Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 ħorox. It-twissijiet tal-Parlament Ewropew lill- Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. X'inhi eżattament il-kwistjoni bejn ir-Russja u l-Ukraina? U kif wasalna sa hawn? Fl-aħħar tal-2013 Viktor Yanukovych, il-mexxej tal- Ukraina li kien ferm qrib tal- Kremlin ikkanċella pjani li kellu biex jressaq lill-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropa, wara li Vladimir Putin ppropona Customs Union bejn l-Ukraina, il-Belarus u l-Kazakhstan. Dan il-pass ewreb lejn ir-Russja - minflok lejn l-UE - wassal għal inwkiet u protesti fit-toroq tal-kapitali Kyiv, liema protesti, xi kultant vjolenti, waslu biex Yanukovych jirriżenja. Ftit wara r-Russja ħadet passi biex tokkupa l-Krimea f 'pass li kien meqjus bħala illegali mill- Ġnus Magħquda. Il-Krimea, peninsula fl-Ukraina, fejn ħafna jitkellmu bir-Russu kienet trasferita lill-Ukraina fl-1954 mill-Mexxej tal-Unjoni Sovjetika Nikitia Khrushchev. Il-Kremilin dejjem qal illi l-azzjoni li ħa fuq il-Krimea kien ibbażat fuq referendum li permezz tiegħu n-nies tal-Krimea riedu jerġgħu jingħaqdu mar- Russja. L-Unjoni Ewropea qalet illi r-referendum, li seħħ wara li truppi Russi ivadew il-Krimea, "kien illegali u illeġittimu." Il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukraina ggrava wara illi separatisti appoġġjati mir- Russja ddikjaraw żewġ reġjuni repubblika. Dawn huma Donetsk u Luhansk, magħrufin bħala id- Donbas. Fl-2014 u l-2015 ġie ffirmat l-Ftehim ta' Minsk li permezz tiegħu kellu jieqaf il-ġlied u l-kunflitt, minkejja li xorta tilfu ħajjithom 14,000 persuna. Dan il- ehim ġie vjolentat diversi drabi u minkejja tama li fl-2019 se tinstab soluzzjoni wara li ġew skambjati priġunieri, il-kunflitt kompla. Ir-Russja fl-2021 bdiet tħejji eluf ta' truppi ħdejn l-Ukraina għal dak li qalet illi huwa theddid minn NATO. Wara hija rtirat dawn it- truppi. U llum fejn ninsabu? Ir-Russja laqqgħet madwar 100,000 suldat ħdejn il-fruntiera tal-Ukraina, filwaqt li kien irrapportat li intbagħat aktar makkinarju u riżorsi lis-separatisti. Membri tal-Intelliġenza Ukrena kienu rrapportati jgħidu illi madwar 7,000 tunnellata ta' uwil tankijiet, armi u artillerija kienu mibgħutha mir-Russja. Ewropea Ursula Von Der Leyen lill-Parlament Ewropew. 'L-akbar theddida għal Putin hija Ukraina libera u demokratika' Intant il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber sostna li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tingħaqad flimkien għall-paċi, "għax din il-kwistjoni mhijiex biss dwar l-Ukraina imma wkoll dwarna u l-paċi fl- Ewropa." "Aħna qegħdin man-nies li jridu l-paċi u d-demokrazija," sostna Weber li qal illi l-akbar theddida għall-Mexxej Russu "hija Ukraina libera u demokratika." Fakkar fil-fatt li dan diġà għandu poter fil-Belarus u jgħid li l-President Alexander Lukashenko huwa pupazz ta' Putin. Finalment Manfred Weber fakkar li fil-Parlament stess it żmien ilu biss Alexei Navalny rebaħ il-Premju Shakharov, u fakkar li dan issa qed jiffaċċja 15- il sena priġunerija bla ebda bażi. Intant il-Mexxej tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi Iratxe Garcia Perez sostniet ukoll li b'dak li qed jagħmel il-Parlament Ewropew, qed jerġa' juri s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Ukren. "Ma nistgħux noqgħodu fil- ġenb fuq din il-kwistjoni... is- sovranità u d-dritt tal-paċi huma kisbiet li ma għandhomx jiġu mċaħħda," saħqet. Hija qalet illi l-Ukraina teħtieġ tiem li l-Parlament Ewropew - inkluż is- Soċjalisti - jinsabu warajha. Charles Michel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022