Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum Bejgħ tal-passaporti u l-prinċpju ta' lealtà fl-Unjoni Ewropea I ktar kmieni din il-ġimgħa, l-kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-libertajiet ċivili u l-ġustizzja, huwa u jiddiskuti rapport dwar il-bejgħ tal-passaporti (jirreferu għalihom bħala golden passports) mill-ista- ti membri, jemfasizza li dan hu oġġezzjonabbli etikament, legal- ment u ekonomikament u dan apparti li dan joħloq bosta riskji għas-sigurtà. Tul is-snin, il-Ministri, kemm f 'Malta kif ukoll barra, emfasizzaw li ċ-ċittadinanza, fl-Unjoni Ewropeja, hi materja riżervata għall-istati membri. Hekk hu, imma mhux b'mod assolut. Il-prinċipju ta' lealtà fit- trattati Ewropej ilewwen il-ħidma tal-istati membri fl-Unjoni. Anke l-oqsma li huma kompetenza nazzjonali għandhom ikunu meqjusa f 'dan id-dawl. Ħadd ma jikkontesta li ċ-ċittadinanza hi kompetenza tal-pajjiżi membri. Hekk għandu jkun. Imma meta nikkunsidraw il- bejgħ taċ-ċittadinaza hemm ħafna implikazzjonijiet oħra, ta' gravità mhux żgħira. It-trattati tal-Unjoni Ewropeja dan jispjegawh bħala obbligu ta' kooperazzjoni sinċiera bejn il-pajjiżi membri, obbligu li bosta drabi huwa mfisser bħala l-prinċipju ta' lealtà: lealtà, jiġifieri bejn il-pajjiżi membri infushom. Riċentment, l-amministrazzjoni immexxija minn Robert Abela fasslet emendi mhux żgħar għall- proċess li bih tkun akkwistata ċ-ċittadinanza b'investiment. Il-programm (Individual Investor Programme) inbidel ma skema residenzjali li eventwalment tista' twassal għal ċittadinanza. Għalkemm l-Unjoni Ewropeja kienet infurmata b'dan it-tibdil, is-Segretarju Parlamentari responsabbli għaċ-ċittadinanza, Alex Muscat, indika li ma kien hemm l-ebda rispons mill- Kummissjoni Ewropeja. Il-Parlament Ewropew ser jiddiskuti dan kollu fil-plenarja tiegħu tax-xahar id-dieħel. L-abbozz tar-rapport, b'numru mdaqqas ta' emendi, jemfasizza li l-iskemi taċ-ċittadinanza b'investiment "hemm it-tendenza li jkunu f 'dawk l-istati membri li huma l-iktar esposti għal riskji konnessi mas-segretezza finanzjarja, bħall-evażjoni tat-taxxa, l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni." Fost dawk li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija b'investiment insibu lil: Anatoly Hurgin, akkużat bi frodi, kuntrabandu u ħasil ta' flus kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Iżrael, Liu Zhongtian, biljunarju involut fl-aluminju, għaddej proċeduri kriminali fl-Istati Uniti dwar evażjoni ta' madwar żewġ biljun ewro f 'tariffi Amerikani, Boris Mints, biljunarju ieħor li qiegħed jiffaċċja akkużi dwar frodi fir- Renju Unit, Pavel Melnikov, ukoll biljunarju li qiegħed ikun investigat fil-Finlandja dwar ħasil ta' flus u frodi, u Mustafa Abdel- Wadood li ammetta akkuzi dwar frodi fl-Istati Uniti. Dawn ġew identifikati mill-istampa f 'Malta bħala li huma fost dawk li xtraw passaport Malti. Ħadd mhu ser jeskludi li hemm iktar, għax dawn it-tip ta' skemi huma kalamita għal dawn it-tip ta' nies.. Dawn, u oħrajn, ħadu iċ- ċittadinanza minkejja li suppost li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu eżaminati b'reqqa liema bħalha! Fid-dawl ta' dan kollu l-logħob ta' Bernard Grech li jirriuta li jieħu sehem fi proċess ta' konsultazzjoni dwar il-ħatra ta' regulatur ġdid għall-iskema ta' ċittadinanza b'investiment tibgħat messaġġ żbaljat. Regulatur li jkollu l-barka ta' Bernard Grech mhux ser itejjeb l-iskema taċ- ċittadinanza. Irrispettivament minn kemm jinbidlu r-regoli dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, din tibqa' mhux aċċettabbli fil-prinċipju. Kif jingħad fir-rapport pendenti quddiem il-Parlament Ewropew iċ-ċittadinanza Ewropeja mhiex għall-biegħ. Ir-rapport quddiem il- Parlament Ewropew jgħid li l-iskemi taċ-ċittadinanza b'investiment fihom ħafna riskji u mhumiex kompatibbli mal- prinċipju ta' kooperazzjoni meħtieġa bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropeja. Fid-dawl ta' dan għandhom jispiċċaw sa mhux iktar tard mis-sena 2025 jgħidilna ir-rapport tal-Parlament Ewropew.. Il-flus jistgħu jkunu utli, jgħid Bernard Grech, kieku l-iskemi jkunu trasparenti. Hi l-istess attitudni li l-PN fil-Gvern daħħal fis-sistema ta' tassazzjoni meta spiċċa daħħal proposti li jinkoraġixxu l-evażjoni tat-taxxa. L-iskema tal-bejgħ tal- passaporti flimkien mal-abbuż kontinwu tas-sovranità tal-pajjiż fil-qasam tat-tassazzjoni bit- tnaqqis fir-rati ta' taxxa għal kumpaniji barranin li b'hekk ġew inkoraġġiti jevadu t-taxxi ta' pajjiżhom huma uħud mir- raġunijiet li wassluna sal-lista l-griża. Tul dawn l-aħħar xhur imma, l-Ministru tal-Fnanzi beda jċedi u jidher li issa mexjin lejn li naċċettaw rata minima u armonizzata ta' taxxa. Bħala partit ilna ninsitu fuq din it-triq. Sfortunatament b'wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li ghidna ċar u tond kif kienu l-affarijiet. Issa jmiss li tispiċċa l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ukoll. M'għandniex bżonn li jkunu istituzzjonijiet barranin li jgħidulna x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin. Kapaċi, jekk irridu, li dan nagħmluh aħna stess. Huma biss membri parlamentari eletti mill-lista tal-kandidati ta' ADPD li jistgħu jassiguraw li jsir it-tibdil kollu li hu meħtieġ. Bernard Grech u l-PN ma jistgħux ikunu is-soluzzjoni. Huma parti mill-problema. Fost dawk li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija b'investiment insibu lil: Anatoly Hurgin, akkużat bi frodi, kuntrabandu u ħasil ta' flus kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl- Iżrael, Liu Zhongtian, biljunarju involut fl-aluminju, għaddej proċeduri kriminali fl-Istati Uniti... Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022