Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 TM ma tiċħadx li tat lura l-karozzi li kienet qed tikri mingħand Christian Borg.... Toħroġ sejħa għal 15-il karozza ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mal-ILLUM Transport Malta (TMal-ILLUM Transport Malta (TM) baqgħet ma ikkonfermatx jew ċaħdet dak li qal id-Deputat Jason Azzopardi din il-ġimgħa - jiġifieri li talbet biex madwar 38 karozza li kienet qed tikri mingħand il-kumpanija li s-sid tagħha huwa Christian Borg jingħataw lura. Dan minkejja li l-gazzetta staqsiet direttament jekk dak li qal Azzopardi hux minnu kif ukoll staqsiet jekk fetħitx proċess ta' tender ġdid ma' kumpanija oħra li tista' tissuplixxi dawn il-karozzi. Il-gazzetta ILLUM staqsiet ukoll: Jekk skont TM dak li qal Azzopardi mhux minnu, allura l-entità għaliex ma ħassitx li kellha twaqqa' l-kuntratt fid- dawl tal-akkużi fil-konfront ta' Borg? Apparti l-akkuża kurrenti li hu kien parti minn grupp ta' nies li ħatfu raġel u heddewh, fl-2015 kien instab ħati illi kiser il-liġijiet f 'dak li jirrigwarda kiri ta' karozzi u fl-2021 kien instab ħati wkoll ta' perġurju - xhieda falza quddiem il-Qorti. Transpot Malta qalet biss lil din il-gazzetta illi hi qed issegwi l-proċedura u bagħtet każ ta' appell quddiem il- Prim Imħallef Mark Chetcuti, l-Imħallef Giannino Caruana Demajo u anke l-Imħallef Anthony Ellul, liema każ kien miuħ minn Davico Ltd, il- kumpanija li ma rebħitx it- tender ta' TM. Dan it-tender kien intrebaħ minn Princess Operations Ltd. li fil-fatt hija ta' Borg u Davico Ltd kienet fetħet l-Appell wara li tilfet il-każ quddiem il-Bord ta' Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi, hekk kif qalet li Princess Ltd fis-sejħa ma kinitx ippreżentat stima reali. Il-Qorti mmexxija minn dawn l-Imħallfin iżda qalet li, l-argument ta' Davico huwa biss illi, bil-prezz li offriet, Princess ma tkunx tista' tkopri l-ispejjeż tal-kuntratt, speċifikament il- premia tal-assikurazzjoni li trid is-sejħa għal offerti. "Din iżda hija biss allegazzjoni li ma hija msaħħa b'ebda element ta' prova. L-inqas li setgħet tagħmel Davico kien li tressaq provi dwar ir-rati kummerċjali tal-premia tal-assikurazzjoni, iżda lanqas dik il-prova ma ressqet." Għalhekk lanqas l-appell ta' Davico kontra l-kumpanija ta' Borg ma ntlaqa'. Sejħa għal kiri ta' karozzi minn Transport Malta Minkejja li mal-ILLUM Transport Malta ma kkonfermatx jew ma nnegat xejn, nhar is-17 ta' Frar ħarġet Sejħa għall-Kwotazzjonijiet għal 15-il vettura ġdida. Dan ifisser li l-entità ħarġet din it-talba l-għada li d-Deputat Nazzjonalista waqt l-Aġġornament żvela dak li ssejjaħ racket ta' multi li qalgħu turisti li kienu qed isuqu l-karozzi ta' Borg, liema multi Azzopardi qal li qatt ma tpoġġew fuq is-sistema ta' Transport Malta. Huwa qal li dan l-allegat racket bejn Christian Borg u impjegat ta' Transport Malta kien jitla' għall-valur ta' "mijiet ta' eluf." L-għada li ħarġet din is- sejħa, fit-18 ta' Frar filgħodu l-istess Deputat Nazzjonalista żvela kif Transport Malta kienet għaddiet 38 karozza u xi vetturi oħrajn lura lil Borg. Transport Malta qed titlob għall-Kwotazzjonijiet minn kumpaniji għal 12-il karozza, żewġ vannijiet għall- merkanzija u vann ieħor kummerċjali. X'qal id-Deputat Jason Azzopardi sa issa? Meta kien qed jinidirzza l-Parlament waqt il-ħin tal- Aġġornament din il-ġimgħa d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna illi hemm telefonata li qed tiġi investigata mill-Pulizija tar-Reati Finanzjarji u li fiha Christian Borg jinstema' jgħid li "hemm il-Bobby warajna." Azzopardi allega racket mill-2014 li allegatament kien jinvolvi uffiċjali għolja tal- LESA u lil Christian Borg - akkużat bi ħtif u li l-PM Abela kien għamillu konvenju lura fl-2018. Huwa qal li multi imħallsa qatt ma wasslu għand Transport Malta u li dawn ilaħqu il-mijiet ta' eluf ta' ewro f 'kontravenzjonijiet. Huwa kompla jgħid li ħafna minn dawn il-multi tħallsu minn turisti fuq karozzi li huma ta' Borg, iżda uffiċjal tal-LESA li qal illi kien ikun fis-Sala tal- Għadd tal-Voti f 'isem il-Partit Laburista kien jaċċerta li dawn il-multi ma jidhrux fis-sistema. Skema ta' Taħriġ f 'Għawdex Il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) qed iniedu skema ta' taħriġ għad-dinja tax-xogħol għal persuni ta' 'il fuq minn 18-il sena. Dawk interessati huma mitluba sabiex jirrikorru fil-Fergħa tal-FSWS, fi Triq il-Ħamrija, Xewkija jew iċemplu fuq 22588993/5, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9.00am u s-1.00 pm sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 4 ta' Marzu 2022. Huwa jgħid illi dan l-istess uffiċjal kien joqgħod jiaħar b'Rolex li jiswa' €20,000. Id-Deputat Nazzjonalista qal li f 'temp ta' ħames jew sitt snin Borg kien xtara b'madwar miljun ewro fi proprjetà u kien hawn li semma' t-telefonata li fiha allegatament jissemma' l-Prim Ministru. Huwa qal ukoll li hemm ritratt - liema ritratt poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra - li ttieħed tmien xhur ilu u li juri Range Rover irreġistrata taħt Christian Borg, li jallega illi kienet qed tinstaq minn membru tal-familja tal- Prim Ministru li qal illi jaf min hi imma li mhux se jsemmi isimha għalissa. Fit-18 ta' Frar imbagħad - jumejn wara - Azzopardi qal li kien mgħajjat mill-Pulizija tal- Unit tar-Reati Finanzjarji u li ta d-dettalji, bħall-ismijiet ta' dawk involuti fir-racket inkluż ta' persuna li qal illi bdiet iċċempel u titlob lill-kuntatti tagħha biex iħassru ċ-chats li kellhom magħha. Huwa sostna li l-Prim Ministru baqa' qatt ma wieġeb għal dan kollu. L-Uffiċċju tal-PM ma jweġibx! Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għaliex il-Gvern jew entitajiet tiegħu ma waqqfux il-kuntratti malli saru jafu bl-akkużi fil- konfront ta' Borg. Staqsiet ukoll dwar l-allegazzjoni ta' Azzopardi dwar membri tal-familja tal- PM li ingħad illi kien qed isuq vettura ta' Borg u staqsiet ukoll jekk il-Pulizija għajtux lil Abela biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu wara stejjer u implikazzjonijiet kif ukoll akkużi mill-PN li hu għandu xi rabta ma' Borg. Il-Prim Ministru iżda għażel li ma jweġibx.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022