Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 Imma s-saga tal-ittra reġgħet feġġet. F'salt, il-PN ħa d-deċiżjoni li ma jħallihx jikkontesta. Il-PN kien baqa' biss fuq dak li qal Franco Debono, jiġifieri li Schiavone kien implikah bħala l-awtur tal-ittra u ma riedx jirtira l-allegazzjoni. Dan minkejja li Schiavone baqa' jinsisti li qatt ma semma lil Debono. "Daphne kienet qaltli għaliex ma ridunix. Kien hemm raġuni strateġika," insista Schiavone. "Ċertu elementi fil-Partit setgħu baqgħu aktar kwieti jekk jien ma nikkontestax." "Weġġajt. Jien uman," insista. "Imma baxxejt rasi." 'Differenza kbira' bejn żmien Eddie u Gonzi Mistoqsi dwar l-ambjent fil-PN f 'dak iż-żmien, Schiavone saħaq li d-differenza bejn żmien Eddie u żmien Gonzi kienet kbira. Fakkar kif fi żmien Eddie, il- PN kien ġej minn 16-il sena fl- Oppożizzjoni u meta tela' fil-Gvern illiberalizza x-xandir, il-kummerċ, ħoloq setturi ġodda u wettaq riformi kbar. "Meta ġie Gonzi, il-PN kien ilu fil-Gvern. Kien hemm id-deċiżjoni dwar kabinett żgħir li ħafna ma fehmux. Beda tgergir kbir fil-pajjiż. Rajt nies li kienu Nazzjonalisti kbar u telqu l-PN u sal-lum għadhom ma jridux jafu bih. Il-Gvern dejjem se jaqa'. Il-PN beda jbati," insista. "Internament, l-organizzazzjoni sfaxxat fix-xejn fi żmien meta Joseph Muscat kien qed ibiddel lill- Partit Laburista." Simon Busuttil riedni nikkontesta għall-Parlament Ewropew Il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni u fil-ħames distrett tella' biss siġġu wieħed. Simon Busuttil isir Kap u l-affarijiet jinbidlu. Fil-fatt, fl-2014, Schiavone ntalab jikkontesta għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew iżda hu ma xtaqx, għax ħass li f 'Malta seta' jagħti aktar. 'Kont kuntent ħafna li l-PN ġie fuqi," kompla d-Deputat. "Kont inħossni home." 2017: Jikkontesta bla problemi u tela' Fl-aħħar waslet l-elezzjoni tal- 2017. Schiavone jikkontesta u wara dak kollu li għadda minnu, issib in-nies warajh u jiġi elett. Il- PN saħanistra jerġa' jirbaħ it-tieni siġġu fil-ħames distrett. "In-nies baqgħu jemmnu fija. Il- ħajja politika mhijiex il-Parlament biss. Jiena bdejt ix-xogħol politiku tiegħi 40 sena ilu." Ma jiċħadx li jerġa' jikkontesta jekk il-PN ikollu bżonnu Propju għalhekk li l-ILLUM tistaqsih għaliex għażel li ma jikkontestax? Għax issa tela', se jwarrab? "Never say never," insista Schiavone. "Minn issa sal- elezzjoni, jaf tinqala' ċirkostanza fejn il-Partit jgħidli li għandu bżonni nikkontesta, anke jekk fuq distrett ieħor. Jiena qaddej ta' dan il-Partit." Ċaħad rapporti li huwa telaq mill-Partit jew li għandu l-problemi ma' Bernard Grech. Anzi saħaq li għadu jaħdem internament fil- Partit. Espert tas-sondaġġi; Lil Simon kien jgħidlu li se jitlef? Schiavone huwa espert tas- sondaġġi. Minkejja dan, Simon Busuttil kien ċert li se jirbaħ fl- 2017. Qatt ma fetaħlu għajnejh? Tistaqsih l-ILLUM? Id-Deputat saħaq li d-distakk kien hemm imma insista li kien hemm faxxa kbira ta' nies li ma bdewx jgħidu kif se jivvotaw u kien hemm it-tama li ħafna minn dawn jivvotaw lill-PN. "Fl-2017 kien għadu kmieni wisq. L-effett tal-korruzzjoni ma kinitx għadha qed iddejjaq lin- nies. Illum in-nies qed iħossu l-għafsa fil-but u issa l-korruzzjoni qed tibda ddejjaqhom," insista, waqt li fakkar li l-PL kien ilu biss erba' snin fil-Gvern. Is-sondaġġi baqgħu kważi l-istess. Id-distakk se jonqos? Schiavone saħaq li l-aħħar sondaġġ wera li fost dawk li għadhom mhux jgħidu kif se jivvotaw, il-PN jaf jieħu parti kbira minnhom. Allura taħseb li se jonqos id- distakk? "Hekk naħseb. Fadal 60,000 persuna li mhux jgħidu kif se jivvutaw u l-Partit Laburista tal- lum mhuxiex il-Partit Laburista tal-2017, anke għax issa għadda ż-żmien. Huwa naturali li jkun hemm min jibred. Jekk titkellem man-nies, tinduna. Imma kampanja elettorali tagħmel differenza. Jidher li ġejja kampanja negattiva u sfortunatement din l-aktar li tbigħ." Lil Adrian tradih? 'Jiena ħeġġiġtu joħroġ għal MEP' Schiavone kien wieħed minn dawk li appoġġja lil Delia iżda kien ukoll wieħed minn dawk li tilef il- fiduċja fih. Tradih? "Jiena l-ewwel u qabel kollox il- Partit. Jiena pprovajt nikkonvinċi lil Adrian biex iwarrab minn Kap minħabba n-numri. Meta appoġġajt lil Adrian, għamilt dan għax in-nies riedu wiċċ ġdid u għidt li se mmorru tajjeb fin-numri. Dan ma seħħx. Mhux qed ngħid li tort tiegħu, anzi naħseb li l-akbar raġuni tibqa' li kien hemm ċertu elementi fil-PN li ma ħallewhx jaħdem," insista. Saħaq li huwa kien wieħed minn dawk li ħeġġeġ lil Delia jikkontesta għall-elezzjoni tal-MEPs biex jitlaq minn Kap bl-unuri. "Konna qed nirriskjaw li nitilfu b'70,000. Kienet ċara li kien hemm faxxa ta' nies li ma riduhx." insista. "Ħadt id-deċiżjoni konxja. Kellna bżonn insalvaw lill-Partit Nazzjonalista. Konna riesqa lejn telfa kollossali." Imma Bernard għamel differenza fin-numri? Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk Bernard Grech għamilx differenza, bi Schiavone jisħaq li l-PN ma għadux jara sondaġġi li fihom ikun 70,000 vot minn taħt. "It-titjib li konna qed nantiċipaw għadu ma ntlaħaqx imma kien hemm titjib. Bernard irnexxielu jiġbed warajh faxxa akbar. Delia ta' raġel li hu qed juri li hu wara Bernard. Din qed tgħin," saħaq Schiavone. "Naħseb li Delia se jmur tajjeb ħafna fl-elezzjoni." aħbarijiet stajtx tgħid le. Kien xokk kbir għalija' Hermann Schiavone 'Yorgen Fenech kien offrili l-flus ... jiena ma aċċettajtx' Id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone żvela mal- gazzetta ILLUM li Yorgen Fenech ried jagħtih ammont ta' flus meta fl-2019 mar jiltaqa' miegħu biex Tumas Group jipprovdi sala bla ħlas lill-Partit Nazzjonalista għal konferenza li kien se jorganizza. Schiavone żvela mal-ILLUM li Yorgen Fenech (dak iż-żmien Kap Eżekuttiv ta' Tumas Group) kien bgħatlu messaġġ, it sigħat qabel il-laqgħa, jistaqsih jekk iridx ilestilu xi flus, xi ħaġa li hu rriuta. "Il-kmamar tal-aħbarijiet li għandhom iċ-chats ta' Yorgen Fenech, għandhom ukoll dan il-messaġġ," insista Schiavone. "Dan huwa dettall li qatt ma ħareġ. Għaliex?" Schiavone kien qal li hu organizza laqgħa ma' direttur ieħor ta' Tumas Group iżda fl- aħħar ħinijiet kien riferut għal għand Yorgen Fenech, li dak iż- żmien kien diġà magħruf li huwa s-sid ta' 17 Black. "Dak iż-żmien ma kienx hemm dettalji dwar 17 Black daqskemm nafu llum," saħaq Schiavone. "Il-PN kien għadu kemm organizza n-NET Awards il-Hilton u kien jagħmel użu mid-Dolmen għal attivitajiet ta' ġbir ta' fondi." Schiavone aktar tard kien saħansitra ssospenda lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari tal-PN sakemm ittieħdet deċiżjoni tal- Bord ta' Etika li ddeċieda li hu ma kiser l-ebda regola. "Kien inċident sfortunat. L-aktar li jiddispjaċini hu li kienet weħħlet ukoll Kristy Debono li qatt ma kellha kommunikazzjoni ma' Fenech. Kien hemm elementi, anke fil- Partit Nazzjonalista, li pprovaw iħammġuna," temm jisħaq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022