Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Margaret Mifsud 1 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' MEJJA 2023 • illum ANTHEA CACHIA Ġejjin ġimgħat ippakkjati sa ruħ ommhom għar-Renju Unit hekk kif dan ix-xahar il- pajjiż se jospita diversi nies madwar id-dinja biex jaraw il-Eurovision Song Contest, li se jsir f 'Liverpool. Fuq kollox ukoll, l-aktar importanti għall- popolazzjoni Ingliża hija l-inkoronazzjoni tar-Re Karlu III. Ilbieraħ id-dinja segwiet avveniment storiku hekk kif wara 70 sena, fuq it-tron issa hemm Re, ir-Re Karlu t-tielet. Apparti minn hekk jidher illi għad fadal żmien twil sakemm ir-Renju Unit possibilment jerġa' jkollu reġina oħra. Dan hekk kif is-suċċessur tar-Re Karlu huwa l-Prinċep William u eventwalment huwa wkoll se jkun sostitwit minn ibnu l-kbir il-Prinċep George. Filwaqt li r-Re Karlu ħa l-irwol ta' re immedjatament wara l-mewt ta' ommu, r-Reġina Eliżabetta II, l-inkoronazzjoni tal-ogħla membru tal- monarkija dejjem issir wara li jiġi proklamat is-suċċessur. Fil-fatt ir-Reġina Eliżabetta II ġiet inkoronata erba' xhur wara li miet misiera, ir-Re Ġorġ VI, jiġifieri f 'Ġunju 1952. Minkejja l-fatt illi l-inkoronazzjoni tar-Reġina Eliżabetta, 70 sena ilu, kienet estravaganti b'aktar minn 9,000 persuna mistiedna, ir-Re Karlu ħa aproċċ differenti. Filwaqt li nżamm livell ta' standard 'fit or a King' kienet deċiżjoni tiegħu li "jċekken" il-festeġġjamenti fid-dawl tal-kriżi tal-għoli tal- ħajja u l-impatti tal-Covid-19 fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Wara kollox, dawn iċ-ċelebrazzjonijiet grandjużi huma mħallsa mit- taxxi tal-poplu Ingliż u huwa ta' benefiċċju għar-Re li jiksiriex mal-poplu fil-bidu tat-tmexxija tiegħu. Minkejja dan, ħafna Ingliżi xorta ma tantx ħaduha tajba li r-Re nefaq bejn £100 miljun u £125 miljun. Il-maġġoranza tal-infiq fuq l-inkoronazzjoni, jew hekk imlaqqma 'Operation Golden Orb', kienet fuq sigurtà. Min- naħa l-oħra irridu nsemmu wkoll li qiegħed jiġi stmat li l-ekonomija Ingliża se tingħata spinta sostanzjali għaliex huwa mium li se jiġi iġġenerat £1 biljun minn dan l-avveniment biss. Re ġdid, monarkija moderna? Wara 70 sena ta' stennija, Ilbieraħ f 'Londra, f 'temp tipikament Ingliż, u b'pompa kbira, saret l-inkurunazzjoni tar-Re' Karlu III, taħt sigurta' kbira u fil-preżenza ta' mexxejja barranin, inkluż il-President ta' Malta, George Vella u l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola. Minkejja li r-Re' għandu rwol simboliku, kien hemm stennija kbira mill-poplu Ingliż għal dan l-avveniment storiku. Ħafna argumentaw li l-eżistenza tal-monarkija fi snin li ġejjin se tkun waħda inċerta, hekk kif in-nies jistaqsu jekk l-infieq għall-monarkija hux dejjem kien ġust jew jew le. Kien hemm bosta mistiedna distinti inkluż il-mara ta' Zelensky u anke ħafna atturi bħala Emma ompson u Stephen Fry. Ix-xandira diretta minn Londra xxandret diretta fuq TVMNews+.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023