Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 stennija, ir-Re Karlu inkurunat 70 sena bejn inkoronazzjoni u oħra ma humiex ċajta. Ir- Reġina Eliżabetta hija t-tieni l-aktar figura tal-monarkija fl-Ewropa li damet fuq it-tron. Iż-żminijiet jinbidlu u kien għalhekk li r-Re ħass li hemm numru ta' affarjiet li jistgħu itejbu l-monarkija u l-operat tagħha. L-ewwel u qabel kollox naraw li ħa numru ta' miżuri biex inaqqas l-infiq u jiġġenera aktar dħul. Malli ħa postu, ir-Re għamel ristrutturar tal-ħaddiema fi ħdan il-palazz Buckingham. Qal illi ma kienx hemm lok biex il-konsulenti jkollhom il-konsulenti tagħhom stess, fost nuqqasijiet oħra. Apparti minn hekk ir-Re urtatu l-fatt illi membri tal-familja estiża tagħhom kienu jippretendu li jkollhom akkomodazzjoni irjali. La qed nitkellmu fuq akkomodazzjoni, tajjeb li nsemmu li r-Re Karlu mhuwiex daqstant akkanit bil-palazz Buckingham għax jemmen li mhux sostenibbli. Apparti minn hekk ingħad illi l-pjanijiet tar- Re huwa li jagħmel ir-residenzi rjali miuħin għall-pubbliku. Mhux eskluż li wieħed minn dawn ir-residenzi jkun il- palazz. Apparti minn hekk il-mara tar-Re, ir-Reġina Camilla Parker Bowles, għall-ewwel darba, se tiġi inkoronata b'kuruna riċiklata u mhux se ssirilha waħda ġdida, ukoll biex tnaqqas mill-infiq. Fil-fatt se jkollha l-kuruna tar-Reġina Mary li saritilha għall- koronazzjoni tal-1911. Xi ħaġa oħra ġdida għall-koronazzjoni hija li normalment ma jkunx hemm l-involviment tal-ulied u tan- neputijiet u din kienet xi ħaġa oħra li biddel ir-Re Karlu hekk kif kien ħerqan li jara lin- neputijiet tiegħu jieħdu sehem fl-attivitajiet kollha. Intant fl-irwol tiegħu bħala Re huwa wiegħed li kien se jkun ir-Re tan-nies. Nies ta' kull reliġjon, twemmin, etniċità. Għaliex Camilla saret Reġina? L-istorja ta' Karlu u Camilla kulħadd jaa u għal żmien twil l-imħabba ta' bejniethom ikkawżat inkwiet kbir fi ħdan l-istituzzjoni. Iżda kif saret Queen Consort? Infakkru li għalkemm it-tnejn li huma iddivorzjaw, ir-Reġina Eliżabetta ippermettiet li binha jerġa' jiżżewweġ. Skont l-Att dwar iż-Żwieġ Irjali tal-1772, il-membri tal-familja rjali jridu l-permess tas-sovran biex jerġgħu jiżżewġu. Għaldaqstant jekk huma ngħataw il-permess li jiżżewġu ma kien hemm ebda problema li jsir Re. Iz- ziju tar-Reġina, ir-Re Edward VIII ukoll xtaq li jiżżewweġ mara miżżewġa, kif fil-verità għamel, però dak iż-żmien li wieħed jiżżewweġ lil xi ħadd iddivorzjat kien ikun skandlu kbir kif ukoll ingħad li huwa ma kienx qiegħed iwettaq id- dmirijiet kollha tiegħu u baqa' jinsisti biex jiżżewwiġa iżda la l-ġenituri, il-pubbliku l-Gvern u l-Commonwealth ma approvaw dan iż-żwieġ u għalhekk abdika u wassal biex issa se jkun inkoronat ir-Re Karlu. Intant il-koppja irjali iżżewġet fl-2005 u dakinhar ġie żvelat illi meta Karlu jsir Re, hija kienet se tibqa' prinċipessa però qabel ma mietet ir-Reġina kienet żvelat li tixtieq illi issir reġina. Ir-Re Karlu III ta' erba' snin akkumpanjnat min-nanna tiegħu ir-Reġina Consort Elizabeth (xellug) u z-zija tiegħu (lemin) il-Prinċipessa Margaret waqt l-inkoronazzjoni ta' ommu r-Reġina Eliżabetta IItagħhom Ir-reġina Eliżabetta kellha imħabba kbira lejn il-gżejjer Maltin. Fil-fatt mill-1949 sal-1951, meta kienet għadha biss prinċipessa, Eliżabetta kienet tgħix f 'pajjiżna ma' żewġha Philip, li dakinhar kien stazzjonat Malta. Ir-Re Karlu III ġie għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin fl-1954 hekk kif ir-Reġina kienet qed iddur il-pajjiżi tal- Commonwealth. Dakinhar hu flimkien ma' ommu, iz-ziju Earl Mountbatten u l-mara tiegħu Edwina Mountbatten, marru jaraw iż-żwiemel itellqu fil-Marsa u aktar tard marru jagħmlu picnic ħdejn il-baħar. Aktar tard ir-Re għamel żjarat oħra, inkluż bejn it-22 u l-24 ta' Novembru 1969. Huwa għamel din iż-żjara f 'għeluq il-200 sena anniversarju mit-twaqqif tal- Università ta' Malta, fl-1796. Kont taf li l-Prinċep Karlu inawgura l-bini tal-Università f 'Tal-Qroqq? L-ewwel ġebla tal- Università tpoġġiet minn Duncan Sandys, Segretarju tal-Istat għar- Relazzjonijiet tal-Commonwealth. Fil-fatt, il-Commonwealth Welfare and Development Fund kien kontribur siewi biex sar dan il-proġett. Dakinhar, ir-Re qal li Malta għalih – bħal ommu – kienet it-tieni dar tiegħu u li kien iħobb iżurna għall-vaganzi tas-sajf, bħalma jħobbu jagħmlu ħafna Ingliżi. L-aktar żjara riċenti għall- Karlu kienu fl-2015, mar-Reġina Eliżabetta u ma' martu. Huwa ġie wkoll fl-2017, fil-75 sena anniversarju minn meta Malta ngħatat il-George Cross minn nannuh ir-Re Gorg VI. Malta: L-imħabba tal-familja Irjali u l-vaganza ideali tar-Re Karlu III Ir-Re Karlu ma' oħtu l-Prinċipessa Anne f'waħda mill-ewwel żjarat tagħhom Ir-Re żagħżugħ f'waħda mill- vaganzi tiegħu fis-sajf, ma' xi ħbieb Ir-Re jgawdi x-xemx f'picnic maz-zijiet, ħdejn il-baħar Mediterran Iċ-ċkejken Karlu ma' missieru l-Priċep Filippu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023