Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704
IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum aħbarijiet Jibdew il-laqgħat biex jitfasslu linji gwida għall- purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira; Deċiżjoni dwar id-Duluri u l-Irxoxt se tittieħed ġimagħtejn qabel Bir-restrizzjonijiet kif inhuma bħalissa, min jattendi għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jrid jibqa' bilqiegħda YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li bdew il-laqgħat bil-għan li jkunu ffurmati linji gwida dwar kif se tkun tista' tiġi ċċelebrata l-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira wara nuqqas ta' sentejn. Minkejja dan, għad hemm inċertezza fuq il-purċissjonijiet tad-Duluri u anke tal-Irxoxt, bid- deċiżjoni dwar dawn mistennija tittieħed aktar 'il quddiem, meta joqrob iż-żmien. Fl-aħħar jiem saret l-ewwel laqgħa bejn l-Arċiprieti, il- Kappillani u anke r-Retturi tal- knejjes li minnhom jinħarġu l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira biex ikunu mfassla linji gwida dwar kif se jkunu dawn se jkunu organizzati. Kollox jindika li sa issa, ġaladarba r-restrizzjonijiet għadhom ma nbidlux, kemm il-Kurja u anke l-awtoritajiet tas-saħħa qed iħarsu lejn purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira fejn dawk li jattendu għalihom, iridu jibqgħu bilqiegħda. Jidher li l-awtoritajiet tas-saħħa jridu jevitaw sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ġemgħat kbar ta' nies u propju għalhekk li rigward il- purċissjonijiet tad-Duluri u anke tal-Irxoxt, li jiġbdu lejhom eluf ta' persuni, id-deċiżjoni se tkun qed tittieħed ġimgħatejn qabel. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif il-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira hija inqas problematika għax dawk li jattendu jassistu u mhux jieħdu sehem fil-purċissjoni bħalma jiġri, pereżempju, fil-purċissjoni tad- Duluri, meta mijiet jimxu wara l-vara. Anke l-purċissjonijiet tal-Irxoxt jiġbru lejhom aktar nies f 'atmosfera festiva, b'mod speċjali waqt il-ġirjiet tradizzjonali, mhux bħalma jiġri fil- każ tal-purċissjoni t a l - Ġ i m g ħ a l-Kbira, meta dawk li jattendu, jkunu mqassma u jsegwu l-purċissjoni minn fuq il-bankina. Anke jekk sa issa kollox jindika li min jattendi għall- purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira se jkollu jibqa' bilqiegħda, it-tir huwa li dawn isiru b'mod normali kif kienu jsiru qabel il-pandemija. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM taf b'kummissjonijiet li jorganizzaw dawn il-purċissjonijiet u li diġà bdew bil-ħidma tagħhom. Dan ifisser li l-awtoritajiet tas- saħħa ma għandhomx oġġezzjoni li jinħarġu l-vari kollha, jieħdu sehem il- personaġġi u anke li jkun hemm banda li takkumpanja l-purċissjoni. "Il-personaġġi jridu jkunu mbiegħda u l-banda se tkun tista' timxi bħala bubble," insista wieħed mis-sorsi li tkellem mal-ILLUM. Is-sorsi saħqu li qed jittammaw li ma jdumux ma jingħataw il- linji l-gwida anke għax biex tkun organizzata purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, diġà mhijiex xi ħaġa faċli, aħseb u ara jekk l-organizzaturi se jkunu jridu jaħsbu kif se jikkontrollaw u jorganizzaw lil dawk li jattendu biex isegwu l-purċissjonijiet. "Għall-parroċċi dan se jkun ifisser ukoll aktar spejjeż għax is- siġġijiet iridu jinkrew," temm jisħaq wieħed mis-sorsi. Meta ħabbret l-eżitu tal-laqgħa li kellha mal-Prim Ministru u l-awtoritajiet tas-saħħa, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda kienet minnufih qalet li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira se jkunu l-ewwel li jerġgħu jsiru "bi protokolli." Kienet qalet ukoll li jekk is- sitwazzjoni tibqa' taħt kontroll, il-festi jkunu jistgħu jsiru b'mod normali. Aktar kmieni dan ix-xahar, id- Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li t-tir tal-Gvern, jekk is-sitwazzjoni tibqa' kkontrollata, huwa li sal-bidu tas- sajf ikunu tneħħew il-maġġoranza tar-restrizzjonijiet. Qal ukoll li sa kmieni f 'Mejju, it- tir huwa li jkunu jistgħu jirritornaw l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa. 'Hemm bandisti li għall-Ġimgħa l-Kbira qed jitolbu €100 fis-siegħa' L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Brian Bonnici li huwa persuna midħla ħafna tal-festi, b'mod partikolari tal-baned u jippreżenta wkoll diversi programmi dwar il-festi inġenerali, is-soċjetajiet mużikali u l-kmamar tan-nar. Anke jekk Bonnici huwa segretarju ta' soċjetà mużikali, L-ILLUM tkellmet miegħu bħala persuna midħla tal-festi u qasam magħna dak li qed jgħidulu diversi persuni oħra li bħalu jafu kemm hu diffiċli tgħaqqad banda fil-Ġimgħa l-Kbira. Bonnici beda jisħaq li huwa importanti li ma jdumux ma jingħataw linji gwida rigward il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira mhux biss minħabba l-organizzazzjoni tagħhom imma anke għall-baned li jkunu jridu jsibu l-bandisti. Insista li biex tgħaqqad banda għall-Ġimgħa l-Kbira, minħabba li jkun hemm ħafna baned qed idoqqu f 'salt, diġà kienet problematika qabel il-pandemija imma din is-sena jidher li qed tkun ħafna aktar minħabba l-ħlasijiet li qed jitolbu wħud mill- bandisti. Bonnici spjega kif minħabba d-domanda, fil-Ġimgħa l-Kbira bandist kien diġà jitlob aktar, imma din is-sena jidher li qed tkun xi ħaġa speċjali. Semma bandisti li qed jitolbu €100 fis-siegħa u bandist partikolari Għawdxi li ntalab idoqq ma' banda Maltija u li apparti l-ħlas talab ukoll akkomodazzjoni f 'Malta biex jinżel qabel u ħlas għat-Trasport. Mistoqsi għaliex il-ħlas żdied daqshekk, Bonnici saħaq li hemm tliet fatturi ewlenin. Fi kliemu hemm min qed jara kbir, hemm bandisti tal-post li ma baqgħux leali lejn il-baned tagħhom u hemm ukoll nuqqas għax diversi bandisti ddeċidew li jieqfu jdoqqu. "Għal ħafna bandisti, id-daqq kien qisu part-time. Fiż-żmien li damu wieqfa, sabu part-time ieħor u issa biex ma jmorrux ix- xogħol u jmorru jdoqqu, irridu jassiguraw li jdaħħlu l-istess jew aktar," saħaq Bonnici. "L-isfidi u l-ispejjeż qed jikbru. Illum biex tgħaqqad banda għall-Ġimgħa l-Kbira, trid mat- €12,000 jekk mhux aktar. Se jkun hawn min jippreferi jinvestihom fil-festa. Hemm każini li mhux se jaslu u li lesti jmorru għand il-Kappillan jew l-Arċipriet u jgħidulu li mhux se jdoqqu," kompla jisħaq Bonnici. Apparti minn hekk saħaq li tkellem ma' diversi delegati tal- baned li qed jgħidulu li hemm bandisti li l-ħlas iriduh mhux b'ċekk imma bi flus kontanti. Fi kliem Bonnici, dan ikompli jżid ukoll sfidi amministrattivi, għax illum, bħala għaqda volontarja, soċjetà mużikali trid timxi mal- liġijiet. "Illum mhux biżżejjed ikollok teżorier. Irid ikollok accountant u anke awditjar," insista. L-appell ta' Bonnici fil-fatt huwa biex il-bandisti jibqgħu leali lejn il-baned li minnhom ħarġu u anke biex jibqa' jkun hemm għajnuna lil dawn is-soċjetajiet mużikali. Ġimgħa l-Kbira Ritratt: Sebio Aquilina Brian Bonnici