Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 Ivan Castillo opinjoni IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Nagħtu s-saħħa lill-ħaddiem D an għalina mhux biss slogan għall-festa tal-1 ta' Mejju, Jum il-ħaddiem. Fid-dawl ta' dak kollu li għaddejjin minnu l-ħaddiema li jikkontribwixxu għall-ekonomija ta' pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista jemmen li dawn jixirqilhom trattament aħjar minn min qed imexxi lil dan il-pajjiż. Tajjeb nibda billi nfakkar li f 'dawn l-aħħar 10 snin ta' Gvern Laburista , ma twieled l-ebda settur ġdid f 'pajjiżna. L-ebda settur li joffri impiegi ta' kwalita' b'pagi tajbin. F'dawn l-aħħar 10 snin, dan il-Gvern saħħaħ biss ix-xogħol prekarju! Saħħaħ u bena ekonomija mibnija fuq iktar minn 117,000 ħaddiem barrani. Ħaddiema barranin li jiġu jahdmu hawn b' €750 paga fix-xahar u b'kuntratt tax-xogħol li jħalli lil min iħaddimhom jisfruttahom. Dan qed jeffettwa direttament il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin. Din hi l-iskjavitu moderna! Dawn il-ħaddiema barranin, il-maġġoranza tagħhom jaħdmu bil-prekarjat, b'pagi miżeri u ħafna drabi jgħixu f 'residenzi iffullati sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kirjiet. Hija ta' sfortuna li, flok kif kien imwiegħed qabel l-2013, igifieri li l-prekarjat jispiċċa minn pajjiżna, ġara' totalment l-oppost għax pajjiżna qed jibbaża fuqu dan il-gvern ibbaza il-pjan ekonomiku tiegħu fuq xogħol labor intensive u ta hiliet baxxi. Gvern li hu kollox minbarra Laburista. Gvern li hu tal-it li jridu jsiru sinjuri malajr a skapitu ta' ħaddiema sfortunati li lesti li jaħdmu f 'kundizzjonijiet mill-agħar b'pagi baxxi. Illum inqalbet il-folja, il-Partit li kien jiaħar li hu partit taż-żgħir, tal-ħaddiem, illum sar il-Partit li jaghmel tal-qalba sinjuri u jibqa' jiddefendihom sal-aħħar. Filwaqt li aktar minn nofs il- ħaddiema Maltin jaqilgħu inqas mill-paga medja u 71% taċ- Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi lanqas biss jersqu lejha nsibu CEO's li jitħallsu €11,000 fix-xahar. Mijiet ta' ħbieb tal-qalba li qed igawdu minn pagi bħala persons of trust jew konsulenti fil-Ministeri. Nisa ta' Ministri li tħallsu mit-taxxi tagħna €13,000 fix-xahar għal xogħol ineżistenti. Impossibbli insemmi dawk kollha li qed jitħanżru għax nispiċċa nimla gazzetta. Il-maġġoranza tal-ħaddiema Maltin baqgħu bil-pagi li kellhom hemm min mar agħar bl-inflazzjoni li splodiet. Is-saħħa tal-paga tkompli titmermer meta ħaddiema żgħażagħ jiġu biex jixtru appartament modest li l-prezz tiegħu iktar milli rdoppja. Is-saħħa tal-paga kompliet tidgħajjef meta mqabbla mal- prezzjijiet tal-ikel dejjem jogħlew, bil-Gvern ħaddiema jintaxxa fuq il-COLA u l-NI, flok jgħinuhom.. Sitwazzjoni li issa ħarbet minn taħt kull kontroll. Il-Gvern ma jistħix jgħid li issa m'għandux flus x'jagħti lill- ħaddiema tagħna! Għandu raġun il-PM Robert Abela, fil-it żjarat li għamel il- gimgha l-ohra, ma jinkuldix lill- infermiera u l-qwiebel. Lil dawn mhux se jieħu ritratti magħhom. Ma' dawn mhux se joqgħod jippoppa. Lil dawn ramihom umiljom. Lil dawn tahom bis- sieq wara li fil-pandemija taw saħħithomu, u wara li l-PN kien ippropona bonus lil dawn il- ħaddiema bħala rikonoxximent għal dak kollu li ħabbtu wiċċhom miegħu, meta ġew għall-ehim kollettiv, il-Gvern ta' Robert Abela ċaħadhom. Tellagħhom il-Qorti 7 darbiet. Qallhom li m'għandhomx raġun jitolbu żidiet. Qalilhom li għalihom m'hemmx flus. IMMA €400 miljun għal sħabhom tal-VITALS u STEWARD kellhom. Sa Novembru li għadda kien għadu kif għaddielhom €80 miljun. Lil Ram Tumuluri, li kien il-wiċċ ta' VITALS u li ltaqa' diversi drabi ma' Chris Fearne tajnieh €6 miljun ewro f ' commissions. Imma l-ħaddiema Maltin u Gawdxin fl-isptarijiet neħħejnilhom anke s-saħħa li jinnegozjaw l-aħjar drittijiet għalihom, bil-Gvern jippropnilhom li jaħdmu anke 56 siegħa fil- ġimgħa fost stress psikoloġiku qawwi minħabba li dan id- dipartiment, bħal kumplament ta' ministeri u dipartimenti oħra huma mingħajr ebda pjan strateġiku. X'ma jitilqux iffittxu kundizzjonijiet aħjar f 'pajjiżi barranin.F'kundizzjonijiet bħal dawn fejn huma l-family friendly measures! Aħna ħsibna wkoll li Robert Abela se jiltaqa' mal-ħaddiema tal-AirMalta. Iżda għarralna. Lil dawn ukoll ċaħadhom. Lil dawk li baqgħu, wegħduhom li l-kumpanija issa ser tieħu r-ruħ. Issa iċ-Chairperson tal-Air Malta ikkonferma li l-AirMalta ser tagħlaq il-bibien tagħħa fl-aħħar tal-2023 wara falliment totali ta' dan il-Gvern. Gvern li mexxa lil din il-kumpanija bi pjan li jwassal dritt ġol-ħajt. Gvern li f '10 snin bidel tal- inqas 6 Ministri li taħthom taqa' l-AirMalta u li dak li joħolmu bil-lejl kienu jqumu jgħiduh filgħodu, li allura dan kien l-pjan tagħhom għal din il-kumpanija nazzjonali. U min qal li kienet qed tagħmel il-qliegħ u min qal li jrid jagħtiha b'xejn lil kumpanija oħra falluta...biex issa spiċċat li ser tagħlaq il-bibien bit-330 ħaddiem li baqa' jħossuhom traduti u bla saħħa quddiem il- politika staġnata ta' dan l-istess Gvern. Is-saħħa tal-ħaddiem ħadet daqqa l-isfel meta sempliċiment xirja ta' kull xahar għoliet tal- inqas €100. U dan mhux aħna qed ngħiduh. Dan qed jgħidu l-Ministru tal-Finanzi stess li flimkien ma' sieħbu l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali li qabel laħaq ma sab ebda problema biex iżid il-paga tiegħu bi €11,000 fis-sena sabiex tlaħħaq €100,000, saħaq li li l-inflazzjoni hija monstru. Hija ironika li f '10 snin ta' Gvern ta' Robert Abela, minn surplus u tkabbir ekonomiku li l-Ewropa qatt ma rat bħalu jkollna l-faqar qed jgħolli rasu b'iktar Maltin anke jittallbu fil- carparks tas-supermarkets, b'nies reqdin barra bis-soup kitchens jitimgħu mijiet kuljum u dejjem qed jiżdiedu. Hija tal-mistħija kif il-faqar b'mod reali qed iqarreb iċ-ċifra tal-120,000 persuna. Il-messaġġ tal-PN huwa wieħed ta' tama. Aħna irridu nitkellmu dwar living wage diċenti, dwar pagi tajbin u impjiegi ta' valur miżjud. Il-PN jagħtik il-qasba u l-PN jgħallmek tistgħad. Irrudu ninvestu bis-serjeta fil-upskilling u re-skilling tal-ħaddiema. Dan il-gvern jagħtik porzjon żgħir tal-ħuta biex jagħlaqlek ħalqek. Aħna l-Partit li dejjem ħloqna l-opportunitajiet godda li illum il-pajjizgħadu dipendenti fuqhom. Il-politika tagħna, bil-ħaddiem fiċ-ċentru tal-ekonomija Maltija, aħna nagħtu s-saħħa u d-dinjita' billi nintroduċu niċeċ ta' xogħol ġodda li jħallsu tajjeb. Dan agħmilnieh diġa' u ser nerġgħu nwettquh għas-saħħa u s-serħan tal-moħħ tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Ivan Castillo huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Settur Marittimu u x-Xogħol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023