Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 sports IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Tony Drago jerġa' jikteb l-Istorja ta' leġġenda tal-isport Malti: "Kuntent għalija u għal Malta" Meta fadal inqas minn xahar għall-bidu tad-XIX Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li Team Malta mhux se jkun qed joqgħod mal-bqija tal- kontinġenti internazzjonali iżda alloġġjat għalih.. Id-deċiżjoni li l-atleti Maltin jinżammu separati kienet li jiġi żgurat li jkollhom l-ambjent it-tajjeb biex jiffokaw u jikkonċentraw fuq il- kompetizzjonijiet tagħhom. Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa huma wieħed mill- akbar avvenimenti li se jiġu ospitati f 'Malta fl-aħħar għoxrin sena. It-tħejjija, b'attenzjoni qawwija għad-dettall, ħadet diversi snin, u Malta se tkun lesta li tagħti l-aħjar riżultat possibbli minn perspettiva kemm teknika u organizzattiva. L-istazzjonijiet nazzjonali tal- Public Broadcasting Services se jkunu qed ixandru dirett diversi avvenimenti u se jikkordinaw ma' stazzjonijiet oħra tat-TV u entitajiet tal-midja biex jagħti firxa tajba ta' informazzjoni lill- pubbliku. Il-Logħob qed jistennew ukoll influss qawwi ta' ġurnalisti internazzjonali li se jagħti lil pajjiżna rikonoxxenza internazzjonali sostanzjali. Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ se ssir it-Tnejn 29 ta' Mejju fid- 20.45 fuq il-Fosos tal-Furjana. L-avveniment se jkun ta' livell għoli li se jixxandar dirett fil- pajjiżi kollha tal-GSSE u se juri s-sbuħija u n-natura ospitabbli li Malta hija rinomata għaliha, u fejn l-atleti se jkunu ċ-ċentru tal-attenzjoni. Il-President tal-KOM Julian Pace Bonello esprima il- gratitudni lejn membri tal-midja talli appoġġjaw il-Logħob li huma importanti għal diversi raġunijiet speċjalment għal pajjiżna fejn se jkollna l-opportunità li nilqgħu numru sostanzjali ta' mistednin internazzjonali. Iffirmat MOU bejn l-MFA u Heritage Malta Ir-rwol tal-futbol lokali bħala parti mill-wirt kulturali ta' Malta ġie enfasizzat permezz tal-iffirmar ta' Memorandum of Understanding bejn Heritage Malta u l-Malta FA (MFA). L-oqsma ewlenin ta' kollaborazzjoni li l-MOU jipprovdi għalihom huma marbutin mal-operat u l-immaniġġar tal-Mużew tal-Futbol ta' Malta kif ukoll mal-promozzjoni tas-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta b'mod ġenerali iżda b'aċċenn partikolari fuq ir-reġjun tar- Rabat. Heritage Malta se tipprovdi assistenza u konsulenza lill- Malta FA dwar l-operat ġenerali tal-Mużew tal-Futbol ta' Malta. Se tislef ukoll artefatti li għandhom relevanza għall- Malta FA biex ikunu għall-wiri fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal- Assoċjazzjoni. Barra minn hekk, l-MOU jitkellem dwar l-organizzazzjoni ta' attivitajiet bi sħab bejn Heritage Malta u l-Malta FA, kif ukoll heritage trails li jinkludu l-Mużew tal-Futbol ta' Malta fl- itinerarju tagħhom. L-MOU ġie ffirmat minn Noel Zammit, Kap Eżekuttiv, f 'isem Heritage Malta, u Dr Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-Malta FA. Roberta Cutajar fl-ewwel post tal-klassifika tal- kampjonat tan-nisa tal-blackball Hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata tal-kampjonat nazzjonali tan- nisa organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball, Roberta Cutajar qed tokkupa l-ewwel pożizzjoni fil-klassifika wara li rebħet it-tliet logħbiet li lagħbet. Cutajar rebħet it-tielet logħba tagħha bi skor ta' 6-3 kontra Alexia Cassano. Caroline Grech, li tinsab fit-tieni post, rebħet 6-4 lil Lorna Micallef iżda mbagħad tilfet 6-4 kontra Alexia Cassano. Anke Ana omas u Donna Bugeja qed jaqsmu t-tieni post b'seba' punti. omas kisbet rebħa kontra Marie Claire Dimech 6-3 filwaqt li ġiet draw ta' 5-5 kontra Vanessa Tedesco. Min-naħa tagħha, Bugeja kisbet żewġ rebħiet tajbin ta' 6-1 u 6-2 kontra Triziane Farrugia u Marie Claire Dimech rispettivament. Min-naħa l-oħra, Lorna Micallef kisbet l-ewwel rebħa tagħha f 'dan it-turnament wara skor ta' 6-2 kontra Triziane Farrugia. 22 sports IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Tony Drago kwalifika għas- semifinali tal-Masters tad- Dinja tal-Over 40's meta b'wirja kbira għeleb fil-kwarti tal-finali lill-plejer professjonali Mark Davies tal-Ingilterra, 4 frames għal 3. Ikkuntattjat mill-gazzetta ILLUM, Drago wera sodisfazjon kbir għal dan ir-riżultat. "Kuntent għalija u għal Malta. Qed nieħu pjaċir nilgħab u qed nilgħab tajjeb. Hija l-ħolma ta' kull plejer li jilgħab u jirbaħ fit-teatru Crucible ta' Sheffield, fl-Ingilterra. "Qed nagħti kull ma nista. M'għadnix bħal qabel nitħarreġ kuljum u sigħat twal. Nitħarreġ biss fl-akkademja li għandna fil- Ħamrun," qal Drago. Drago kien 3 frames minn fuq iżda Davies kellu rimonta u tajba u għamilhom 3-3, bi frame minnhom li anki għamel brejk ta' 137. Madankollu, Drago żamm il-kalma u l-klassi u rebaħ il-frame finali. Tony Drago jilgħab fis- semifinali tal-lum kontra Jimmy White, ħabib kbir tiegħu, jew Adrian Ridley, bil-partita ta' bejniethom li ntlagħbet tard is- Sibt filgħaxija. Il-Kumitat Olimpiku Malti jħabbar id-dettalji taċ- Ċerimonja tal-Ftuħ u l-akkomodazzjoni għal Team Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023