Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum 'Bdew isegwu l-muvimenti ta' Daphne u l-pulizija ġew ordnati ma jersqux lejn darha qabel ma nqatlet' ANTHEA CACHIA L-aħwa Alfred u George Degiorio, iż-żewġ persuni ħatja tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, allegaw li s-Servizzi Sigrieti kienu qed isusu wara Caruana Galizia u jsegwu kull moviment tagħha, qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017. Huma għal darb'oħra qalu li se jkunu qed jimplikaw żewġ figuri politiċi prominenti, uffiċjali għolja fil-Korp tal-Pulizija u s-Servizzi għas-Sigurtà ta' pajjiżna, fil-qtil ta' Caruana Galizia kif ukoll f 'reati serji oħra. Fi stqarrija indirizzata lill- membri tal-midja, l-aħwa Degiorgio allegaw li diġà ġibdu l-attenzjoni u taw din l-informazzjoni, li qed jallegaw li għandhom, lill-Prim Ministru Robert Abela, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u uffiċjali għolja, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Allegaw li s-sistema ġudizzjarja qed tiġi abbużata u qed takkuża persuni, "li sa fejn nafu aħna, m'għandhomx x'jaqsmu f 'dawn ir-reati." 'Nafu l-verità ta' x'ġara fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia' L-aħwa Degirgio ammettew il-ħtija li qatlu lill-ġurnalista fl- ewwel seduta tal-ġuri tagħhom, instabu ħatja u ngħataw 40 sena priġunerija. Kważi ġimgħatejn wara, l-aħwa għamlu talba għall- appell fil-konfront tas-sentenza. L-aħwa kienu waqqfu s-servizzi tal-għajnuna legali li ngħatawlhom għaliex ma setgħux isibu avukati biex jirrappreżentawhom. Eventwalment huma ingaġġaw avukti privati. Huma kienu stqarru li kellhom evidenza permezz ta' filmati ta' CCTV mil-ħabs u mil- lockup tal-Qorti, li juru illi Alfred Degiorgio kien fi stat vulnerabbli minħabba li kien fuq strajk tal- ġuħ u li b'hekk kienu għamlu l-ammissjonijiet. Issa l-aħwa qed jallegaw li jafu x'ġara verament fil-qtil ta' Caruana Galizia u li huwa ferm differenti, "mill-istampa li qed ipinġu l-investigaturi u l-politiċi." Allegaw li kien hemm sforz kollettiv biex jinħbew il-vera kriminali li ikkommissjonaw ir-reati. "Nistgħu nixhdu dwar l-involviment ta' diversi persuni, fosthom l-eks Ministru Chris Cardona u l-eks Chief of Staff Keith Schembri. Nistgħu nixhdu l-involviment tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u s-Servizzi Sigrieti," qalu fl- istqarrija. "Il-pulizija ingħataw l-istruzzjonijiet biex ma jgħaddux minn fejn kienet toqgħod Caruana Galizia. Nistgħu nikkonfermawha aħna stess," allegaw l-aħwa. Huma akkużaw lis-Supretendent tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud li ta istruzzjonijiet diretti lil nies prominenti bil-għan li jipproteġihom u li akkuża nies li, "nemmnu li qatt ma kienu involuti fil-każ." "Irridu nagħmluha ċara li l-persuna li ġiet imwiegħda u ngħatat maħfra presidenzjali qed tgħawweġ il-fatti u nemmnu li qed tgħid dik li persuna oħra qed jiddettalu li jgħid," qalu l-aħwa b'referenza għall-middleman Melvin euma. L-aħwa qalu li diġà provdew informazzjoni dwar tliet każi ta' bombi li seħħew bejn l-2013 u l-2017, iżda ma ittieħdet l-ebda azzjoni. "L-awtoritajiet ma jriduhomx solvuti," allegaw. Qalu li dawn huma biss it mill-każi li diġà taw l-informazzjoni fuqhom lill-awtoritajiet iżda reġgħu allegaw li mhemmx interess li din l-informazzjoni tinħareġ fil- pubbliku. 'M'aħniex mostri, bħalma qed iġibuna nidhru li aħna' Intant l-aħwa qalu wkoll li issa se jkunu qed jagħmlu din l-informazzjoni pubblika, "ħalli kulħadd ikun infurmat fuq il-verità dwar ċertu reati li ġraw u li l-verità qed tiġi mgħawwġa bil-għan li jiġu protetti persuni prominenti." Qalu li huma qed jiġu impinġija bħala mostri u li huma wkoll huma "vittmi ta' dawn l-istess figuri prominenti fis-soċjetà Maltija." Fl-aħħar appellaw lill-President tar-Repubblika George Vella li iddeskrivewh bħala raġel ta' prinċipju u honest, li jokkupa l-Uffiċċju li mhux qiegħed jiġi manipulat mill-forzi politiċi u amministrattivi. Talbuh biex jintervjeni fuq dawn il-fatti. L-aħwa Degiorgio b'numru ta' allegazzjonijiet serji 'li se jikxfu' politiċi u uffiċjali prominenti. Sostnew illi diġà għaddew baraxx ta' informazzjoni lill-Prim Ministru Robert Abela u l-Kummissarju tal-Pulizija, 'iżda ma sar xejn' "Importanti li l-ispazji miftuħa li diġa' għandna fiz-żoni urbani, nippreservawhom u jekk jista' jkun inkabbruhom" - Carmel Cacopardo "Filwaqt li huwa oġġettivament tajjeb li jkun hemm tħaddir ta' żoni urbani speċjalment fejn dan hu nieqes, huwa daqstant ieħor importanti li l-ispazji miuħa li diġa għandna fiz-żoni urbani, nippreservawhom u jekk jista' jkun inkabbruhom u mhux inċekknuhom." Dan qalu ċ-Chairperson ta' ADPD – e Green Party, Carmel Cacopardo meta kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Gżira, fuq is-sit fejn kien ġie propost li parti minn ġnien jittieħed minn pompa tal-petrol. Cacopardo qal li f 'dan is-sit fil- Gżira, saħansitra ġie propost li ġnien eżistenti jitnaqqarlu parti minnu biex fuqha tkun estiża pompa tal-petrol. Cacopardo qal li hija l-politika diġà dikjarata mill-Gvern li sal- 2030, jeħtieġ li jonqsu 41% tal- karozzi mit-toroq tagħna mil-livell li kellna fl-1990. Hu kompla li f 'Malta resqin dejjem lejn il-punt fejn il-karozzi jkunu mħaddma bl-elettriku u għalhekk il-ħtieġa ta' aktar pompi tal-petrol qegħda kull ma jmur tonqos u mhux tiżdied. L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiiet Pubbliċi ta' ADPD, Brian Decelis qal li kulħadd jaqbel dwar il- ħtieġa ta' spazji miuħa mħaddra, speċjalment f 'żoni urbani li spiċċaw żviluppati b'mod intensiv riżultat ta' politika li tat prijorità lil dan l-iżvilupp għas-skapitu tal-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. Decelis qal li għal dan jaħtu gvernijiet suċċessivi li taw il- barka biex l-Awtorità tal-Ippjanar tippermetti dan l-iżvilupp li naqqar kważi kull roqgħa art li l-iżviluppaturi setgħu jitfgħu għajnejhom fuqha. Decelis kompla qal li bl-inizjattivi diversi li jittieħdu minn żmien għal żmien, kulħadd jaf x'differenza kbira tagħmel in-natura f 'żoni żviluppati b'mod intensiv u li dan jista' jsir b'mod permanenti f 'ħafna lokalitajiet oħra fejn il-qalba tagħhom tista' tinbidel f 'oasi ta' mistrieħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023