Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 Ħarsa lejn il-Ħames Distrett żieda fil-popolazzjoni u allura l-votanti eliġibbli. Fil-fatt fiż-Żurrieq, il-votanti eliġibbli żdiedu b'mod qawwi minn 7,542 fl-2005 għal 9,799, żieda ta' aktar minn 2,000 vot. Minkejja dan, fl-2005 il-PN kiseb 23.7% u fl-2019 prattikament l-istess, jiġifieri 23.7% mill-ġdid, anke jekk fil-fatt numerikament huwa żied il-voti minn 1,305 għal 1,733. F'Birżebbuġa is-sitwazzjoni it aktar ħażina hekk kif il-PN baqa' fl-istess ilma perċentwalment imma anke numerikament. Fil- fatt fl-2004 ma' elezzjoni tal- Parlament Ewropew il-PN kien kiseb 27.2% b'1,332 vot, filwaqt illi fl-2019 ma' elezzjoni wkoll tal-Parlament Ewropew, kiseb 3.2% inqas (24%) u ġab 1,305 voti, marġinalment inqas mill- 2004. Dan minkejja li l-votanti eliġibbli f 'Birżebbuġa żdiedu b'mod qawwi: Minn 6,309 fl-2004 għal 8,775 fl-2019, jiġifieri żieda ta' 2,466. Jekk wieħed iqabbel dawn l-elezzjonijiet allura jfisser li f 'din il-lokalità l-PN rebaħ it li xejn votanti ġodda. Il-PN kiseb l-aqwa riżultat f 'Brżebbuġa fl-2015 meta kiseb 1,604 voti (30.2%) u l-agħar riżultat fl-2012 meta kiseb biss 926 vot (21%) Fil-Qrendi l-Partit Nazzjonalista qatt ma qabeż id- 900 vot sa issa bl-aqwa riżultat tiegħu jinkiseb fl-2008 b'45% jew 837 vot u l-agħar ikun dak tal-2019 meta kiseb biss 517-il vot jew 28%. Fl-2019 il- Partit Demokratiku (Marlene Farrugia - eks Kap tal-PD hija mill-Qrendi) kiseb 44 vot jew 2.4%. Fl-2013 - meta kienet saret ukoll elezzjoni ġenerali - il-Partit Nazzjonalista kiseb 724 vot, jew 37%. Il-kandidati l-aktar popolari tal-PN u tal-Labour u r-rabtiet mal-ħames distrett Fuq dan id-Distrett ħiereġ bħala kandidat il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela li fil-fatt ma għandu ebda rabta soċjali u politika ma' dan id- distrett, li diġà għandu lista twila ta' kandidati popolari f 'isem il- Partit Laburista. Fil-fatt huwa it stramb kif Abela għażel li jikkontesta dan id-distrett, għalkemm waħda mir-raġunijiet tista' tkun li qed jipprova jerġa' jirbaħ lura r-raba' siġġu li l-PL rebaħ għall-ewwel darba fl- 2013, imma tilef fl-2017. Il-Partit Laburista kien kiseb 66.9% fl-2013 u l-PN kien kiseb 31.7%. Fl-2017 il-PL naqqas b'1.2% u kiseb 65.7% filwaqt li l-PN kiseb 33.2% jew żieda ta 1.5%. L-eks PM u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat kien ukoll ħareġ fuq dan id-distrett fl- 2017 u kiseb 12,886 vot. B'hekk Abela jista' jkun li qed jipprova jakkwista bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' voti li kiseb Muscat. Bernard Grech minn naħa l-oħra għandu rabta ma' Birżebbuġa fejn huwa għex u l-ġenituri tiegħu baqgħu jgħixu għal ħafna snin. Apparti li Grech qatta' ħafna snin jgħix fil-qalba ta' Birżebbuġa, huwa kellu wkoll uffiċċju legali fl-istess lokalità. Miriam Dalli - għalkemm tgħix San Pawl il-Baħar - għandha rabtiet qawwijin kemm ma' Birżebbuġa imma b'mod speċjali maż-Żurrieq hekk kif hija miżżewġa ma' iben l-eks Ministru Laburista u eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella, li huwa mill- istess lokalità. Fl-2008 Vella kiseb l-akbar numru ta' voti mill-Ħames Distrett b'4,911 u fl-2013 żied il-voti u kiseb 5,231 vot. L-istess Vella kien ikun ħafna preżenti f 'Birżebbuġa, hekk kif il-familja tiegħu kellha villeġjatura f 'dan ir-raħal. B'rabta diretta ma' Birżebbuġa hemm ukoll il-kandidat Nazzjonalista Stanley Zammit, preżentement l-uniku Kunsillier tal-PN f 'din il-lokalità. Rabtiet ta' familja maż- Żurrieq għandu wkoll is- Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi. Kif għandu wkoll id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina li huwa minn dan ir-raħal. Il-Partit Laburista għandu wkoll fuq il-lista lill-Ministru Julia Farrugia Portelli, Qrendija u anke lis-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia. Hemm Owen Bonnici, popolari ħafna - fost oħrajn - man-nies tal-festi, inkluż f 'dawn il-lokalitajiet li lkoll għandhom mijiet jew eluf ta' dilettanti u soċjetajiet mużikali differenti. Biss, biss bejn iż-Żurrieq, il- Qrendi, l-Imqabba u Ħal Kirkop hemm xejn inqas minn tmien festi - tnejn f 'kull lokalità. F'Ħal Safi u Birżebbuġa mbagħad isiru festa f 'kull raħal. Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina wkoll għamel aċċenn partikolari ħafna fuq il-festi fl-aħħar ġimgħat, hekk kif l-aġenda kienet iddominata mill- Covid-19 u r-restrizzjonijiet. Apparti li jgħix fiż-Żurrieq, is-sieħba ta' Bonnici tgħix Ħal Kirkop, għalkemm hija aktar popolari fl-Imqabba. L-ebda kandidat ma għandu rabtiet diretti ma' Ħal Farruġ - hamlet żgħir bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi, fejn iżda l-Partit Laburista huwa mium li għandu appoġġ b'saħħtu. Kandidati Laburisti oħrajn xi it jew wisq magħrufin fuq dan id-distrett huma l-eks Deputat Joe Sammut, mill-ġdid miż- Żurrieq u Jean Claude Micallef li ħiereġ fuq dan id-distrett għall- ewwel darba. Politiċi popolari li ma baqgħux fil-lista elettorali matul is- snin u li ħallew impatt, apparti Karmenu Vella u George Vella f 'isem il-Partit Laburista huma Ninu Zammit. Zammit - eks Ministru Nazzjonalista - kien miż-Żurrieq u kien politiku ferm popolari tant li fl-2003 kien kiseb l-akbar ammont ta' voti għall-PN (2,466) u reġa' fl-2008 b'2,317-il vot. L-eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea wkoll kien popolari, kif kienu ġew eletti Helen D'Amato (miż- Żurrieq) u anke Franco Debono minn dan id-distrett f 'isem il- PN. Interessanti wkoll kif kien mill-Ħames Distrett fl-2008, dak iż-żmien f 'isem il-Malta Labour Party, li kienet eletta Marlene (dak iż-żmien Pullicino) Farrugia b'2,063 vot. Bernard Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022