Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

Fil-jiem li għaddew sar il- Malta Open tal-Karate u l-Kampjonat Ewropew tal- Kobudo, żewġ avvenimenti li attiraw atleti Maltin ta' kull eta' u livell. Il-kampjonati offrew opportunità tad-deheb biex atleti Maltin jikkompetu hawn Malta fuq livell internazzjonali. L-avveniment ta' jumejn, li sar f-MFCC, Ta' Qali, kien imqassam fuq tmien żoni differenti u nvolva 40 ufficjali ta' kwalifikà internazzjonali. Is-settur tekniku kien immexxi minn Lucienne Galea, referee ta' livell mondjali u President tal-Kummissjoni tar-Referees fi ħdan il-World Karate-Do Alliance. Id-divizjoni tal-armi kienet immexxija minn Valeriy Kusiy, referee internazzjonali mill-Ukrajina u nvolviet 18-il uffiċjal ieħor. L-organizzatur Chris Galea qal li l-istudenti tal-SKSM kisbu riżultati eċċezzjonali u li SKSM Malta kisbet l-ewwel post minn 63 organizazzjoni li ġew minn 28 pajjiż differenti. Dawn il-kampjonati kellhom attendenza ta' 2,500. Meta fadal inqas minn xahar għall-bidu tad-XIX Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li Team Malta mhux se jkun qed joqgħod mal-bqija tal- kontinġenti internazzjonali iżda alloġġjat għalih.. Id-deċiżjoni li l-atleti Maltin jinżammu separati kienet li jiġi żgurat li jkollhom l-ambjent it-tajjeb biex jiffokaw u jikkonċentraw fuq il- kompetizzjonijiet tagħhom. Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa huma wieħed mill- akbar avvenimenti li se jiġu ospitati f 'Malta fl-aħħar għoxrin sena. It-tħejjija, b'attenzjoni qawwija għad-dettall, ħadet diversi snin, u Malta se tkun lesta li tagħti l-aħjar riżultat possibbli minn perspettiva kemm teknika u organizzattiva. L-istazzjonijiet nazzjonali tal- Public Broadcasting Services se jkunu qed ixandru dirett diversi avvenimenti u se jikkordinaw ma' stazzjonijiet oħra tat-TV u entitajiet tal-midja biex jagħti firxa tajba ta' informazzjoni lill- pubbliku. Il-Logħob qed jistennew ukoll influss qawwi ta' ġurnalisti internazzjonali li se jagħti lil pajjiżna rikonoxxenza internazzjonali sostanzjali. Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ se ssir it-Tnejn 29 ta' Mejju fid- 20.45 fuq il-Fosos tal-Furjana. L-avveniment se jkun ta' livell għoli li se jixxandar dirett fil- pajjiżi kollha tal-GSSE u se juri s-sbuħija u n-natura ospitabbli li Malta hija rinomata għaliha, u fejn l-atleti se jkunu ċ-ċentru tal- attenzjoni. Il-President tal-KOM Julian Pace Bonello esprima il- gratitudni lejn membri tal-midja talli appoġġjaw il-Logħob li huma importanti għal diversi raġunijiet speċjalment għal pajjiżna fejn se jkollna l-opportunità li nilqgħu numru sostanzjali ta' mistednin internazzjonali. Manchester City jerġgħu jirbħu u jersqu viċin it-titlu 23 sports IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • ILLUM Milan jegħlbu lil Lazio, possibbilta' għal Juventus li jaqbżu fit-tieni post Milan għelbu lil Lazio bi skor ta' 2-0 fil-partita li ntlagħbet kmieni lbieraħ mill-Kampjonat Taljan, Serie A. Bennacer poġġi lil Milan fil-vantaġġ wara 17-il minuta logħob u Hernandez irdoppja fid-29 minuta. Dan ir-riżultat fisser li jekk Juventus jegħlbu lil Atalanta, jaqbżu lill-istess Lazio u jitilgħu fit-tieni post. Il-partita f 'Bergamo tintlagħab illum fin- 12.30pm. It-tliet partiti l-oħra li jintagħbu llum mis-Serie A jkunu Torino - Monza, Napoli - Fiorentina u Lecce - verona. Għada t-Tnejn jintlagħbu tliet partiti oħra; Empoli - Salernitana, Udinese - Sampdoria u Sassuolo - Bologna. Ċelebrazzjonijiet kbar f'Napli llum wara nofsinhar Illum mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fil-belt ta' Napli fl-Italja hekk kif it-tim tal-futbol tal-istess belt, jilgħab f 'daru partita oħra mill- Kampjonat Taljan Serie A, kontra Fiorentina. Il-partita tibda fis-18.00 bil-biljetti tal-istadium li ilhom mibjugħa għal dawn l-aħħar ġimgħat. Napoli aċċertaw mir- rebħ tat-tielet scudetto fl- Istorja bid-draw ta' 1-1 li kisbu f 'nofs din il-ġimgħa għand Udinese. Dan kien it-tielet scudetto għal Napoli fl- Istorja u l-ewwel wieħed wara 33 sena, żmien l-era' ta' Diego Armando Maradona. Il-festa f 'Napli mistennija tkompli għal ġimgħat sħaħ sakemm l-iskwadra tirċievi t-trofew tal-kampjonat fl-aħħar ġurnata, fl-4 ta' Ġunju, kontra Sampdoria. Dan kien l-ewwel titlu tal-karriera għall-kowċ Luciano Spalletti li fil- passat kien imexxi wkoll lil Roma u Inter, fost oħrajn. Isiru l-Malta Open Karate Championships

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023