Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565
NEWSPAPER POST Nr 535 • 15 ta' Jannar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Charlton Debono Ara paġni 34 u 35 Ara paġni 4 u 5 Minn Albert Gauci Cunningham SITTAXIL sena wara li l-proprjetà ta' Edgar Farrugia u familtu kienet rekwiżizzjonata, 10 snin wara li d-Dipartiment tal-Artijiet (Lands) 'bi żball' għadda l-kumpens għall-istess proprjetà lil terzi, tliet snin wara li l-istess Dipartiment ammetta li 'sar żball' u sena wara li l-ILLUM żvelat dan il-każ, sa fl-aħħar se ssir ġustizzja. Fil-fatt, din il-gazzetta tista' tiżvela illi s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-Artijiet, għadha kif tat struzzjonijiet biex Edgar u l-familja Farrugia jirċievu kumpens għall-proprjetà li kellhom il-Belt Valletta. Il-każ ta' Farrugia kixef taħwida nobis li seħħet fl-2005 u li grazzi għaliha l-familja Farrugia ilha tistenna kumpens għall-proprjetà li kienet tagħha mill-1999. Fl-2005, minn wara dahar il-familja Farrugia u f 'temp ta' 24 siegħa sar bejgħ u trasferiment lill-Gvern ta' din il-proprjetà, bil-Lands jgħaddu l-kumpens dovut lill-familja Farrugia lill-kumpanija ta' kuntratturi lokali. F'April 2014 l-Lands ammetta li 'sar żball' meta l-ħlas ta' kumpens ingħata lil din il-kumpanija minflok lil Farrugia. Mal-ILLUM Schembri żvelat kif hija talbet illi l-familja Farrugia tingħata l-kumpens li ilha tistenna 16-il sena u li 'nsterqilha' 10 snin ilu. 'Jien tajt struzzjonijiet ċari biex, minkejja kawża li se jiftaħ il-Gvern kontra l-kumpanija li ngħatat il-kumpens, ma' Farrugia tkun irranġata l-inġustizzja li saret u li hemm ammissjoni ċara mid- Dipartiment li saret.' ...ħadulu l-proprjetà, taw kumpens lil ħaddieħor u wara 16-il sena se ssir ġustizzja Bonnici jagħti ultimatum lil Busuttil ILMINISTRU Owen Bonnici sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex waqt id-diskors tiegħu tal-llum, jippubblika prova ċara li s-self ta' €250,000, li ta Zaren Vassallo lill-Partit Nazzjonalista ftit jiem biss wara li seħħ il-ftehim tal-art f 'Ħal Qormi, wara li sar l-allegat intervent ta' Jason Azzopardi, tħallas kollu biex jitneħħew id-dubji li jeżistu ta' rabtiet bejn il-każ tal-art tal-Lowenbrau u self mingħand il-kuntrattur. Il-Ministru Bonnici fakkar li l-gazzetta Maltatoday kienet irrappurtat dwar xhieda fil-Qorti tal-eks-Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier, fejn huwa kien ikkonferma li "s-self ta' €250,000 minn Zaren Vassallo ngħata wara li l-Partit Nazzjonalista kellu problema ta' cash flow." "Huwa leġittimu allura", issokta jgħid il-Ministru Bonnici, "li jqumu mistoqsijiet dwar dan il-każ." 'Jekk kulħadd jiftaħ ikolli niftaħ' Ir-riforma tal- ħwienet milqugħa b'ħafna kawtela u ftit entużjażmu Tkompli f 'paġna 11 'Jekk kulħadd jiftaħ ikolli niftaħ' Ġustizzja Tkompli f 'paġna 15