Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 analiżi illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 L-Ossessjoni bix-Xitan u l-Ħażen Ma' dan iridu nżidu l-gideb u l-ġakbiniżmu mrewħa mill- Inkwizizzjoni, bl-ispiji tagħha u l-qassisin, li tant kellhom saħħa fil-komunitajiet ta' dawn iż- żminijiet. Għalhekk kull imġieba li kien jidhrilhom li hija kontra r-reliġjon ta' dak iż-żmien kienu jwaħħluha fix-xitan u jispiċċaw jittorturaw, ibiċċru u jkissru l-imsejknin sakemm ikollhom jammettu li verament jaħdmu max-xitan anke jekk dan qatt ma' kien minnu. Bħalma tafu, l-uġigħ u t-tbatija tremenda tat-tortura ġġiegħel persuna tgħid li ma tridx. U importanti nifhmu dan il-punt għaliex taraw kif l-aċċenn ta' dawn il-kulti u s-setet fuq ix- xitan hija biss l-kontinwazzjoni ta' superstizzjonijiet ta' 500 sena ilu biex irawmu l-biża' fil- membri tagħhom u jġiegħluhom jagħmlu dak li jridu huma. Sempliċiment, mezz ta' kontroll fuq l-imħuħ. Il-ħolqien tax-Xitan huwa wkoll attentat biex jiġi deskritt dak li jissejjaħ "ħażen pur" - esseri li xogħlu biss li jġiegħelna nwettqu l-ħażen li ġej mill- osservazzjonijiet ta' delitti, massakri u ħruxijiet li xi bnedmin kapaċi jwettqu fuq ħaddieħor mingħajr l-iċken rimors. Ħalliha li ħafna minn dawn il-ħruxijiet twettqu mir- reliġjon stess kif wrew gwerrer bħall-Kruċjati, il-Kaċċa għas- Sħaħar u l-Inkwiżizzjoni. L-idea tal-Ħażen Pur Il-kunċett tax-xitan jintuża wkoll biex niskużaw lin-nies talli jagħmlu d-dnub u jwettqu l-ħażen, iżda kif urew diversi studji psikoloġiċi bħal dawk ta' Stanley Milgram dwar l-ubbidjenza u dak tal-ħabs minn Philip Zimbardo naraw li l-għeruq tal-ħażen huma kawżi psikoloġiċi ordinarji bħall- ubbidjenza lejn l-awtorità. Issa peress li f 'kult jew setta, l-awtorita' tal-Pastur, qassis jew mexxej hija assoluta wkoll, il-lealta' lejh (jew lejha) trid tkun assoluta u tista' twassal biex il-membri tiegħu jwettqu atti tal-biża' bħalma ġara bil- qtil tal-membri fil-kult ta' Jim Jones, is-setta tal-Heaven's Gate, u l-attakki bil-gass velenuż sarin mill-kult Ġappuniż Aum Shinrikyo fil-metro ta' Tokyo. Huwa għalhekk li l-ebda Qorti ma' taċċetta d-difiża ta' persuna li tgħid li x-Xitan ġiegħelha twettaq att ta' ħażen. Il-Qrati ta' stati sekulari jibbażaw il-verdetti fuq dak li jgħidu l-esperti u mhux fuq li jgħidu Pasturi jew qassisin ossessjonati bix-Xitan. Jafu wkoll li x-Xitan jista' jintuża bħala skuża biex xi ħadd iwettaq il-ħażen - bħalma ġara fl-istorja twila ta' diversi reliġjonijiet. U għalhekk hu importanti li ma ninsewx li l-kulti u s-setet bażikament qed jużaw "arma kontra l-ħażen" li ġiet ivvintata mijiet ta' snin ilu u għadha tiġi wżata mill-Knisja Kattolika sal- lum, għax tibqa' għodda ta' biża' verament effettiva li taħdem biex tikkontrolla "lill-fidili". (Jissokta)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022