Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 Carmel Bonnici Il-film kontroversjali 'A clockwork Orange' (2) ...ikompli minn nhar il-Ħadd Taħt is-superviżżjoni ta' Dr. Brodsky (Carl Duering), Alex verament ikun immanipulat minn moħħu u wara ġimgħatejn iħalluh jerġa'jinfiltra mas- soċjeta', issa mhux kapaċi għal xi relazzjoni sesswali, li jipproteġi ruħu mill-vjolenza u lanqas li jisma' l-mużika ta' Ludwig Van Beethoven li tant kien iħobb, speċjalment id-Disa' Sinfonija mingħajr ma jimtela' b'biża kbir ġo fih. Il-ġenituri nervużi tiegħu jħabbrulu li l-post tiegħu fid- dar ħadu wieħed li qed jalloġġja hemm u Alex issa m'għandux fejn joqgħod. Waqt li jkun jitlajja max-xatt tax-xmara Thames, wieħed vagabond rieqed hemm li qabel kien qala' xebgha nobis mingħandu jgħarfu u ħafna minn sħabu jsawwtuh bil-goff. Ikunu żewġ pulizija li jsalvawh, Dim u Georgie li qabel kienu sħabu u issa sabu posthom fis- soċjeta'. Dawn it-tnejn jafu li Alex issa ma jistax jipproteġi ruħu u huma wkoll isawwtuh u jabbandunawh. Bilkemm jiflaħ iżomm fuq saqajh, Alex iħabbat għall-għajnuna l-ewwel dar li jsib li tinzerta ta' Mr. Alexander. Dan kien baqa' pparalizzat mill- assalt ta' qabel ta' Alex u sħabu u kważi ġġennen wara l-mewt ta' martu tant li jiddeċiedi li jikkombina l-vendetta personali tiegħu bi pjan biex jiddiskredita lill-gvern u jħajjar lil Alex biex jagħmel suwiċidju billi jsemmgħu repetutament is- Sinfonija Numru 9 ta' Beethoven. Bil-mod, Alex jirkupra fi sptar u jirċievi offerta vantaġġjuża mingħand il-Ministru li jrid juri li lil dan il-ġuvni m'għamillux deni. Alex jistrieħ ferħan fis- sodda tal-isptar, joħlom li jerġa' jistupra waqt li f 'moħħu tkun għaddejja l-mużika klassika ta' Ludwig Van. Fiż-żmien li beda jintwera A Clockwork Orange ġew irrapportati diversi każi ta' vjolenza tip bħal dik li tidher fil-film u Stanley Kubrick, ta' direttur serju u metikuluż li hu malajr żamm id-drittijiet biex id-distributuri Warner Bros. ma jkomplux juru dan ix-xogħol. Kien bioss wara l-mewt tiegħu fl-1999 li l-familja tad-direttur taw il-permess biex dan il- film jerġħa' jinħareġ. Pero', issa l-vjolenza u s-sess li fih m'għadhomx daqshekk qawwija meta kkomparati ma' dan iż- żmien. Fl-1971 hawn Malta din il-produzzjoni kienet inżammet, pero' ħareġ fis-sena 2000 u baqa' għaddej kważi inosservat. Xi kritiċi qablu li A Clockwork Orange hu film faxxista, mhux minħabba l-eċċess tal-vjolenza, imma fih Kubrick ittratta s-suġġett tiegħu b'mod arroganti, bla qalb, li juri li hu superjuri ntellettwalment, qisu mhux uman kontra l-femminiżmu kif ukoll antierotiku. It-taħriġ li jgħaddi minnu Alex, "il-Ludovico brainwashing technique" mhux meqjuż bħal xi ħaġa Kristjana, billi hawn dan il-proċess iġib lill-individwu mingħajr ħeġġa, mingħajr għażla u mingħajr emozzjoni, kif ukoll ineħħi l-instint bżonnjuż li kulħadd jitwieled bih. L-attakk fuq il-mara tal- awtur, Mr. Alexander hu bbażat minn fuq il-veru assalt li s-suldati Amerikani għamlu fuq martu f 'Londra meta Burgess kien stazzjonat f 'Ġibilta'. Meta t-tobba skoprew tumur f 'moħħu, Anthony Burgess kiteb malajr A Clockwork Orange bil- ħsieb li l-flus li jdaħħal minn dan il-ktieb jgħin lil martu wara mewtu. Wara nstab li hu ma kellux kanser. L-awtur iggradwa b'digriet mill-Universita' ta' Manchester fl-1940 u ġie onorat bi plakka kommemorattiva. Qabel iggradwa kien jikteb il-mużika. Burgess b'kollox kiteb 33 novella, 25 xogħlijiet mhux fittizji, żewġ volumi ta' awtobijografija, 3 sinfoniji u aktar minn 250 kompożizzjoni mużikali, nkluż kunċert bil-vjolin għall-mużiċist Yehudi Menuhin. Id-direttur Stanley Kubrick iħobb idaħħal xogħlijiet mużikali klassiċi fil-films tiegħu. Beda bil-film 2001 A Space Odyssey (1968) fejn ta' prominenza kbira lil Also Sprach Zarathustra tal-kompożitur Richard Strauss u kompla wkoll f 'A Clockwork Orange il-film ta' wara. Barra l-kompożizzjonijiet ta' Beethoven u anki jinstema' fil-kreddti tal-aħħar Gene Kelly jkanta Singing In The Rain, insibu l-mużika elettronika stramba imma affaxxinanti ta' Walter Carlos li fl-1972, sena wara li ħareġ il-film, wara operazzjoni saret Wendy Carlos. A Clockwork Orange, film maħruġ mill-Warner Bros. bil- ħin ta' sagħtejn u 22 minuti jibqa' sal-preżent xogħol allarmanti, straordinarju u fl- istess ħin impressjonanti li ħafna minn dak li rajna fih seħħ fis- snin ta' wara. Warajh, Stanley Kubrick kompla jirregalalna bi produzzjonijiet eċċellenti pero' mhux għall-gosti ta' kulħadd, fosthom l-aktar The Shining (1980).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022