Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Opinjoni 19 I l-każ tal-art tal-Gvern ta' 21 tomna ta' Ħal Qormi kexkex lill-Oppożizzjoni mill-qiegħ. Kexkex lill- Oppożizzjoni mill-qiegħ għaliex qatt qabel illum ma rajna rapport ta' Awditur Ġenerali li jikkundanna b'daqshekk qawwa lil eksministru, f 'dan il-każ Jason Azzopardi. Kexkex lill-Oppożizzjoni mill-qiegħ għaliex proprju l-iktar wieħed li jippoppa sidru fuq l-onestà fil-politika u jgħajjar lil kulħadd b'kollox bl- addoċċ ġie kkundannat għat- tieni darba infila mill-Awditur Ġenerali, din id-darba b'iktar qawwa mill-ewwel darba. Tant kemm kexkex lill- Oppożizzjoni mill-qiegħ li Simon Busuttil qatt ma lissen kelma waħda dwar dan l-iskandlu u meta ġie mistoqsi tfixkel, tgerfex u daħħaq lil kulħadd bil-mobile rasu 'l isfel ma' widintu. Il-Partit Laburista għamillu sfida ċara lil Simon Busuttil - dik li llum jippreżenta provi li juru li Żaren Vassallo tħallas lura l-loan ta' kwart ta' miljun ewro li kien ta lill-Partit Nazzjonalista ftit wara li ngħalaq bizzilla d-deal kompromess tal-21 tomna f 'Ħal Qormi. Diġà hu ħażin li ftit jiem wara li jingħalaq il-kompromess imwiegħed lil Vassallo u li ġie kkundannat mill-Awditur Ġenerali, il-Partit Nazzjonalista jirċievi loan ta' kwart ta' miljun ewro mis-Sur Vassallo. Ikun mill-iktar skandaluż jekk ma tinġiebx prova li l-loan, fil- frattemp, tħallas lura. Jekk le, ma tagħtix tort lil min isaqsi jekk hijiex biss koinċidenza li saru ż-żewġ deals u saru fi spazju daqshekk qasir wieħed mill-ieħor. Presidenza EU Il-ġimgħa li għaddiet kienet il-ġimgħa li fiha ġraw ħafna affarijiet fuq livell Malti u livell Ewropew. Bdejna billi rajna lill- Kummissjoni Ewropea tiġi en bloc f 'pajjiżna u jkollha laqgħat mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. F'dawn il-laqgħat ħarġet ċara l-fiduċja tremenda li l-Kummissjoni Ewropea għandha fil-Gvern Malti u b'mod partikolari f 'Joseph Muscat. Filgħaxija, imbagħad, assistejna għall-inawgurazzjoni tal-Presidenza Maltija bi programm sabiħ ferm imfassal mill-Kunsill Malti għall-Arti b'żewg atturi, biex ngħidu hekk, diretti – ŻfinMalta u l-Orkestra Nazzjonali. Nemmen li ħriġna bl-unuri u nifraħ lill-kompożitur Malti Albert Garcia tat-talent li wera biċ-ċar li għandu. Preżentazzjonijiet Ma' sħabi Carmelo Abela u Chris Cardona rispettivament kelli x-xorti li niftaħ ir-rawnd ta' preżentazzjonijiet li bħalma jiġri f 'kull Presidenza jsiru mill-Ministri rispettivi dwar ix-xogħol li se jkunu se jmexxu fis-sitt xhur ta' wara. Ħadt gost ħafna mmur quddiem mijiet ta' Membri Parlamentari Ewropej u nispjega x-xogħol tagħna u nwieġeb għad- domandi. Inħoss, mill- feedback li rċevejna, li pajjiżna ħareġ bl-unuri mill-ewwel rawnd ta' preżentazzjonijiet fid-diversi kumitati u m'għandix dubju li l-bqija ta' sħabna se juru l-preparazzjoni kbira li għandna. Fadalli issa t-tielet u l-aħħar preżentazzjoni, cioè dik marbuta mal-Kultura quddiem il-kumitat li jittratta proprju dan is-suġġett. Ħafna jaħsbu li l-Kultura hija xi suġġett leġġer jew li fih ma hemmx kwistjonijiet jaħarqu. Ir-realtà hi kompletament differenti għaliex fil-files tal-Kultura hemm issues importanti ferm, fosthom dawk tal-hate speech, l-Audio Visual Media Services Directive u l-bżonn li nużaw il- kultura bħala għodda kruċjali għad-diplomazija. Press Trip L-għada li kellna l-preżentazzjonijiet, Carmelo u jien ingħaqadna ma' George Vella biex niltaqgħu ma' diversi ġurnalisti internazzjonali f 'dik li tissejjaħ Press Trip. Dawn il-ġurnalisti ltaqgħu ma' żewg gruppi oħra ta' Ministri qabilna, kull grupp iffokat fuq suġġett speċjalizzat. Kien unur għalija li jkun hemm tant ġurnalisti barranin li ġejjin mill-iktar djar ta' pubblikazzjoni importanti fid-dinja li jagħtu tant importanza lil dak li l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri għandha xi tgħid dwar id-diversi setturi. Konvint li l-viżibilità ta' pajjiżna se tkun bla preċedent fid-dawl tal-Presidenza u kuntent immens bil-feedback tajjeb ferm li qed nirċievu. Il-kelma hi waħda: il- pajjiżi ż-żgħar jagħtu riżultati kbar meta jkun imisshom il-Presidenza. Malta mhijiex eċċezzjoni. Abbozz ta' liġi dwar it- Traffiku Il-ħidma enormi fuq livell Ewropew mhix se tfisser li l-Gvern se jikkonċentra l-enerġija kollha tiegħu fuq l-Unjoni Ewropea u se jinsa lil pajjiżna. Xejn minn dan, anzi. Ifisser li se nirdoppjaw l-enerġija tagħna fejn se mmexxu l-aġenda Ewropea u se mmexxu wkoll aġenda oħra ta' bidla f 'pajjiżna. Hekk kif appena fetaħ il-Parlament, mexxejna 'l quddiem l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi biex insaħħu l-liġijiet tat-traffiku u nsaħħu s-sigurtà fit-toroq tagħna. Kollox jindika li t-tieni qari mhuwiex se jdum ma jibda (sintendi suġġett għall- iskeda tax-xogħol mimlija sew tal-Kamra tad-Deputati) sabiex din il-liġi tkun magħna ma ddumx. Il-kultura, wara l-ħidma għaqlija tal-Pulizija, diġà bdiet tinbidel. Ma għandix dubju li hekk kif jidħlu fis-seħħ il- bidliet bis-saħħa tal-liġi l-ġdida se naraw effett tajjeb ħafna għall-ġid ta' pajjiżna. Grazzi Kelma ta' ringrazzjament minn qalbi għan-nies kollha li qed jaħdmu tant biex jgħinuna fit-tmexxija tal-Kunsill tal- Ministri tal-Unjoni Ewropea. Ir-ringrazzjamenti huma fuq tliet livelli mingħajr ebda ordni partikolari: lin-nies ta' Dar Malta, inkluż in-nies li qed jgħinuna fil-ħidma mal- Parlament Ewropew, lin-nies tas-Segretarjat tal-Kunsill tal-Ministri u n-nies li jaħdmu hawn Malta kemm fl-Uffiċċju responsabbli mill-Presidenza u Affarijiet Ewropej u kemm fil-Ministeri rispettivi. Meravilja kif l-istragrandi maġġoranza tal-esperti huma żgħażagħ ta' madwar 28 jew 30 sena. Dak li qed jitgħallmu llum se jwassal biex jagħmilhom esperti ta' talent stroardinarju għall-quddiem. Owen Bonnici huwa Ministru tal- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali OWEN BONNICI Qatt qabel illum ma rajna rapport ta' Awditur Ġenerali li jikkundanna b'daqshekk qawwa lil eks- ministru, f 'dan il-każ Jason Azzopardi Il-Partit Laburista għamillu sfida ċara lil Simon Busuttil - dik li llum jippreżenta provi li juru li Żaren Vassallo tħallas lura l-loan ta' kwart ta' miljun ewro Sfida ċara lil Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017