Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Għall-ewwel darba: Binja tal-akkomodazzjoni ANTHEA CACHIA Il-kumpless ta' bini ta' akkomodazzjoni soċjali ġewwa l-Imsida, għall-ewwel darba f 'pajjiżna, qiegħed jaħżen kwantità kbira tal-ilma li jinġema' mill-għargħar, dak li jitla' mill- baħar kif ukoll l-ilma ġieri biex jintuża mill-protezzjoni ċivili u entitajiet oħra. Dan l-ilma qed jiġi riċiklat u iddireġut lejn kamra speċjali lest biex jintuża, "u b'hekk jiġi żgurat li ma jinħeliex ilma, li faċilment jista' jintuża għal skopijiet oħra." Dan ġie spjegat lill-gazzetta ILLUM mill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes flimkien ma' persuni tekniċi li dawwru lill-ILLUM madwar is-sit u fl-appartamenti. L-ILLUM sostniet illi l-kostruzzjoni ta' dan il-bini ilu għaddej mhux ħażin u kemm-il darba ġie irraportat li se jitlesta' fi żmien sena iżda din il-mira qatt ma ntlaħqet. Madankollu l-Ministru Galdes spjega li dan il- proġett se jkun lest, bejn wieħed u ieħor, sa Ottubru li ġej. Din il-gazzetta staqsiet x'wassal biex kien hemm dewmien fuq dan is-sit u għal dan wieġeb li dan il-proġett irrikjeda attenzjoni speċjali minħabba ż-żona li jinsab fih. Mhux l-ewwel darba li għamlet ħalba xita - kif jiġri fix- xhur xitwin b'ammont sostanzjali ta' xita li tinżel f 'daqqa – u rajna toroq tal-Imsida jsiru ħaġa waħda mal-baħar it metri 'l bogħod. Proprju minħabba f 'hekk meta l-ħaddiema kienu qed jagħmlu l-eskavazzjoni beda jitla' l-ilma baħar mall-ewwel. Din il-gazzetta qajmet il-punt li f 'żoni urbani bħal dawn, u li għaldaqstant ikun hemm ħafna persuni jgħixu f 'appartamenti, ifisser ħafna aktar karozzi. Meta mistoqsi mill-ILLUM jekk ġiex pjanat spazju għal garaxxijiet huwa irrimarka fil-pożittiv iżda qal li l-ammont huwa żgħir minħabba l-problema ta' skavar li spjega aktar kmieni. Iżda din il-problema ta' ilma baħar x'impatt se jkollu fuq il- fondazzjoni u l-istruttura tal- bini? "Fid-dawl ta' dak li kienu qed jaffaċċaw, il-ħaddiema ta' kostruzzjoni ħadu aktar ħin u għamlu aktar konkrit minħabba l-fondazzjoni. Dawn l-affarjiet jiswew il-flus u jieħdu l-ħin, iżda fl-aħħar minn l-aħħar ridna niżguraw li jekk kien se jinbena kwantità ta' bini, kien se jinbena sew," kompla jispjega Galdes. Il-Ministru spjega wkoll li parti oħra li tawwlet il-proċess huwa l-proċess tat-tender. Qal illi dik ma jkollhomx kontroll fuqha, ovvjament. Apparti minn hekk huwa qal illi bħala waħda mill-aktar żoni urbani li jara eluf ta' karozzi jgħaddu minn quddiemu ta' kuljum, qal illi l-periti li ġew ingaġġati ħaduha in konsiderazzjoni meta fasslu l-pjanta tal-bini, x'impatt jista' jkollu t-traffiku fuq il-faċċata u l-istorbju li jikkawża, fost oħrajn. Għaldaqstant qal illi l-Gvern se jkun qiegħed iwaħħal ħġieġ tat- tip 'double glazing' biex inaqqas l-istorbju u jkun effiċjenti fl- enerġija. Kważi €10 miljun investiment li fih se jilqa' 120 familja Il-Ministru Galdes saħaq li dan il-proġett huwa imdaqqas sew, tant li fih se jakkomoda mal-120 familja li għandha bżonn l-għajnuna tal- Gvern biex tkun tista' tgħix ħajja adegwata. Huwa qal illi dan il- proġett, b'kollox, sewa' €10 miljun. Dan mhux biss minħabba l-miżuri addizzjonali li ttieħdu biex l-istruttura tkun b'saħħitha iżda għan-numru ta' faċilitajiet li ħa l-Gvern biex l-appartamenti ikunu moderni u dinjitużi. "B'differenza għal residenzi oħra, dan il-bini se jkun modernizzat b'sistema ta' intercomp, internet u li," qal Galdes. Galdes irrimarka li saret l-għażla li tintuża l-ġebla Maltija. Qal illi llum ħafna bennejja u kuntratturi qed jagħżlu li jintuża l-bricks, forsi għax aktar faċli għax iħaffef il-proċess. "Kienet pertinenti li nużaw il-ġebla Maltija, għalkemm mhux faċli, għax ridna nagħtu dehra tradizzjonali. Illum, it għad fadal Maltin li jibnu bil-ġebla." Galdes żied jgħid li l-Gvern aħbarijiet Ritratt: James Bianchi Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes jisħaq mal-ILLUM illi l-proġett massiċċ fl-Imsida se jitlesta f'Ottubru u se jkun qiegħed jilqa' fih madwar 120 familja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023