Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

L-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Repubblika hija fost dawk li fl-aħħar xhur ħadu d-donazzjonijiet mingħand persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija permezz tal-passaport tad-deheb. Dan anke jekk mhux darba u tnejn l-istess Repubblika kienet qalet li din l-iskema għandha titwaqqaf darba għal dejjem. Dan irriżulta minn tagħrif li ngħata fil-Parlament mill- Ministru għall-Intern Byron Camilleri meta mistoqsi mid- Deputat tal-Oppożizzjoni Graziella Galea, din il-ġimgħa stess. Tajjeb li nfakkru illi biex wieħed jingħata l-privileġġ ta'ċittadinanza Maltija, hemm numru ta' rekwiżiti li jridu jintlaħqu. Dawn jinkludu investimenti lokali, xiri jew kiri ta' proprjetà u kontribuzzjonijiet lejn is-soċjetà Maltija. Kif spjegat ukoll fil-Parlament mill-Ministru Camilleri, il-liġi tistipula li qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza, l-applikanti huma obbligati li jagħtu donazzjoni ta' xejn inqas minn €10,000 lil organizzazzjoni jew soċjetà mhux governattiva filantropika, kulturali, sportiva, xjentifika, tat-trattament xieraq tal-annimali jew artistikali tkun irreġistrata jew kif approvat mod ieħor mill-Aġenzija Komunità Malta. Għaldaqstant irriżulta li fost l-għaqdiet li ngħataw donazzjoni, kien hemm l-għaqda Repubblika. Mhux darba jew tnejn li fl-aħħar snin Repubblika insistiet u opponiet bil-qawwa kontra din l-iskema, bħal diversi persuni oħra. Eżempju ta' dan huwa meta f 'konferenza attivisti prominenti ta' din l-għaqda tkellmu mal- midja barranija kontra din l-iskema. aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 Repubblika: Jopponu l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza iżda jaċċettaw id- donazzjoni xorta Sintendi, Repubblika mhix l-unika għaqda li ibbenifikat minn din il- klawżola fl-aħħar xhur. • Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Nature Trust, Birdlife Malta, Friends of the Earth, Rmjs Horse Rescue, Rotary Club, Malta Kitty Guardians for Strays, Society For e Protection And Care for Animals, Dreams of Horses, SOS Malta, Fidem Charity Foundation, St Jeanne Antide Foundation, Sunshine Animal Sanctuary Malta • Inspire, Action for Breast Cancer Foundation, Food Bank Lifeline Foundation Malta, Richmond Foundation, Association for International Women in Malta, Dar Merhba Bik, Ronald McDonald House Charity, Down Syndrome Association, , Malta Health Network, Malta Red Cross, • Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta, Tayar Foundation for Jewish Heritage in Malta, Kenosis Foundation, Verdala International School Refugee Scholarship Fund, Fgura United, Zabbar St Patrick FC, Swieqi United Football Club, • Research, Innovation & Development Trust – UoM, e Archaeological Society Malta, Blue Door English, Kazin Santa Liena, Moveo Dance Company, Fondazzjoni Partimonju Malti. Liema NGOs ibbenefikaw mill-istess skema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023