Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 aħbarijiet illum • Il-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 Il-Membri Parlamentari Ewropej jitolbu għal strateġija kontra l-kanċer Il-Parlament adotta r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu għal strateġija tal-UE komprensiva u koordinata kontra l-kanċer. Ir-rapport mill-Kumitat Speċjali tal-Parlament għall- Ġlieda kontra l-Kanċer (BECA) ġie adottat b'652 vot favur, 15 kontra u 27 astensjoni nhar l-Erbgħa. Iffukar fuq il-prevenzjoni tal- kanċer Peress li aktar minn 40% tal-kanċers jistgħu jiġu evitati permezz ta' "azzjonijiet koordinati li jimmiraw fatturi ta' riskju relatati mal-aġir, bijoloġiċi, ambjentali, relatati max-xogħol, soċjoekonomiċi u kummerċjali", il-MPE talbu li jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni effettivi fuq livell nazzjonali u tal-UE, fuq il-bażi ta' għarfien espert xjentifiku indipendenti. Il-miżuri rakkomandati jinkludu programmi ta' finanzjament li jħeġġu lin-nies jieqfu jpejpu u l-promozzjoni ta' azzjonijiet biex inaqqsu u jipprevjenu dannu relatat mal-alkoħol bħala parti mill-istrateġija riveduta tal-UE dwar l-alkoħol. Il-Parlament jitlob ukoll tikketta nutrizzjonali tal-UE, li tkun obbligatorja u armonizzata, fuq quddiem tal- pakketti tal-prodotti tal-ikel kif ukolll-istabbiliment ta' valuri ta' limitu ta' esponiment industrijali għal mill-inqas 25 sustanza addizzjonali. Aċċess ugwali għall-kura tal- kanċer bejn il-fruntieri Il-MPE huma kkonċernati li l-pazjenti għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet meta jippruvaw jaċċedu għas- servizzi tal-kura tas-saħħa u jipparteċipaw fil-provi kliniċi f 'pajjiżi oħra tal-UE. Għalhekk huma qed jitolbu li jiġi riformat il-qafas leġiżlattiv eżistenti biex jippermetti l-mobilità u l-aċċess għal apparat u kura speċjalizzati ħafna. Għandu jkun hemm ġabra waħda ta' regoli biex il-kura tas-saħħa transfruntiera, inkluż id-dritt għat-tieni opinjoni, tiġi awtorizzata u rimborżata. Huma jgħidu wkoll li l-kooperazzjoni multinazzjonali u l-mod kif isiru l-provi kliniċi transfruntiera wkoll jeħtieġ li jkunu aktar effettivi. Approċċ Ewropew biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil- provvista tal-mediċini Sabiex jittaffew in-nuqqasijiet fil-provvista u jagħmlu t-trattamenti tal-kanċer aktar aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għal kulħadd fil-livell tal-UE, il- MPE jippromwovu bil-qawwa it- twessigħ tal-proċeduri ta' akkwist konġunt, speċjalment għal mediċini u trattamenti tal-kanċer rari, pedjatriċi u ġodda. Huma jridu wkoll jiddiversifikaw il- katina ta' provvista tal-mediċini tal-kanċer, jimmonitorjaw in- nuqqasijiet fil-provvista aktar mill-qrib u joħolqu ħażna strateġika ta' mediċini kritiċi tal- kanċer. Rakkomandazzjonijiet ewlenin oħra fir-rapport jinkludu: • li jiġi garantit id-"Dritt li tkun Minsi" (li permezz tiegħu l-assiguraturi u l-banek m'għandhomx iqisu l-istorja medika ta' persuni affettwati mill-kanċer) lill-pazjenti tal- UE kollha għaxar snin wara tmiem it-trattament tagħhom (u mhux aktar minn ħames snin għall-pazjenti li kienu ġew dijanjostikati qabel l-età ta' 18-il sena); • li jiżdiedu kanċers oħrajn (minbarra dak tas-sider, ċervikali u tal-musrana) mal- Iskema l-ġdida appoġġata mill- UE għall-Iskrinjar tal-Kanċer; • li jiġi żgurat li s-sistema farmaċewtika tkun aktar trasparenti, speċjalment fir- rigward ta' komponenti tal- ipprezzar, il-kriterji ta' rimborż u l-prezzijiet netti tal-mediċini f 'pajjiżi Ewropej differenti. Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022