Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 • illum Id-demokrazija lokali tista' tħares l-ispazji urbani mħaddra G ħandna ħtieġa ta' iktar spazji mħaddra fiz-zoni urbani. L-ispazji mħaddra huma ta' għajnuna biex insaħħu u fejn meħtieġ nista- bilixxu mill-ġdid il-kuntatt tagħna man-natura. Dawn il-kuntatti ħadu daqqa sewwa riżultat tal-iżvilupp eżaġerat ta' madwarna. Dan kollu hu ħtija ta' Awtorità tal-Ippjanar li tat prijorità lill-iżvilupp esaġerat a skapitu tal-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. Il-Kunsilli Lokali għandhom rwol importanti ħalli jassiguraw il-ħarsien tal-ispazji miuħa mħaddra biex dawn ma jispiċċawx għalf ħalli jissodisfaw l-aptit tal-iżviluppaturi. Il-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali jsemmgħu leħinhom biex jiddefendu lill- lokalità tagħhom. Sfortunatament ma hemm l-ebda garanzija li jistgħu jaslu u dan għax il-gvern lokali hu biss ittollerat mill-gvern ċentrali. L-aħħar eżempju, dak tal-Kunsill Lokali tal-Gżira, immexxi b'tant għaqal mis-Sindku Conrad Borg- Manché, għandu jkun ta' twissija għal kulħadd. Fil-battalja legali li l-Kunsill Lokali tal-Gżira fetaħ dwar il-ġnien pubbliku kontra l-Awtorità tal-Artijiet ġie stabilit b'ċertezza li din l-Awtorità naqset milli twettaq żewġ miżuri bażiċi ta' governanza tajba: naqset milli tkun trasparenti f 'ħidmietha u naqset ukoll milli tikkonsulta mal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Din hi problema li qed titfaċċa ta' sikwit min-naħa tal-gvern ċentrali u l-agenżiji tiegħu li għandhom ħabta jibqgħu għaddejjin romblu minn fuq il-kunsilli lokali f 'Malta u Għawdex. Il-gvern ċentrali għadu mhux komdu li jaġixxi f 'kuntest fejn tirrenja s-sussidjarjetà u d-demokrazija lokali u dan minkejja li l-kunsilli lokali ilhom magħna għal kważi 30 sena. Kemm il-darba jsir xogħol bil- galbu hi politika tajba li ninvestu fl-iżvilupp ta' spazji miuħa fiż- żoni urbani u l-madwar u li dawn inħaddruhom. Ikun għaqli jekk l-ewwel u qabel kollox inħarsu l-ispazji mħaddra li diġà għandna fiż-żoni urbani. Ħarsu lejn il-ġnien pubbliku tal-Gżira u l-ġara tiegħu l-pompa tal-petrol. Dawk li jfasslu l-politika tal-Awtorità tal-Artijiet u dik ta' Project Green għandhom jaħsbu it dwar x'futur jista' għandhom il- pompi tal-petrol. L-elettrifikazzjoni tal-karozzi daqt magħna u konsegwenza ta' hekk it it tibda tonqos l-utilità tal-pompi tal-petrol, sakemm ma jkollniex bżonnhom iktar. Hemm imbagħad il-mira tal- istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli li l-karozzi fit-toroq jonqsu b'41%. Dan kollu għandu jwassal b'mod loġiku għall-konsiderazzjoni li iktar jagħmel sens li tispiċċa l-pompa tal-petrol biex tagħmel il-wisa' għal ġnien pubbliku ikbar. Dan jagħmel sens ferm iktar milli joqgħodu jnaqqru biċċiet mill-ġnien pubbliku biex ikabbru d-daqs tal-pompa tal-petrol! Meta jirnexxielna nreġġgħu lura l-impatti tal-iżvilupp, nagħtu spinta tajba biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd, mhux biss fil-Gżira! Huwa f 'dan il-qasam fejn jista' jkollna bidla bis-serjetà fil-politika u l-azzjoni relattiva dwar l-ispazji miuħa u mħaddra fiż-żoni urbani tagħna. Hu faċli li troxx il-fondi pubbliċi fuq art abbandunata jew art fi stat ta' telqa: €700 miljun faċli tonfoqhom b'dan il-mod! L-isfida qegħda biex tkun indirizzata l-ħsara li l-iżviluppaturi jikkawżaw fl-infrastruttura urbana li hi tant essenzjali biex nibqgħu f 'kuntatt man-natura. Dan il- kuntatt tant essenzjali, jzommna b'saħħitna, anke mentalment u jgħin sostanzjalment biex titjieb il-kwalità tal-ħajja! Din hi t-triq realistika l-quddiem. Jeħtieġ li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jkun prinċipju bażiku tal-governanza tajba kif ukoll li nassiguraw li jkunu l-Kunsilli Lokali li jmexxu dak kollu meħtieġ għall-iżvilupp u ż-żamma f 'kundizzjoni tajba tal- infrastruttura urbana lokali, inkluż l-ispazji miuħa mħaddra. Il-Gvern ċentrali, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet u Project Green, għandu jservi lid- demokrazija lokali flok ma jkompli jipprova joħnoqha. Din hi l-lezzjoni li toħroġ mill- ġnien tal-Gżira. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo L-indafa tal-pajjiż għandha tkun priorità għalina lkoll K ienu bosta dawk illi wara li indirizzajt il-Konfer- enza Ġenerali tal-Partit Laburista, it ġimgħat ilu, kellmuni dwar kemm ħasse- whom sodisfatti li fid-diskors tiegħi messejt tema li għalkemm forsi it nitkellmu dwarha, żgur li tolqot lil ħafna nies u li għal bosta hija prijorità. Din hija t-tema tal-indafa fil-pajjiż. Bħala poplu inġenerali ninsab ċerta li ħafna minnha jinteressahom l-indafa ta' ġod-djar tagħna u nagħmlu minn kollox biex inżommu l-postijiet fejn ngħixu fl-aqwa kundizzjoni ta' indafa. Imma jiddispjaċini ngħid li għad għandna bosta li it jew xejn jimpurtahom mill-bieb 'l barra. Naraw skart miġbur madwar skips u kultant f 'kantunieri fejn mhux suppost jinġabar li skart. Naraw skart goff jintefa' bl-addoċċ f 'għelieqi jew f 'postijiet diżabitati. Dawn l-affarijiet iħammġu l-ambjent tagħna u kultant anke joħolqu perikli bla bżonn. Dan m'għandux ikun. Illum għandna bosta faċilitajiet offruti mill-Kunsilli Lokali biex jinġabar skart goff filwaqt li l-ġbir tal- iskart mid-djar tagħna huwa ferm aktar organizzat u aċċessibbli. Barra minn hekk, iddaħħlet ukoll is-sistema tal-BCRS li qed tippermettilna niddisponu mill-fliexken tal-plastic u tal- ħġieġ b'mod sostenibbli li qed jippermettilna li nikkontrollaw aħjar dan it-tip ta' skart minflok ma jinfirex f 'postijiet fejn mhux suppost. Il-magni tal-BCRS issa huma mifruxa mal-pajjiż kollu u anke qed jiġu introdotti magni kbar li jistgħu jirċievu għadd kbir ta' fliexken f 'daqqa li jagħmluha aktar faċli għalina li niddisponu minn dan l-iskart. Kollha kemm aħna għandu jkollna sens ċivili qawwi li jġiegħlna nħossu li barra huwa tagħna daqs kemm hija darna. M'għandniex narmu skart fejn mhux suppost. Irridu nagħtu eżempju liż-żgħar, lill-ġenerazzjoni li tiela' u ngħallmuhom jibżgħu għall-indafa fil-pajjiż kollu. Irridu nieħdu ħsieb il-ħmieġ iġġenerat mill-annimali li tant inħobbu. Għadna naraw ħmieġ tal-klieb li ma jinġarabx minn sid l-annimali minkejja d-deterrenti qawwija li għandna fil-liġi kontra dan ir-reat. Kull wieħed u waħda minnha li jieħu gost jimxi f 'postijiet miuħa u maħluqa apposta għall-mixi m'għandux għalfejn joqgħod iserrep qalb ħmieġ li suppost ikun inġabar minn sid l-annimali. Sens ċiviku ta' indafa kullimkien huwa ta' benefiċċju għall-komunità kollha minn kull lat. Inkunu qed ngħinu biex inkabbru l-iġene tan-nies personali. Inkunu qed innaqqsu l-ħmieġ mit-toroq tagħna u mill-inħawi fejn jinġabar skart fejn mhux suppost. Inkunu qed insebbħu d-dehra ta' pajjiżna biex ingawdu pajjiż sabiħ mhux biss aħna li ngħixu hawn is-sena kollha iżda wkoll l-eluf ta' turisti li jżuruna li jkunu jistgħu jitilqu minn pajjiżna bl-aqwa impressjoni u jħeġġu oħrajn jiġu jżuruna. It-tema tal-indafa fil-pajjiż hija waħda għal qalbi u nixtieq li fil- ġimgħat u x-xhur li ġejjin nkompli nirsisti biex inqajjmu kuxjenza favur dan is-suġġett. Jien ninsab ċerta li l-Gvern Laburista qed jagħmel ħiltu kollu biex nilħqu l-għan tagħna li jkollna pajjiż isbaħ u aktar nadif. Il-Kunsilli Lokali ukoll qed jagħtu l-kontribut tagħhom bid-diversi inizjattivi li jieħdu favur l-indafa fl-ibliet u l-irħula tagħna. U anke qegħdin isibu l-għajnuna min-naħa tal- Gvern Ċentrali biex jagħmlu dan. Nista' nistqarr li anke fir-raħal li nirrappreżenta jien, il-Gudja, kemm-il darba sibna l-għajnuna tal-aġenzija tal-Gvern responsabbli mill-indafa, Clean Malta, biex solvejna problemi ta' indafa li jinqalgħu minn żmien għal żmien. Issa jmiss li nagħtu sehemna aħna lkoll. Kull ċittadin għandu jħoss li l-indafa ta' barra mid-dar tiegħu mhix biss ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet, imma r-responsabbiltà ta' kull wieħed u waħda minnha. Ejjew nagħtu sehemna lkoll biex naraw li pajjiżna jkun isbaħ u aktar nadif. Jiena ninsab żgura li jekk nagħmlu dan ilkoll nirrealiżżaw kemm inkunu qed ngħixu aħjar. Jiena ċerta wkoll li jekk din il-kultura ta' indafa 'l barra mill-għatba tal-bieb tagħna issir il-kultura tal-pajjiż kollu, allura nkunu ksibna dritt li l-ebda wieħed u waħda minnha ma jkun irid ireġġa' l-arloġġ lura. Marija Sara Vella Gafà hija is-Sindku tal-Gudja Marija Sara Vella Gafà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023