Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Ir-reviżjoni fl-iskema ta' regolarizzazzjoni L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) irrevediet l-iskema ta' regolarizzazzjoni tal-bini. Il- proċedura għar-Regolarizzazzjoni tal-bini hija ntiża sabiex dawk li darhom jew proprjetà tagħhom ma jkunux konformi għal kollox mal-liġi minħabba xi nuqqasijiet żgħar u li mhumiex skont il- policies tal-PA – jista' jkollhom permess maħruġ - sakemm tali xogħol illegali jkun seħħ qabel l-2016. Dan sar bil-għan biex iktar familji jingħataw serħan il-moħħ meta jiġu biex ibiegħu jew jisselfu fuq id-dar tagħhom. Filwaqt li min għandu parti mill-propjeta' tiegħu barra ż-żona ta' żvilupp jaf jikkwalifika, ma jikkwalifikax jekk il-propjetà kollha hija 'l barra miż-żona tal-iżvilupp jew bla permess. L-Awtorita ser tevalwa kull talba għall-Regolarizzazjoni tal-Bini individwalment. Kull talba tista' tiġi rriutata jekk ma tkunx konformi mar-regoli – u m'għandha b'ebda mod taffettwa d-drittijiet ta' terzi. Għal aktar tagħrif dwar l-emendi ġodda fil-liġi tar-regolarizzazjoni tal-bini, l-Awtorità tal-Ippjanar tistieden lill-pubbliku sabiex ikellmu perit ta' fiduċja tagħhom biex jiggwidhom skont ir- regolarizzazzjonijiet il-ġodda. 1. Xinhi l-problema b'ċerti propjetajiet illum? Ċerti sidien ta' proprjetà mhumiex f 'pożizzjoni li jqiegħdu fis-suq jew jakkwistaw self bankarju għall-proprjetà tagħhom minħabba llegalità li mhix sanzjonabbli li setgħet seħħet qabel 2016. 2. Jistà, l-iżvilupp eżistenti mhux sanzjonabbli kollu jiġi regolarizzat? Le. Sal-lum l-applikazzjonijiet għar-regolarizzazzjoni huma aċċettati biss għal bini rregolari u strutturi li kompletament jaqgħu fil-konfini tal-iżvilupp. L-emendi proposti jfittxu li jwessgħu dan marġinalment u għalhekk jinkludu wkoll proprjetajiet ta' qabel l-2016 li għandhom is-sit tagħhom parzjalment lil hinn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023