Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

Il-futbol Malti jsellem lil Andrei Agius, Ryan Fenech u Omar Borg 24 sports IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Ftit tal-jiem ilu, Andrei Agius, Ryan fenech u Omar Borg għamluha uffiċjali li dan kien l-aħħar staġun għalihom wara karriera ta' diversi snin. It-tliet plejers lagħbu u kienu protagonisti għal snin twal fil-Kampjonat BOV Premier u t-tim nazzjonali Malti, b'Agius li lagħab ukoll għal snin twal barra minn Malta. Andrei Agius hu l-aktar difensur ċentrali Malti ta' profil għoli ta' dawn l-aħħar snin. Hu kien beda l-karriera ma' Sliema Wanderers u f 'pajjiżna lagħab ukoll ma' Birkirkara u Hibernians, bit-tim Pawlist ikun l-aħħar wieħed tiegħu li miegħu lagħab aktar minn 200 partita. Agius lagħab 103 partiti mat-tim nazzjonali Malti u rtira fis-sena li għaddiet wara nuqqas ta' ehim mal-ex kowċ nazzjonali, Devis Mangia. Agius kellu karriera sħiħa fl-Italja fejn lagħab ma' Sporting Mascalucia, Messina, Martina, Igea Virtus, Cassino, Melfi, Latina, Torres u Aprilia. Hu jibqa' l-uniku plejer fl-Istorja tal-futbol Malti li kellu sehem f 'partita uffiċjali tas-Serie A fl-Italja meta lura fl-2007, ta' 21 sena, kien fuq il- bankina tar-riservi mal-klabb ta' Messina meta dak iż-żmien kienu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Taljan. Andrei Agius rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-MFA fl-2019. Ryan Fenech ukoll kellu karriera brillanti u kien wieħed mill-aktar midfielders tekniċi ta' dawn l-aħħar snin. Hu beda l-karriera tiegħu ma' Hamrun Spartans. Hu lagħab ukoll ma' Sliema Wanderers, Valletta, Balzan, Birkirkara u Marsa. Fenech lagħab ukoll 49 partita mat-tim nazzjonali Malti u skurja gowl. Hu kien rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena fl-istaġun 2013/14. Plejer ieħor li ħabbar l-irtirar tiegħu hu l-gowlkiper Omar Borg. Sorsi tal-gazzetta ILLUM jikkonfermaw li Omar Borg se jkun qed jieħu rwol fil- klabb ta' Naxxar Lions li mill-istaġun li ġej se jerġgħu jilagħbu fil-Kampjonat BOV Premier. Borg kien ilu jħoss li wasal iż-żmien li jaħsel l-ingwanti darba għal dejjem u dan kien il-mument perfett għalih biex jibdel ħajtu minn plejer għal amministratur. Fil-karriera tiegħu, minbarra ma' Naxxar Lions, Omar Borg lagħab ma' Msida St Joseph, Birkirkara, Hamrun Spartans, Marsaxlokk, Mosta u Mġarr Utd. Borg għamel parti wkoll mit-tim nazzjonali Malti ta' taħt it- 18-il sena u l-21 sena. Hu kien għamel perjodu wkoll mat- tim nazzjonali A iżda qatt ma lagħab partita uffiċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023