Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1453704
10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' FRAR 2022 • illum Id-Distrett tal-mexxejja: Ħarsa elettorali Hekk kif kemm Robert Abela u anke Bernard Grech ħabbru l-kandidatura tagħhom fil-Ħames Distrett il- gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li se jkun fost l-aktar distretti interessanti... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dan il-Ħadd u l-Ħadd li ġej se nkunu qed nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn id-Distrett tal- Mexxejja - għaliex fl-elezzjoni ġenerali li ġejja fuq dan id- distrett - il-Ħames - se jkunu qed joħorġu bħala kandidati ż-żewġ mexxejja politiċi - Bernard Grech u Robert Abela. F'dawn l-artikli se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn il-lokalitajiet f 'dan id-distrett aktar fil- qrib, ibbażat fuq ir-riżultati ta' elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali - li xi drabi ħabtu fl- istess ġurnata ma' elezzjonijiet nazzjonali, jiġifieri jew dik tal- Parlament Ewropew jew inkella dik Ġenerali. Illum se nagħtu ħarsa lejn l-akbar żewġ lokalitajiet f 'dan id-distrett, jiġifieri Birżebbuġa fejn fl-2019 kien hemm total ta' 8,775 votant eliġibbli għall- elezzjoni tal-Kunsill u ż-Żurrieq fejn fl-istess sena kien hemm 9,799 votant eliġibbi. Se nagħtu ħarsa wkoll lejn it-tielet lokalità - u allura dik tal-Qrendi fejn fl- 2019 kien hemm b'kollox 2,543 votant. Jekk inħarsu b'mod ġenerali lejn dawn it-tliet lokalitajiet fl- 2019 meta l-poplu vvota għall- Kunsilli Lokali u anke għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew naraw kif minn Birżebbuġa, iż-Żurrieq u l-Qrendi l-Partit Laburista kiseb total ta' 10,990 vot. Minn naħa l-oħra l-PN kiseb total ta' 3,555 votant, distakk ta' 7,435 vot favur il-Partit Laburista. Naturalment sa hemm xejn wisq sorpiża hekk kif dawn il-lokalitajiet huma tradizzjonalment Laburisti. Imma ħarsa aktar mill-qrib turi illi hemm xejriet differenti f 'kull lokalità. Il-Birżebbuġin huma l-inqas li jivvutaw! Meta wieħed jikkumpara kemm marru jivvutaw nies fl- aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli, inkluż dawk li saru ma' elezzjoni ġenerali jew inkella tal-Parlament Ewropew, issib li Birżebbuġa tirreġistra l-inqas rata ta' nies li jmorru jivvutaw. Fil-fatt fiż- Żurrieq f 'ħames elezzjonijiet (2005, 2008, 2012, 2015 u 2019) ir-rata medja ta' votazzjoni kienet ta' 79.7%. L-aktar darba li ħarġu jivvutaw Żrieraq kien fl-2008, meta kien hemm ukoll elezzjoni ġenerali, b'92.5% filwaqt illi l-inqas kien fl-2012 meta vvutaw 73.8%. Fl-2019 - meta saru l-elezzjonijiet kollha tal-Kunsilli u anke l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew - ivvutaw 77.4%. Il-Qrendin ukoll ħarġu jivvutaw aktar bi ħġarhom anke jekk fi tnejn minn erba' elezzjonijiet, dik tal-Kunsilli Lokali saret fl-istess jum mal- elezzjoni ġenerali. Il-medja ta' nies li vvutaw fl-2005, 2008, 2013 u fl-2019 fil-Qrendi kienet ta' 85.2%. Fl-2019 ivvutaw 76.3%. Intant kienu 64.9% tal- elettorat ta' Birżebbuġa li marru jivvutaw fl-2019, 11.3% inqas mill-Qrendi u 12.3% inqas miż-Żurrieq. Sfortunatament ma nistgħux nagħmlu tixbih ma' elezzjoni ġenerali għaliex f 'Birżebbuġa din qatt ma saret mal-elezzjoni tal-Kunsilli. Minkejja dan - kif rajna - fl-2019 (ma' elezzjoni tal-MEPs) xorta marru jivvutaw ħafna inqas. Fl-2004 - meta saret ukoll elezzjoni tal- Parlament Ewropew - kienu ivvutaw 80.1% tal-votanti f 'Birżebbuġa. L-inqas li vvutaw kien fl-2012, b'turnout ta' 61.5% biss. Il-Labour jissaħħaħ f 'kull waħda minn dawn it-tliet lokalitajiet Xejra ċara f 'kull wieħed minn dawn it-tliet lokalitajiet hija li l-Partit Laburista baqa' kważi dejjem jissaħħaħ u jikseb aktar voti għajr għal eċċezzjoni notevoli, mill-ġdid f 'Birżebbuġa. Fil-fatt fiż-Żurrieq wieħed jara li l-Partit Laburista dejjem żied, kemm jekk l-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali kienet waħedha u anke jekk le. Fl-2005 il-Partit Laburista kiseb 4,159 vot (74.4%) u fl-2008 - anke jekk naqqas f 'termini ta' persentaġġ għal 67% huwa kiseb 4,691 vot. Fl-2012, meta l-elezzjoni saret waħedha l-Labour żied b'mod marġinali (86 vot) għal 4,777, imma mbagħad żied b'191 vot biex fl- elezzjoni tal-2015 - li saret ukoll flimkien mar-referendum tal- kaċċa kiseb 4,968 vot. Finalment reġa' żied il-voti tiegħu b'mod qawwi fl-2019, meta qabeż il- 5,000 vot (5,587) u allura żied 619-il vot mill-elezzjoni tal- 2015. Fil-Qrendi l-istampa hija it differenti għax f 'żewġ okkażjonijiet minn erbgħa l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali saret flimkien mal-elezzjoni ġenerali. Fl-2008 il-Labour kiseb 54.8% tal-voti fil-Qrendi u allura 1,017-il vot, filwaqt illi fl-2013 fl- elezzjoni tal-Kunsilli - flimkien ma' dik ġenerali - kien spara 'l fuq għal it inqas minn 63% jew 1,231 vot. Fl-2005 kien kiseb 53.7%, bi 814-il vot u 14-il sena wara, fl- 2019, kiseb 467 vot aktar, jew 1,281. F'Birżebbuġa wkoll il-Labour dejjem żied numerikament għalkemm f 'termini ta' perċentwali ħa daqqa fl-2015. Fl-2004, sena wara r-referendum u r-rebħa tal-Partit Nazzjonalista bi kważi 13,000 vot distakk, il-Labour kien kiseb 72.7% jew 3,554 vot. Fl- 2007 - forsi għax ħarġu jivvutaw 15% inqas nies minn tliet snin qabel - il-vot tal-Labour waqa' għall-inqas li kiseb f 'termini numeriċi, jiġifieri 3,042 vot. Fl-2012 reġa' stabbilizza għal 3,494 vot u fl-2015 reġa' żdied għal 3,710, minkejja li f 'din l-elezzjoni - li ħabtet ukoll mar- referendum tal-kaċċa - il-Labour ra tnaqqis ta' kważi 10% fil-voti, minn 79% għal 69.8%. Il-PL kien attribwixxa dan għall-fatt li kandidat popolari tiegħu- Joseph Farrugia, magħruf bħala ir-Ricky - u Sindku għal ħafna snin, ma kienx ħareġ għall-elezzjoni. Fl-2019 il-Partit Laburista kien ġab rekord ta' voti f 'Birżebbuġa b'4,122 vot jew inkella 76%. Il-PN: Lura sew fil-Qrendi u statiku fiż-Żurrieq u Birżebbuġa Jekk inqabblu l-persentaġġ li ġab il-Partit Nazzjonalista fl- 2004/2005 ma' dak fl-2019 ma tantx jirriżultaw numri wisq sbieħ, hekk kif il-PN baqa' xi it jew wisq statiku - minkejja Robert Abela