Illum previous editions

ILLUM 7 May 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498712

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 editorjal illum • IL-ĦADD 7 TA' MEJJU 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -istat tal-midja Maltija mhix waħda perfetta jew idonja. U iva jeħtieġ li jkunu hemm l-istrutturi biex naraw li jkollna ġurnalisti ħielsa u oġġettivi. Hemm bosta problemi u dawn telgħu aktar fil-quċċata wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Imma kien u huwa żball madornali li kull problema u soluzzjoni hija marbuta mal-kwistjoni tal-ġustizzja fil-konfront tal-assasinju ta' Caruana Galizia. Il-ġustizzja fil-konfront ta' dak li ġara ma' Caruana Galizia mhux l-uniku mod kif għandna nħarsu lejn l-istat ta' kemm hi ħielsa l-istampa f 'Malta. U f 'dan il- kuntest irridu nħarsu lejn ir-rapport tar- Reporters Sans Frontiers (RSF) li ta' kull sena joħorġu indiċi ta' fejn ikunu l-pajjiżi u għaliex. Ħaġa tal-iskantament, Malta spiċċat fl-84 post. Qabel Malta, insibu l-Polonja, l-Ungerija, il-Maċedonja, il-Montenegro, il-Panama, l-Armenja, il-Kongo, il- Malawi, l-Ukrajna, il-Kosta tal-Ivorju, l-Moldova u bosta pajjizi oħra li Alla jħares naraw kif jitrattaw id-drittijiet tal-bniedem aħseb u ara l-ħelsien ta' l-istampa. Malta bin-nuqqasijiet kollha tagħha għandha midja vibranti u diversa. Li taħdem kontra l-kurrent fejn il- ġurnalisti tagħha jiġu jaqgħu u jqumu mill-konsegwenzi. Għandha kmamar tal-aħbarjiet fejn l-Edituri għandhom il-possibilità li jiktbu li jridu. Għandha xandir pubbliku immonitorjat minn Awtorità tax-Xandir, immexxija miż-żewġ partiti ewlenin u għandna wkoll żewġ kmamar tal-aħbarjiet tal-partiti. Hija ovvja li l-RSF straħet fuq sors wieħed u sors li (allajbierek) hija magħrufa għall-antipatija li turi lejn il- kollegi tagħha fl-istess kamp. Ejja nibdew, inħarsu lejn l-ilmenti tal- RSF: 1. L-RSF titkellem fuq t-talbiet tal- Freedom of Information Requests (FOI). Li ma tgħidx, huwa li dawn isiru dejjem mix-Shi News u dejjem ikunu kontra din l-istess mediahouse u qatt fuq media houses oħra. FOIs li huma imminati biex jagħmku ħsara kummerċjali lil din il- media house. 2. L-RSF tgħid ċar u tond li ġurnalisti Maltin ikollhom ħafna SLAPPS. Fl-Istorja ta' Malta qatt ma ngħata bidu għall- ISLAPP action. L-uniku waħda li seta' kien hemm, kienet kontra din il-media house. It-theddida għall-istampa Maltija ġejja mil-libelli minn Maltin kontra Maltin stess. 3. L-RSF tilmeta li l-Gvern jagħti intervisti esklussivi lil dawk il-ġurnalisti tal-għażla tagħhom. Bħallikieku din hija problema endemika Maltija. Mhux hekk jiġri f 'kull pajjiż. 4. L-RSF tgħid li l-għajnuna tal- Covid-19 ingħatat lill-media tal-partiti politiċi. Gidba! L-għajnuna ngħatat lil kullħadd, kull min għandu xi forma ta' reġistrazzjoni bħala media house u jimpjega lin-nies. Ovjament meta ngħatat l-għajnuna s-sors tal-RSF, ma kellhomx impjegati. 5. L-RSF tilmenta fuq diskriminazzjoni fl-għoti tal-fondi pubbliċi. Imma l-fatti juru li kullħadd irċieva fondi: It-Times of Mala, in-Net, il-Lovin Malta u Newsbook. U wkoll, kulħadd jirċievi reklami tal- Gvern. 6. L-RSF tilmenta li rappreżentanti ta' gruppi ta' minorità ma jaħdmux fin-newsrooms. Mhu veru xejn, anzi ħafna nies fin-Newsbook, MaltaToday u anke Lovin Malta huma nies li kienu jimmilitaw fi gruppi. 7. L-RSF tgħid li n-newsrooms huma dominati mill-irġiel. Heqq, mhux Malta biss. Imma imbgħad fit-Times of Malta, il-MaltaToday, il-PBS u anke Newsbook hemm nisa f 'postijiet maniġerjali. 8. L-RSF tgħid li r-rakkomandazzjonjiet tal-Kummissjoni Caruana Galizia ma ġewx implementati. Xi wħud le u xi wħud iva. 9. L-RSF tgħid li l-Gvern joħroġ press cards u mingħajrhom ma tistax tattendi konferenzi stampa. Apparti li ħadd ma jistaqsik għall-press card, ta' min nistaqsu, liema pajjiż mid-dinja tal-punent m' għandhomx xi forma ta' identità għall- ġurnalisti tagħhom? Il-kumment tal-aħħar dwar dan l-indiċi jew rating tal-RSF hu wieħed. Filwaqt li naqblu li fadal ħafna x'isir, is-sitwazzjoni mhix ħażina daqs kemm ġiet deskritta fir- rapport li ġie ippreżentat. Li verament jeħtieġ f 'pajjiżna huwa ta' aktar għaqda bejn il-midja u l-ġurnalisti. Kif ukoll deċiżjoni konxja mill-Gvern biex jgħin finanzjarjament il-media houses. Ngħixu f 'ambjent ġurnalistiku fejn m'hemmx il-biża' ta' qabel, kieku ma jkunx hemm episodji fejn anke jiġu ppubblikati data ristretta u b'divjet tal-Qorti. L-RSF għandha toqgħod attenta li ma tintużax bħala paraventu minn dawk li għandhom preġuddizji kbar u għira għal min hu aktar kapaċi u għaqli bħala ġurnalist jew media house. Rapport li ma jagħmilx ġieħ lil min għamlu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 May 2023