Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum Ġugarelli siguri għal uliedna M atul din il-ġimgħa ltqajna ġewwa Strasburgu għall-Ple- narja tal-Parlament Ewropew, u propju wieħed mir-rapporti li kellna quddiemna u li ġie approvat kien dak dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli, rapport li ġie preparat fil-Kumi- tat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur li jien membru tiegħu. Permezz ta' dan ir-Rap- port, il-Parlament enfasizza l-im- portanza tad-Direttiva għaliex tipprovdi livell għoli ta' sikurezza kkumparat mas-sitwazzjoni qabel ġiet adottata. Pero' l-Parlament elenka numru ta' problemi li ġew minħabba l-iżvilupp fit-teknoloġi- ja, b'bosta minnhom ġew ukoll taħt il-lenti minħabba żviluppi xjentifiċi li qed jippermettu studji u sorveljanza aħjar. Id-Direttiva attwali hija definittivament pass tajjeb 'il quddiem għas-sikurezza tat- tfal, iżda għad fadal diversi problemi. Huwa magħruf li xi manifatturi minn pajjiżi mhux tal-Unjoni Ewropea li jbigħu l-prodotti tagħhom fis-suq uniku Ewropew, speċjalment onlajn, ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards li tistabbilixxi din id-Direttiva u b'riżultat ta' dan, ħafna ġugarelli mibjugħa fl-Unjoni Ewropea għadhom ta' theddida sinifikanti. Fost il-problemi identifikati mill-Parlament Ewropew hemm l-emerġenza ta' evidenza xjentifika li tidentifika sustanzi u riskji kimiċi tossiċi li qabel ma kinux magħrufa, u li minħabba f 'hekk għadd kbir ta' ġugarelli perikolużi qegħdin jiċċirkolaw fl-Unjoni Ewropea. Bla dubju, il-ġugarelli li jitqiegħdu fis- suq għandhom jikkonformaw mar-regoli speċifiċi tagħna dwar il-kimiċi u għaldaqstant f 'dan ir-Rapport il-Parlament jisħaq li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li kimiċi bħal interferenti endokrinali jiġu pprojbiti fil-ġugarelli hekk kif jiġu identifikati. Barra minn hekk, ir-Rapport jagħmel ukoll rakkommandazzjoni sabiex il-Kummissjoni Ewropea tieħu deċiżjoni dwar jekk id-distinzjoni attwali bejn il-ġugarelli maħsuba għat-tfal taħt is-36 xahar u dawk maħsuba għat-tfal akbar fl-età, għandhiex tiġi abolita. Sabiex nassiguraw li d-Direttiva tkun aktar reżiljenti, il-Parlament qed jipproponi wkoll li l-valuri ta' limitu għas-sustanzi kimiċi perikolużi jkunu jistgħu jiġu adattati malajr jekk ikun meħtieġ sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta' diskrepanza bejn l-Istati Membri. Illum il-ġurnata l-ġenituri għandhom dinja ta' problemi ġodda fuq hiex jinkwetaw minħabba l-mewġa l-ġdida ta' ġugarelli intelliġenti li huma kontinwament imqabbda mal- Internet u li jistgħu potenzjalment jissorveljaw l-attivita' tat-tfal mingħajr ebda kunsens u bla limiti. Infatti karatteristika waħda komuni ta' dawn il-ġugarelli hija l-abbiltà li jirreġistraw, jaħżnu u jittrasmettu konversazzjonijiet tat- tfal. Minkejja li l-bejgħ ta' dawn il-ġugarelli beda pjuttost riċenti hemm bosta studji li jitkellmu dwar il-problemi li qegħdin iġibu magħhom. Jiena ukoll ġenitur ta' tifla ta' sena u nofs, u din hija materja li bħal ħafna ġenituri oħrajn tinkwetani, u infatti tkellimt dwar dan fl-intervent li għamilt waqt dan id-dibattitu, fejn esprimejt it-tħassib tiegħi dwar l-aċċess għal ġugarelli li jistgħu jkunu perikolużi li qed jitħallew jiġu mpoġġija fuq is-suq u li fl-aħħar mill-aħħar qed ipoġġu riskju fuq is-saħħa u s-sigurta' ta' uliedna. Tkellimt b'mod partikolari fuq il-bżonn ta' aktar konformita' mal-livelli ta' kimiċi perikolużi u kif ukoll dwar dawn il-ġugarelli intelliġenti li qed iġibu magħhom tħassib serju dwar ir-rispett tal-privatezza minħabba li qed jużaw teknoloġija biex jispjunaw u jżommu rekord tal-attivita' ta' uliedna, prattiċi li fl-aħħar mill- aħħar jistgħu jwasslu wkoll għal theddid ċibernetiku u problemi oħra relatati. Fl-intervent tiegħi għamilt referenza wkoll għal kumpaniji li affaċċjaw kritika ħarxa ħafna minħabba din il- prattika ta' sorveljanza llegali fuq it-tfal. B'riżultat ta' dan, bħala Parlament Ewropew f 'dan ir- Rapport qegħdin nappellaw lill- Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex l-ewwel u qabel xejn iżidu l-miżuri biex jiżguraw li l-ġugarelli kollha mqiegħda fis-suq jikkonformaw mad-Direttiva, irrispettivament minn fejn jiġu manifatturati. Pero' aktar minn hekk, b'dan ir-Rapport qegħdin nitolbu reviżjoni tal-liġi Ewropea sabiex jiġu ndirizzati dawn ir-riskji marbuta mad-diġitalizzazzjoni fejn il-karatteristiċi tas-sigurtà għat-tfal kontra t-theddid ċibernitiku mhumiex adegwati jew kważi ineżistenti, u anke sabiex ikun hemm tnaqqis ta' kimiċi tossiċi. Nemmen li t-tfal tagħna jixirqilhom l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni meta jilagħbu u għaldaqstant jeħtieġ li nagħmlu l-almu tagħna biex niggarantixxu dan. Issa nħares 'il quddiem biex nara proposta leġiżlattiva min- naħa tal-Kummissjoni Ewropea li tindirizza dawn in-nuqqasijiet ħalli nkunu nistgħu nassiguraw li uliedna huma verament protetti. Jiena ukoll ġenitur ta' tifla ta' sena u nofs, u din hija materja li bħal ħafna ġenituri oħrajn tinkwetani, u infatti tkellimt dwar dan fl-intervent li għamilt waqt dan id-dibattitu, fejn esprimejt it-tħassib tiegħi dwar l-aċċess għal ġugarelli li jistgħu jkunu perikolużi Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022