużika. Proġetti oħra se jiffokaw fuq kampanji li permezz tagħhom jattiraw aktar żgħażagħ biex jitgħallmu l-mużika. Permezz ta' din l-iskema qiegħed jintlaħaq l-Għan Strateġiku Numru 5 tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li jirrakkomanda l-promozzjoni tal- ħiliet mużikali taż-żgħażagħ u li dawn ikunu mħeġġin biex jipparteċipaw fil-produzzjoni tal-mużika permezz ta' programmi nazzjonali u inizjattivi li jgħinuhom jgħixu kwalità ta' ħajja aħjar, filwaqt li jkunu jistgħu jesprimu ruħhom fl-arti u l-kultura. Din l-iskema qiegħda tiġi amministrata minn Aġenzija Żgħażagħ, b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda Il-Ministru qalet li dawn il-baned mhux biss kienu strumentali biex iferrħu lill-folol bil-mużika tagħhom matul is-snin, iżda anke pprovdew opportunità lil eluf ta' żgħażagħ biex jitgħallmu u jiżviluppaw il- ħiliet mużikali tagħhom mingħajr ħlas. Spjegat li dan ma jridx jieqaf u għalhekk il-baned iridu jkomplu jiġu sostnuti permezz ta' skemi bħal dawn biex jiżguraw li dak li sar matul dawn il-mijiet ta' snin ma jintilifx. Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ Miriam euma qalet li l-aġenzija temmen li skemi bħal dawn jagħtu opportunità liż-żgħażagħ biex jitgħallmu strument tal-mużika u jsiru parti mill-banda tar- raħal. Spjegat li l-għan ta' din l-iskema hu biex il-każin tal-banda jkun jista' jiżviluppa proġetti mużikali li huma innovattivi u jilħqu diversi żgħażagħ. It-teżorier tal-Għaqda Każini tal- Banda Chris Briffa qal li din l-iskema hi turija ċara tal-impenn governattiv u dak tal-Għaqda Każini tal-Banda sabiex tkompli titrawwem u tiġi inċentivata l-edukazzjoni mużikali fil- każini tal-banda. Spjega kif din hi injezzjoni ta' fiduċja fil-każini tal-banda, trid tissaraf f 'tagħlim u programmi professjonali b'risq l-istudenti ta' dawn l-iskejjel mużikali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022