Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

regolarizzazzjoni 21 kummerċjali IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • ILLUM mill-konfini tal-iżvilupp iżda li huma koperti b'permess eżistenti. L-emendi jipproponu wkoll li jiġi nkluż l-iżvilupp kollu fi ħdan f 'Settlement Rurali ta' Kategorija 1. L-iżvilupp irregolari m'għandux joħloq ħsara lil tal- madwar. Barra minn hekk, kull irregolarità trid tidher fir-ritratti mill-ajru tal-2016 meħuda minn l-Awtorità. 3. Xi tfisser ħsara lill- amenità? Żvilupp irregolari ma jistax jipperikola l-kumdità, konvenjenza, sigurtà, u utilità li tista' titgawda fi ħdan u madwar proprjetà jew żona. Meta tiġi kkunsidrata applikazzjoni, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet huma meħtieġa li jqisu d-distanza tal-privatezza, kwistjonijiet ta' sigurta u l-livelli ta' prospetti. 4. Jistà jiġi regolarizzat il-bini kollu f 'sit ODZ? Le. Taħt din l-iskema jistgħu jiġu kkunsidrati biss żviluppi eżistenti li saru qabel l-2016, li mhumiex konformi ma' xi permess ta' żvilupp u li mhumiex sanzjonabbli, iżda jinsabu fil- konfini ta' Settlement Rurali ta' Kategoriji 1. 5.Bini li mhux kopert b'permess jistà jiġi regolarizzat? Le, il-bini mhux eliġibbli għar-regolarizzazzjoni sakemm ma jkunx jinsab kompletament f 'Settlement Rurali ta' Kategorija 1 u mibni qabel l-2016. 6. X'inhu settlement rurali? Rural Settlements ġew identifikati fl-2006 permezz tal-Pjanijiet Lokali. Dawn is-Settlements, li huma barra mill-konfini tal-iżvilupp, huma żoni fejn kienu ngħataw għadd ta' permessi antiki tal-bini għal residenzi u huma viċin iż-żona urbana ewlenija iżda mifruda bi spazju mhux żviluppat. 7.Il-Propjetà tiegħi b'irregolaritajiet mhux sanzjonijiet tinsab parzjalment lil hinn mill-konfini tal- iżvilupp. Nistà nagħżel il- proċess ta' regolarizzazzjoni? Iva, jekk il-proposti jiġu approvati, proprjetajiet li jaqgħu parzjalment barra mill- konfini tal-iżvilupp se jkunu jistgħu japplikaw sabiex jiġu regolarizzati. Mandankollu, ir-regolarizzazzjoni tapplika biss għal bini eżistenti li hu diġà kopert minn permess maħruġ qabel l-2016. Ser jiġu kkunsidrati biss varjazzjonijiet mhux sanzjonabbli bil-permess eżistenti. Siti fejn ma teżisti l-ebda forma ta' permess għall- iżvilupp, mhumiex eliġibbli għal regolarizzazzjoni. 8. Se jkun hemm tibdil fit- tariffi? Iva. L-applikant huwa obbligat iħallas tariffa amministrattiva b'minimu ta' €50 għal kull applikazzjoni. Barra minn hekk, kull applikazzjoni ser tghaddi minn process ta' rivediment ta' tariffi kif stipulat fir-regolamenti. 9.Registered interested parties se żżommu id-drittijiet tagħhom? Meta l-Awtorità tal-Ippjanar tirċievi applikazzjoni għal sit li fuqu jkun hemm avviż ta' nfurzar li għadu fis-seħħ, l-Awtorità ser tissalvagwardja l-interessi tal-partijiet terzi kollha li kienu ppreżentaw l-ilment formali li fuqu kien inħareġ l-avviż. F'dawn il-każijiet, l-Awtorità ser tinforma lil-istess partijiet terzi bl-applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni sottomessa, fejn se jingħataw l-għażla li f 'perjodu ta' 15 –il ġurnata, huma jistgħu jinnotifikaw lill-Awtorità jekk ikunu jridu jiġu kkunsidrati bħala registered interested parties. 10. L-Awtorità tistà timponi kundizzjonijiet? L-Awtorità, mal-ħruġ ta' permess, xorta waħda se żżomm id-dritt li timponi kundizzjonijiet li jidhrilha li huma meħtieġa, inkluż, iżda mhux limitat, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet speċifiċi mwettqa fiż- żmien stipulat ta' sentejn. F'każ li l-kundizzjonijiet ma jiġux rispettati, l-applikazzjoni tista' tiġi miċħuda. 11. B'liema mod l-awtori tà ser tuża d-dħul miġbur minn dawn l-applikazzjonijiet? Sa mill-introduzzjoni ta' dawn ir-regolamenti fl-2016, l-Awtorità rċeviet 'il fuq minn 19,500 applikazzjoni. Matul is-snin, l-Awtorità użat il-flus ġenerati minn dawn l-applikazzjonijiet biex tiffinanzja skemi għar- riġenerazzjoni tal-ibliet u l-irħula tagħna, bħall-iskemi popolari Irrestawra Darek, Irrestawra l-Faċċata, Irrestawra l-Każin u l-iskema għar-Restawr tal- Gallarija Tradizzjonali tal-Injam. Parti mill-fondi jintużaw ukoll għal proġetti ta' titjib urban kif propost minn unsilli lokali jew NGOs permezz tal-Fond għall- Ippjanar tal-Iżvilupp. Għal aktar informazzjoni żur www.pa.org.mt .

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023