Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 films IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Il-koppja Ma u Pa Kettle f'serje ta' films komiċi Ma u Pa Kettle huma karattri komiċi taċ-ċinema ta' serje ta' films ta' suċċess tal-istess isem magħmulin minn Universal- International studjos bejn l-aħħar tas-snin erbgħin u d-deċenju tal- hamsinijiet. Dawn huma koppja tal-kampanja, mhux edukati li ngħidulhom ta' wara l-muntanji (hillybillies), li għandhom ħamest itfal, li ħajjithom tinqaleb ta' taħt fuq meta jirbħu dar li hi mudell tal-futur f 'kompetizzjoni tal-aħjat titlu ta' reklam tajjeb (slogan). Waqt li jkunu f 'xifer li jitilfu r-razzett tagħhom, il- familja Kettle jidħlu fid-dar il-ġdida li hi differenti ħafna mill-istil tal-kampanja li kienu jgħixu. Wara, jkunu suġġett għal sitwazzjonijiet oħra verament strambi għalihom. Il-ktieb "best seller" ta' Betty McDonald, e Egg And I tal- 1945 jirrakkonta d-diffikultajiet li għaddew minnhom mara tal- belt li mar-raġel marru joqgħodu f 'razzett tal-flieles. Ħafna mill- problemi tagħhom kienu mal- karattri strambi tal-post fosthom mal-aktar tnejn, Ma u Pa Kettle. Fil-versjoni tal-film tal-1947 e Egg And I li fih l-atturi prinċipali kienu Claudette Colbert u Fred MacMurray, Ma u Pa Kettle (partijiet maħdumin minn Marjorie Main bħala l-omm u l-missier Percy Kilbride) ingħataw ukoll parti sostanzjali. Marjorie Main kienet innominata għall- Oscar f 'parti sekondarja. Dan id-duo ta' bdiewa eċċentriċi niżlu tajjeb mal-udjenzi tant li Universal Pictures ipproduċew 9 films oħra fejn huma kienu l-protagonisti. Marjorie Main dehret fil-films kollha u Percy Kilbride ħadem f 'sebgħa minnhom. Hu stmat li dawn il- films kollha flimkien daħlu mal-35 miljun dollari u jingħad li salvaw lil din il-kumpanija minn falliment. Ma jew Phoebe Kettle hija mara robusta u li tħobb tagħmel frattarija, tal-kampanja b'figura qisha xkora tal-patata. Hi aktar makakka u ambizzjuża minn Pa jew Franklin, iżda mhux b'ħafna u malajr wieħed jista' jidħak biha. Hi tinsab kuntenta bir-rwol tagħha bħala omm ta' ħmistax tfal, storbjużi, mqarbin fir-razzett tagħhom nofsu mġarraf f 'Cape Flattery, Washington. Minħabba dawn it-tfal kollha li għandha, kultant titfixkel l-ismijiet tagħhom. Fuq quddiem tar-razzett hemm sinjal, miktub ħażin, biex kull minn jersaq 'l hemm joqgħod attent mit-tfal. Dawn jafu jgaraw il-ġebel, jużaw l-iżbandola, jtajru l-piżelli minn tubu f 'wiċċ min ikun u jitfgħu kull ma jiġi għal idejhom. Mill-banda l-oħra, Pa hu ġentili, jitkellem bil-mod, idum biex jaħseb u għażżien. Jidher li hu kapaċi biss biex jiskansa l-faċendi u x-xogħol u jirbaħ xi kompetizzjoni. Fl-ewwel film ta' din is-serje, Pa And Pa Kettle, l-familja tidħol f 'dar moderna b'ħafna apparat tal- elettriku, li Pa rebaħ meta kiteb titlu addattat f 'kompetizzjoni tat- tabakk. Meta din is-serje kompliet, diversi raġunijiet jinħolqu biex il-familja terġa' talloka fid-dar il-qadima xi kultant għal żmien estiż. Ħafna mill-umoriżmu tat-tip sfrenat iseħħ minħabba sitwazzjonijiet tassew bla sens bħal meta Pa jaħsbuh xi ndustrijalist sinjur f 'Ma And Pa Kettle In Washington jew meta jkun maqful f 'ċella, bi żball, meta jġiegħennl liż-żwiemel tat-tiġrija jieklu l-għalf imħallat bis-siment f 'Ma And Pa Kettle At e Fair. Dawn huma l-films kollha ta' din is-serje: 1947 – e Egg And I, 1949 – Ma And Pa Kettle, 1950 – Ma And Pa Kettle Go To Town, 1951 - Ma And Pa Kettle Back At e Farm, 1952 – Ma And Pa Kettle At e Fair, 1953 – Ma And Pa Kettle On Vacation, 1954 - Ma And Pa Kettle At Home, 1955 – Ma And Pa Kettle At Waikiki, 1956 – e Kettles In e Ozarks, 1956 – e Kettles At Old McDonald's Farm.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023