Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum €232 miljun f'xiri ta' proprjetà f'Jannar biss ... 200 kuntratt f'Għawdex biss MARIANNA CALLEJA L-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f 'Jannar ta' din is-sena, in-numru ta' kuntratti ta' bejgħ relatati ma' proprjetà residenzjali ammontaw għal 1,114. Dan ifisser li dan ix-xahar ra żieda ta' 10.4% fil-bejgħ tal-proprjetajiet residenzjali ikkumparat ma' Jannar tal- 2021 (1,009). L-akbar ammont ta' kuntratti, 200 b'kollox, saru f 'Għawdex. Dawn iċ-ċifri huma pjuttost interessanti, partikolarment fid- dawl tat-tgergir li żdied matul il-bidu ta' din is-sena b'mod speċjali dwar l-għoli tal-ħajja u l-pandemija. Dawn iċ-ċifri jsiru aktar interessanti meta wieħed jinnota li l-istess statistika turi li b'kollox intefqu €232.5 miljun fuq dawn il-proprjetajiet, bil- maġġoranza jkunu individwi - jew familja - li qed jinvestu f 'residenza. Dan juri illi anke fi żminijiet ta' inċertezza, ħafna Maltin jibqgħu jinvestu fil- proprjetà. 1,032, jew 92.6% tat- tranżazzjonijiet involvew xerrejja individwali, bil-kumpaniji jammontaw għal prattikament il-bqija tax-xiri. Il-valur tal-atti li jinvolvu xerrejja individwali kien jammonta għal €199.9 miljun, ekwivalenti għal 86% fil-mija tal- valur totali ta' €232.5 miljun. L-ewwel Għawdex imma warajh il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar Meta wieħed jikkunsidra l-iktar reġjun li fih inxtraw proprjetajiet, l-ogħla numru ta' atti finali ta' bejgħ kienu rreġistrati fir-reġjun ta' Għawdex u r-reġjun tal- Mellieħa u San Pawl il-Baħar, b'200 u 124 rispettivament. L-inqas għadd ta' kuntratti finali kienu rreġistrati fir-reġjun tal- Birgu, l-Isla, Bormla u l-Kalkara, b'15-il kuntratti biss. Kien hawn fejn il-gazzetta ILLUM daret fuq Dorian Grech, Branch Manager tal-Aġenzija Remax. L-ILLUM staqsiet lil Grech għaliex Għawdex jibqa' wieħed mill-favoriti, anke mal-Maltin. Huwa jwieġeb li minħabba l-fatt li Għawdex għadu maqtugħ minn Malta, din tikkawża roħs konsidorevoli fil-prezzijiet tal-proprjetà f 'Għawdex, iżda hemm ukoll żewġ raġunijiet oħra. Fil-Baġit, il-Gvern ħabbar li proprjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn għoxrin sena u huma vakanti għal aktar minn seba' snin, proprjetajiet li huma f 'Urban Conservation Area u dawk il-propjetajiet ġodda li jinbnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija, tneħħiet minn fuqhom it-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll b'mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà. First time-buyers ta' dawn il- propjetajiet f 'Malta ser jirċievu għotja ta' €15,000. First-time buyers li jixtru dawn it-tip ta' propjetajiet ġewwa Għawdex ser jirċievu għotja bil-valur doppju jiġifieri ta'€30,000. Barra minn hekk, jekk persuna tixtri residenza f 'Għawdex, hija tħallas taxxa (boll) ridotta ta' 2% fuq il-prezz kollu tal- proprjetà minflok ir-rata ta' taxxa prinċipali ta' 5%. Din l-iskema kienet estiża għas-sena 2022 fil-Baġit tas-sena l-oħra. Mal- ILLUM Grech qal li ħafna mill- proprjetajiet f 'Għawdex li xtraw il-Maltin huma għal raġunijiet ta' villeġjatura. Permessi, riċerka, self u banek ... għaliex konvenji raw tnaqqis ta' 32.3% fuq l-istess perjodu tas-sena? F'Jannar, ġew irreġistrati 664 konvenju relatat ma' proprjetà residenzjali, ekwivalenti għal tnaqqis ta' 32.3% minn Jannar tal-2021. Ix-xerrejja potenzjali individwali ammontaw għal 548, jew 82.5%, filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu l-kumpaniji. Għal darba oħra l-akbar numru ta' konvenji saru fuq proprjetajiet li jinsabu fir-reġjun ta' Għawdex (109 il-konvenju). Wara pero' minflok Mellieħa u San Pawl il-Baħar, insibu r-reġjun ta' Birkirkara, il-Gżira, l-Imsida, Ta' Xbiex u San Ġwann, b'total ta' 91. L-inqas numri ġew innutati fir- rigward ta' proprjetajiet li jinsabu fir-reġjun tal-Birgu, L-Isla, Bormla u l-Kalkara, u r-reġjun ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan, L-Iklin u Ħal Lija. Fil-Kottonera saru biss sitt konvenji u fit-tieni reġjun saru 23 konvenju. Ejja għal mument nieħdu Għawdex bħala eżempju, jekk kienu mibjugħa 200 residenza, għaliex kien hemm differenza drastika ta' 109 konvenju? Din il- mistoqsija l-gazzetta staqsieta lil Grech, li fil-pront elenka numru ta' raġunijiet għaliex konvenju jaf jaqa'. Dorian Grech spjega kif fl- aħħar it snin raw ammont kbir ta' konvenji li jisfaxxaw fix- xejn tort indirett tal-pandemija. "Kellek ħafna konvenji li jaqgħu minħabba li s-self ma jgħaddix. Dan għaliex l-individwu jispiċċa jaħdem inqas sigħat, b'part-time jew agħar jitlef xogħlu," spjega Grech. Raġunjiet oħra jaf ikunu permessi li ma jiġux aċċettati, mard, persuni li jisseparaw qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt u anke problemi bir-riċerka. Eżempju ieħor li ta Grech lil gazzetta hu persuna li xtaq jixtri residenza li kienet titħallas bil- kirja l-antika. Il-kerrej kien miet u d-dar irritornat lura għand is-sid oriġinali li kien imur lura għas-sena 1,903. Dan wassal biex l-ammont ta' nies li jaqsmu sehem fil-binja jiżdied għal 75 persuna jew aktar. "Tista' timmaġina, trid tagħmel kuntratt ma' 75 persuna, ir-riskju jkun ikbar, lanqas jibqa' jaqbilek," temm jgħid Grech. Ftit kurżitajiet ta' malajr Tajjeb li ngħidu li l-istatistika tal-NSO saret biss fuq it- tranżazzjonijiet ikklassifikati bħala 'residenzjali' mis-sors. Dan ifisser li l-istatistika tkopri t-tipi ta' proprjetajiet bħal garaxxijiet, appartamenti, terraced houses, maisonettes u villel fost oħrajn. Kienu inklużi wkoll ehim relatat mal-bejgħ ta' proprjetà bl-irkant u wħud minnom bis-subasta. Lil Dorian Grech, il-gazzetta staqsietu żewġ mistoqsijiet oħra. L-ewwel mistoqsija kienet, "liema tip ta' residenzi inbiegħu l-aktar?" Grech wieġeb li l-appartamenti saru l-aktar residenza popolari fl-aħħar snin. Dan filwaqt li minn meta bdiet il-pandemija, żdiedet id-domanda għal residenzi, l-iktar appartamenti, bi ġnien, bitħa, "jew imqar terrazin." Fl-aħħar l-ILLUM staqsiet, "liema lokalità tiġi l-irħas sabiex wieħed jixtri residenza fiha?" Bla ebda telf ta' ħin wieġeb li hija l-Marsa minħabba diversi fatturi fosthom l-industrijalizzazzjoni tal-lokalità. Għaldaqstant, huwa jgħid li minħabba li l-Marsa ħadet it-titlu tal-Belt Kapital tal-Kultura, din is-sitwazzjoni taf t'itjieb. Fil-fatt ħarsa fuq is-sit tal-istess Aġenzija, townhouse fiċ-ċentru tal-Marsa bi tliet kmamar tas- sodda, żewġ kmamar tal-banju, bitħa u saħansitra kamra tal- għodda, tiswa' €340,000. Pass 'l bogħod, dar simili f 'Ħal Qormi, bi tliet kmamar tas-sodda u żewġ kmamar tal-banju iżda iżgħar fid-daqs tiswa' €650,000. Dan wara li tikkunsidra kif skont Grech, il-proprjetà fin-nofsinhar ta' Malta hija ġeneralment irħas ikkumparata ma' proprjetajiet fiċ- ċentru u t-tramuntana ta' Malta. Fid-dawl tal-aħħar statistika tal-NSO, aġent tal-proprjetà tkellem mal-ILLUM u spjega kif fl-aħħar xhur ħafna konvenji kellhom jaqgħu minħabba self miċħud mill-Banek kawża tal-pandemija Dorian Grech, Aġent tal-proprjetà ma' kumpanija stabbilita f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022