Illum previous editions

ILLUM 20 FEB 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum YENDRICK CIOFFI Hermann Schiavone. Għandu 56 sena. Miżżewweġ u għandu żewġt itfal ta' 24 u 28 sena. Ilu 40 sena involut fil-Partit Nazzjonalista u fi kliemu stess, minħabba dan, issagrifika l-karriera tiegħu fiċ-Ċivil u anke n-negozju tal- familja, għax kien sid ta' ristorant f 'Marsaxlokk. Nafuh bħala l-espert tas- sondaġġi u għandu Dottorat fix- Xjenza Politika. Fil-Partit Nazzjonalista daħal meta kellu biss 16-il sena u kien diġà fl-Eżekuttiv tal-Partit bħala rappreżentant tal-MŻPN. Tul dan il-perjodu, ra lill-Partit Nazzjonalista jieħu deċiżjonijiet iebsa u importanti fosthom dik li ma jidħolx fil-Parlament. Fl-1987, meta kellu biss 21 sena, Louis Galea, dak iż-żmien Segretarju Ġenerali, kien talbu jikkontesta fuq it-tielet distrett (Marsaxlokk, Żejtun, Wied il- Għajn u Ħaż-Żabbar) minflok Josie Muscat. Kien ġab 348 vot. Kien żmien diffiċli. Darba, waqt li kien qed jagħmel home visit fiż- Żejtun, sparaw lejh. Xaharejn wara l-elezzjoni kien iżżewweġ u Eddie Fenech Adami kien ix-xhud tiegħu. Minkejja dawn is-snin kollha fil-politika, Schiavone ġie elett fil-Parlament fl-2017 u ħasad lil kulħadd meta ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Kien żvinturat. Mhux biss ikkontesta elezzjonijiet u ma ġiex elett, imma kien hemm drabi meta kien il-Partit stess li talbu ma joħroġx. Fl-1992 ma kkontestax għax kien għadu kemm tilef l-ewwel tarbija tiegħu. Fl-1998 ma telax għal 95 vot biss u ħadem fuq li ħadem sakemm kollox sfaxxa fix- xejn fl-2003. Il-Partit kien irċieva ittra anonima b'diversi allegazzjonijiet dwaru u kien intalab ma jikkontestax. Fl-2013 xtaq jerġa' jikkontesta imma għaxar snin wara, din l-imbierka ittra kienet għadha qed tiġri warajh. Fil- kontroversja jidħol ukoll Franco Debono. Fl-2019, spiċċa f 'kontroversja meta sar magħruf li kien iltaqa' ma' Yorgen Fenech, dak iż-żmien Kap Eżekuttiv ta' Tumas Group, biex jitlob sala bla ħlas għal konferenza li kien se jorganizza l-PN. Dwar dan kollu, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Schiavone. Il-PN fi żmien Eddie; X'differenza jara bejn illum u dak iż-żmien? Schiavone beda jfakkarna li ż-żmien li fih trabba kien diffiċli u wieħed ma setax ma jinteressax ruħu fil-politika. Kien żmien vjolenti u anke l-kwistjonijiet politiċi kienu ħafna differenti minn dawk tal-lum. Għalhekk saħaq li diffiċli wieħed iqabbel il-PN illum ma' dak iż-żmien. Li hu żgur, jisħaq Schiavone, huwa li l-PN kien organizzat immens, minkejja n-nuqqas ta' riżorsi. "Bejn l-1981 u l-1987, ġieli ġew organizzati meetings minn filgħodu sa filgħaxija u kien ikun hemm folol kbar. Kellna sistema. Int tirċievi telefonata mill-istamperija u tkellem lil dawk li kienu jissejħu Street Leaders u dawn javżaw lin- nies tat-triq," spjega d-Deputat. Home visits fiż-Żejtun ... kienu jiġu jsegwuna Semma l-elezzjoni tal-1987 meta hu kkontesta għall-ewwel darba u kellu ż-Żejtun fid-distrett tiegħu. "Wara Tal-Barrani, iż-Żejtun kont tibża' minnu. Niakar nagħmlu l-home visits u n-nies jiġru warajna," kompla jirrakkonta. Irrakkonta kif l-ewwel darba li Schiavone tkellem f 'mass meeting, kien propju f 'Marsaxlokk, raħal twelidu, it jiem biss wara l-inċident Tal-Barrani. "Louis Galea introduċa l-kandidati kollha u lili ħallieni għall-aħħar biex nibqa' nitkellem. Tista' timmaġina, tifel ta' 21 sena, jindirizza mass meeting bħal dak. Kienet esperjenza tal-ġenn," saħaq Schiavone. Il-famuża ittra anonima ... x'kienet tgħid? Kif daħal Franco Debono? Morna minnufih għall-elezzjoni tal-2003. Ftit jiem biss wara li l-PN rebaħ ir-referendum għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea, Eddie Fenech Adami jħabbar l-elezzjoni ġenerali. Schiavone kien qed jagħmel home visit f 'Ħal Għaxaq meta rċieva telefonata mingħand il-Kap. "Qalli ejja ħa nkellmek. Staqsejtu jekk inqalax xi ħaġa u qalli iva. Qalbi waqqfet," spjega. Mar u għal- laqgħa kien hemm Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Joe Saliba, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari. L-ittra kienet tinkludi allegazzjonijiet serji ħafna u Fenech Adami qallu minnufih li l-elezzjoni kienet waħda importanti u kien ikun aħjar kieku ma jikkontestax. "Meta jgħidlek xi ħaġa Eddie, ma stajtx tgħid le. Kien xokk kbir għalija," insista. 'Jiena ħriġt nadif mill- allegazzjonijiet kollha' L-ILLUM talbitu jispjega l-kontenut tal-ittra, bi Schiavone jgħid li fost affarijiet oħra kienet tgħid s-segretarja tiegħu taċ- Ċivil kienet qed tagħmillu xogħol politiku u li waqt il-ħin tax-xogħol kien imur fir-ristorant li kellu Marsaxlokk. "Dak iż-żmien, ir-ristorant tiegħi kien ilu sentejn mikri lil ħaddieħor," kompla. Mar għand il-Kummissarju tal- Pulizija u dan qallu li anke l-Pulizija kienu rċevewha u ma tawx kasha għax kienu jirċievu ħafna. "Il-Pulizija investigat u ħriġt nadif mill-allegazzjonijiet kollha," saħaq Schiavone, imma n-nominazzjonijiet kienu għalqu u ma setax jikkontesta. Fix-xena daħal ukoll Franco Debono, li kien jikkontesta fuq l-istess distrett u li kien qed jgħid li f 'laqgħa li kellu ma' Edgar Galea Curmi (Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru), Schiavone implikah bħala l-awtur. Schiavone għadu jiċħad dan. 'L-ittra kienet ilha li wasslet għand il-Partit ... ħarġuha biss qabel l-elezzjoni' Iżda żvela mal-ILLUM fatt li sar jaf wara, jiġifieri li din l-ittra kienet għand uffiċjal għoli tal-Partit minn ħafna qabel. Insista li dan l-uffiċjal żammha moħbija u uriha lill-Kap it qabel l-elezzjoni. Saħaq illi li kieku din ħarġet qabel, kien jilħaq inaddaf ismu u jikkontesta. Saħansitra qal li kien hemm kanvassers ta' Deputati u Ministri li qalulu li kienu ilhom jafu li hu mhux se jkun kandidat. "Meta kienet tkun ġejja l-elezzjoni, kull kandidat kien jingħata lista ta' nies li għandu jkellem u jikkonvinċi. Qabel ir- referendum, kulħadd kien ingħata din il-lista, barra jien," kompla jiżvela. "Għaddejt minn trawma. Weġġajt. Spiċċajt b'dipressjoni." Insista li s-sondaġġi kienu qed juru li kellu jitla' sparat. Fil- fatt, meta ma tħalliwx joħroġ, ikkontestat martu u kienet it-tieni l-aktar mara li ġabet voti wara Giovanna Debono. Ġabet aktar voti minn Helen D'Amato u minn Franco Debono. 'Weġġgħuni individwi. Qatt ma ħadtha kontra Eddie' Minkejja dan kollu, insista li hu qatt ma ħadha kontra Fenech Adami. "Niakru jgħidli biex ma noħroġx b'qalbu maqsuma," insista. "Fhimt li dik kienet elezzjoni importanti għall-PN. Qatt ma ħadtha kontra l-Partit li jibqa' akbar minn kulħadd. Weġġgħuni individwi." X'sar minnu wara l-2003? Bired mill-PN? Schiavone kien donnu sparixxa mix-xena politika. Ma kienx ikkontesta l-elezzjoni tal-2008. L-ILLUM tistaqsih għaliex ma kkontestax la kien naddaf ismu. Spjega kif fl-2006 kien tela' jgħix mal-familja l-Ingilterra u saħansitra fetaħ ristorant. Hemm għamel masters u Dottorat fix- Xjenza Politika u wettaq riċerka dwar is-sistema elettorali ta' Malta. Fl-2010 kien mistieden mill- Parlament Irlandiż biex jgħinhom jagħmlu riforma fis-sistema elettorali tagħhom. "Iżda faqqgħet ir-riċessjoni ekonomika li tefgħet lura anke n-negozju tiegħi u għalhekk nżilna lura Malta u minnufih erġajt bdejt naħdem mal-Partit Nazzjonalista," spjega Mort għand Gonzi, laqgħani u reġa' feġġ l-inkwiet Fil-fatt, lura Malta, Schiavone beda jaħdem mill-ġdid fuq id-Distrett u kien mar għand Lawrence Gonzi, dak iż-żmien Kap tal-Partit Nazzjonalista li kien laqgħu u aċċetta li jkun kandidat. aħbarijiet 'Meta jgħidlek xi ħaġa Eddie, ma stajtx Il-gazzetta ILLUM tkompli tiltaqa' ma' Deputati li esprimew l-intenzjoni li ma jikkontestawx l-elezzjoni ġenerali li ġejja u allura jfisser li nieżel is-separju politiku tagħhom. F'din il-ħarġa niltaqgħu ma' Hermann Schiavone...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 FEB 2022