Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

seta' jibni sular addizzjonali biex jilqa' aktar familji iżda iddeċieda li joqgħod lura biex ma jkunx hemm impatt fiż-żona tal- madwar. Minflok qal illi se jkunu qed jinbnew xi appartamenti fl- akkwati. Ix-xogħol bħalissa wasal fl- aħħar irtokki bħal switches tad- dawl u bibien fost oħrajn. "Li se nagħmlu wkoll huwa li l-aperturi se nagħmluhom moderni wkoll u mhux minn ħadid l-antika, kif forsi jinsabu f 'appartamenti jew bini soċjali ieħor. Dan se nagħmluh bil-għan li ma jkunx hemm storbju eċċessiv. Ta' sikwiet naraw li f 'akkomodazzjonijiet soċjali jkun hemm xi diżgwiti bejn l-residenti minħabba xi storbju jew għax ikunu qed jisimgħu xi affarjiet li jkunu qalu residenti oħra." Apparti minn hekk qal illi se jkun hemm servizz ta' manutenzjoni fil-bini li jkun hemm għad-dispożizzjoni tar- residenti, f 'każ li jinqala' xi ħaġa. "Din se tkun hemm biex timmanġġja l-komun matul it-30 sena ta' ehim li għamilna." 'L-aktar realtà li qed naraw bħalissa huwa ta' koppji li sseparaw u m'għandhomx mod ta' kif jaffordjaw saqaf fuq rashom' L-ILLUM fakkritu fuq ir- realtajiet ta' prezzijiet għoljin ta' proprjetajiet li hemm fuq is-suq bħalissa u staqsiet jekk innotax żieda fl-applikazzjonijiet għall- akkomodazzjoni soċjali. "Preżentament hemm madwar 1,400 applikant fuq il-lista ta' stennija. Ovvjament qatt mhu se telimina l-persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna. Fil-fatt bħalissa qed naraw ir- realtà ta' ħafna koppji miżżewġa li kellhom akkomodazzjoni iżda isseparaw u ma jistgħux jaffordjaw biex jikru jew jixtru post għal rashom. Din hija problema maġġuri u minn hemm tidħol l-assistenza tal- Gvern," sostna Galdes. Galdes ikkonkluda billi qal illi proġetti bħal dawn li huma kbar, faċli li wieħed jikkritika għaliex forsi ma jkunx qiegħed jara x'xogħol qiegħed isir minn ġewwa. Qal illi fl-aħħar minn l-aħħar l-akkomodazzjoni soċjali qegħda hemm biex tgħin lil dawk li huma vulnerabbli jew għandhom diffikultajiet li jikkunsmawlhom ħajjithom. "Ikollna applikanti li għandhom l-ulied b'kundizzjonijiet u oħrajn li għandhom xi diżabilitajiet. Dan il-bini se jkun atrezzat għalihom ukoll," temm jgħid mal-ILLUM il-Ministru għall- Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes. 07 illum • IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 tal-akkomodazzjoni soċjali b'riserva tal-ilma riċiklat aħbarijiet 'Kien hemm id-dewmien għax meta beda l-iskavar instab ħafna ilma baħar' PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET / INIZJATTIVI TAĦT IL-PS PAK 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE qed jinnotifika l-ħruġ ta' Espressjoni ta' Interess (ETI) għall-fondazzjonijiet reġistrati biex jaġixxu bħala Gruppi ta' Azzjoni Lokali taħt l-intervent segwenti tal-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni 2023-2027: • Intervent 77.3: Kooperazzjoni: L.E.A.D.E.R. L-ETI, inkluz dokumentazjoni relevanti, tiftaħ nhar it-Tnejn 15 ta' Mejju 2023 u tagħlaq nhar il-Ħamis, 15 ta' Ġunju 2023 f'nofsinhar. Dawn se jkunu disponibbli fur il-websajt fondi.eu. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq fondi.eu@gov.mt jew fuq in-numru tat-telefon 2555 2634. Ser issir sessjoni ta' informazzjoni, li d-dettalji tagħha ser jiġu kkomunikati fil-ġranet li ġejjin fuq il-websajt fondi.eu, nhar l-Erbgħa 24 ta' Mejju fit-15:00. Dawk interessati huma ġentilment mistiedna jirreġistraw l-interess tagħhom sal- Ġimgħa 19 ta' Mejju 2023 billi jibagħtu email fuq fondi.eu@gov.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023