Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum 'Bħala Gvern u bħala Ministru ma tistax tiftaħ nies u tiddeċiedi' Il-Bdiewa se nkeċċuhom għal trakka tal-mudelli tal-ajruplani? Issa li ż-żonqor se tingħata lura, il-yacht marina se ssir? Kif se nnaqqsu l-bini ? Għandna bżonn aktar żoni ħodra protetti? Aaron Farrugia jwieġeb … ANTHEA CACHIA TOROQ ġodda, flyovers, bini għoli u krejnijiet … Minkejja li kull pajjiż jeħtieġ infrastruttu- ra adegwata li tilqa' għall-isfidi preżenti tal-pajjiż għandna naqtgħu linja x'imkien fejn jirrigwarda l-iżvilupp? Għand- hom isiru l-affarjiet u l-miżuri ambjentali, tkun xi tkun il-konsegwenza ekonomika u monetarja? Din il-gazzetta ltaqgħet mal-Ministru għall-Ambjent, Ippjanar u t-Tibdil fil-Klima Aaron Farrugia u staqsiet fuq l-aktar kwistjonijiet ambjentali kurrenti u li qed jolqtu l-poplu Malti u Għawdxi: Wied Żnuber, iż-Żonqor u l-Yacht Marina, il-Mina ta' bejn Malta u Għawdex, l-permessi tal-bini u l-immaniġjar tal-iskart. Airstrip f 'Wied Żnuber? 'Jiena nħares lejn policies biss mhux każi speċifiċi' Din il-ġimgħa Moviment Graffitti saħqet li tul dawn l-aħħar ġimgħat ġiet ikkuntattjata min-numru ta' bdiewa li ġew notifikati biex iħallu l-għelieqi tagħhom f 'Wied Żnuber limiti ta' Birżebbuġa. Dan il-Wied, li huwa kbir daqs ħames grawnds tal-futbol, ġie propost li fih issir airstip għall-mudelli tal-ajruplani u bini ta' clubhouse, fejn jiltaqgħu d-dilettanti. Minkejja dan, sa issa jidher li għad m'hemm ebda applikazzjoni għall-iżvilupp tas- sit. Mistoqsi jekk jaqbilx li f 'Wied Żnuber issir din it-trakka il- Ministru Farrugia saħaq li ma jistax jikkummenta fuq il-proġett, peress li m'hemmx applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Iżda jekk il-bdiewa ġew notifikati, bilfors li kien hemm il-ħsieb li jsir, tirrimarka l-gazzetta ILLUM. Farrugia saħaq li ħsieb se jkun hemm u wieħed għandu dritt li jissottometti applikazzjoni mandakollu "għandek l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż li jirċevu l-applikazzjonijiet imbagħad jaraw skont il-policies tal-pajjiż. Jiena nfurmat li ż-żona, parti minnha, hija industrijali. F'dak il-każ wieħed jistenna u jimxi mal-policies li jirregola l-pajjiż." L-ILLUM tfakkar lil Farrugia li Wied Żnuber, li biswit tiegħu huwa sit Natura 2000 -jiġifieri sit ekoloġikament sensittiv- fih jinsabu annimali protetti, pjanti endemiċi u anke siti storiċi. Mistoqsi x'inhi l-fehma tal- Ministru fuq dan huwa sostna li "l-awtoritajiet għandhom jaraw il-policies kollha, inkluż ta' siti protetti u għandhom ikunu dawk li jiggwidawhom jekk il- proġett għandux isir jew le, bħal kull proġett ieħor, wara kollox." Farrugia jibqa' jinsisti li m'għandux pożizzjoni fuq dan ir-rigward u jgħid li dan huwa proġett li jixbaħ ħafna lill- applikazzjonijiet li l-awtoritajiet jirċievu kuljum. "Jiena nipprova nżomm lura. Jien bħala Ministru ma nistax nidħol f 'każijiet li huma personali. Jien inħossni obbligat li nħares lejn il-policies biss, mhux lejn każijiet speċifiċi," kompla jgħid Farrugia. Jgħid li l-portofoll li jirrappreżenta huwa l-iktar wieħed kontroversjali "għax ikollok applikazzjonijiet li fihom infushom huma sensittivi jew kontroversjali u għalhekk għandhom ikunu l-awtoritajiet li jaraw il-policies li jiggwidawhom u xogħolna huwa li nkomplu nsaħħu l-policies." 'Gvern Laburista fl-ebda stadju ma huwa arroganti' Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela żvela waqt il-programm XTRA li l-art taż-Żonqor issa se tingħata lura lin-nies ta' Marsaskala bi skambju ma' biċċa art oħra fi Smart City biex tkun tista' tkabbar il-kampus tagħha. Abela saħaq li l-abbozzi tal- ehim bejn il-Gvern Malti u l-Università Amerikana ta' Malta se jkunu preżentati g ħ a l l - a p p r o v a z z j o n i . Sussegwentament, dak kollu li se jiġi deċiż mill-Kabinett se jitressaq quddiem il-Parlament għall-iskrutinju tal-Kumitat tal- Parlament, bil-għan li jiġi żgurat it-trasparenza tal-proċess kollu. Wieħed jistaqsi, jekk din l-art se tingħata lura lin-nies, il- Gvern qiegħed jammetti li dan kien żball? Għal dan Farrugia qal li l-Gvern Laburista, fl-ebda stadju ma huwa arroganti. "Xogħolna huwa, li nisimgħu l-ħin kollu u jekk hemm mod kif intejbu dak li qed nagħmlu intejbuh u mhux noqgħodu nissuppervjaw. Gvern Laburista huwa dak li kemm-il darba jieħu pass lura jew jibdel id-direzzjoni, skont dak li l-poplu jeħtieġ. Huwa x-xogħol tal-politiku, li ovjament jieħu r-responsabiltà għad-deċiżjonijiet li jieħu, iżda jista' jibdel fehmtu." 'Id-deputati Laburisti kollha qed jaqblu mad-deċiżjoni li l-Prim Ministru ħa' Issa ż-Żonqor mill-ġdid għand l-Iskalin, iżda dan mhux l-uniku proġett li qiegħed jiġi propost f 'dan ir-raħal. Tant hu hekk li dan l-aħħar qamet oppożizzjoni kbira dwar il-proposta ta' yacht marina fil-bajja. Fl-20 ta' Jannar 2022, il- Ministru Ian Borg iltaqa' mal- Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn fejn matulha Borg qal li ma kienx jaf bil-mozzjoni li ħa l-Kunsill f 'Awwissu. Din il-mozzjoni tikkundanna l-ħruġ tas-sejħa għal investituri f 'yacht marina fil-bajja ta' Wied il-Għajn u tiddikjara li m'għandu jkun hemm l-ebda tip ta' konċessjoni lill-privat għal yacht marina. Minn naħa l-oħra erbat ijiem wara fl-24 ta' Jannar il-Kunsill reġa' ltaqa' u unanimament qabel li jżomm il-mozzjoni li ttieħdet f 'Awwissu u għaldaqstant intbagħtet formalment lill- Ministru Borg u lil Transport Malta. Tajjeb li nfakkru li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qiegħed jopponi l-proġett tal- marina. Fearne, li joħroġ fuq it-tielet distrett -inkluż Wied il-Għajn- jemmen li l-bajja għandha tibqa' kif inhi anke minħabba t-tradizzjonijiet marbuta ma' Wied il-Għajn. Minn naħa l-oħra id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef kien stqarr mal-ILLUM li huwa kompletament kontra din il- marina wkoll. U allura il-Ministru Farrugia x'jaħseb fuq dan? Jaqbel jew le? Farrugia għażel li ma jikkumentax jekk huwa jaqbilx jew le fuq din il-kwistjoni. Huwa saħaq li, "d-deputati Laburisti kollha qed jaqblu mad-deċiżjoni li l-Prim Ministru ħa, li l-proġett għandu jsir mingħajr ma jtellef mill-ħin ta' rikreazzjoni tal- Iskalin fosthom fil-bajja li kienu jgħumu fiha u li se jibqgħu jgħumu fiha." Huwa insista li kulħadd "qiegħed jaqbel ma' dik in- narrattiva", inkluż matul l-istess il-jum li saret l-intervista, probabbilment f 'referenza għall- kummenti tal-Ministri Fearne u Borg. Farrugia qal li l-Ministru responsabbli mill-infrastruttura beda l-proċess tal-marina, kien hemm il-karba tal-iskalin u l-Prim Ministru ta widen. "Tant hu hekk li diġà qal li l-forma tagħha ser tinbidel u anke l-bajja tiġi rispettata u tibqa' titgawda mill-Iskalin fost nies oħrajn," qal Farrugia. 'Xogħli hu li nara li l-impatt ambjentali jkun wieħed minimu' Is-sentiment ta' qbil unanimu fuq proġetti kbar għal pajjiżna issemmiet ukoll fil-kwistjoni tal- mina ta' bejn Malta u Għadwex. Dan għaliex, meta mistoqsi fuqha, Farrugia jisħaq li l-irwol tiegħu bħala Ministru tal- Ambjent huwa li jara li l-impatt fuq l-ambjent ikun wieħed minimu. "Jiġifieri li l-proġett isir, għax il-poplu hekk iddeċieda permezz tar-rappreżentanti tiegħu imma fl-aħħar minn l-aħħar noqgħodu attenti kemm jista' jkun," spjega Farrugia. Iżda l-ILLUM tistaqsi kif se jkun hemm impatt minimu jekk se jinqerdu partijiet mill-Wied tal-Pwales? Huwa saħaq li xi kultant bħala politiku jkollok tieħu deċiżjonijiet diffiċli. Jgħid li fejn jidħlu ċertu proġetti, fosthom tal-Magħtab, ikun hemm persuni li jkunu jixtiequ li jsir xi park, iżda jkun hemm bżonn ta' affarjiet oħra. "Bħala Gvern ma tistax tiaħ il-facebook tara l-kummenti tan-nies u tiddeċiedi. Trid tkun Gvern responsabbli … issa imbagħad iżomm il- Aaron Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022