Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Minn Brussell 9 Thursday TVM 20:50 205 laqgħat tekniċi u Malta ser tkun qed tospita ukoll mal-20,000 delegat u 1,500 ġurnalist." Mal-unit tal-Presidenza hemm 75 persuna, inkluż 3 Diretturi Eżekuttivi fuq Loġistika, Politika u Informazzjoni kif ukoll uffiċjali f 'diversi setturi oħra fosthom it-taħrig u l-ipprogrammar, amministrazzjoni, akkreditazzjoni, akkomodazzjoni u servizzi oħra bhal interpreti, il-qasam tal-kultura, trasport u manutenzjoni ġenerali. Fi Brussell hemm madwar 100 uffiċjal jaħdem fuq diversi setturi u kumitati ta' ħidma fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-impjegati kollha ingħataw it-taħrig kollu neċessarju f 'diversi livelli biex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom bl-aħjar mod possibbli." Dawn ir-riżorsi umani kollha jfissru wkoll aktar infiq tal-gvern, fil-fatt issemmiet is-somma ta' €50m. Mhux ħafna dawn il-flus kollha? "Rigward finanzi, il-Presidenza hija obbligu għal kull stat membru. Malta trid tagħmel l-istess. Kollox fih it-tajjeb u l-ħażin meta tkun pajjiż żgħir. Bħalma għandna d-dritt li nkunu fit-tmun bħal pajjiżi l-kbar, għandna l-obbligi finanzjarji bħal ħaddieħor ukoll." Laqgħat, konferenzi u kapijiet ta' stat iżuru Malta, imma x'se joffru liċ-ċittadin Malti? "Il-poplu Malti se jkun qed jifhem aktar x'inhi l-ħidma tal- UE u kif taffettwah direttament matul is-6 xhur tal-Presidenza. Ekonomikament se tkun ta' benefiċċju wkoll minħabba l-influss ta' delegati li ġejjin iżuruna. Iridu nipprovdu akkomodazzjoni, 'catering', trasport eċċ, u dan se jwassal għal aktar dħul." Il-preżenza tal-Presidenza se tinħass fil-pajjiż permezz tal-influss tad-delegati li se jiġu Malta, bil- kampanja ta' informazzjoni madwar Malta u fuq il-midja li ninsab ċert li se jkunu qed jagħmlu xogħolhom f 'dan ir-rigward." Kemm hu impenjattiv għal Malta il-programm tal-Presidenza? Il-programm hu impenjattiv ħafna. Hemm 220 laqgħa f 'Malta u 1,600 fi Brussell. Fil-fatt, ħafna mill-ippjanar jibqa' għaddej fi tmiem il-ġimgħa, u dan minħabba li normalment ser ikun hemm bejn żewġ jew tliet laqgħat kuljum. Eżempju f 'ġurnata minnhom hemm seba' laqgħat f 'daqqa, allura l-koordinament u l-arranġamenti iridu jibqgħu għaddejjin il-ħin kollu. "Iżda dan għandu jkun ta' sodisfazzjon għalihom. Huwa ta' unur li taħdem fil-Presidenza. Mhix xi ħaġa li ssir kuljum u għal ħafna ser tkun okkażjoni ta' darba. Minn din l-esperjenza titgħallem ħafna, u m'għandix dubju li ser tkun ta' sodisfazzjon fl-aħħar, x'ħin tara li kollox ikun mar tajjeb minkejja li hija diffiċli u estensiva." B'liema mod se jitkejjel is-suċċess tal-Presidenza? "Apparti l-aspett loġistiku, Malta trid tara li twettaq il-programm politiku li tkun ħejjiet. Il-Presidenza tkun suċċess skont kemm ikun hemm konklużjonijiet leġiżlattivi u dossiers. Fl-aħħar mill- aħħar, Malta se tkun qed tgħolli l-profil tagħha fl- Ewropa." wasslu biex nibdew naqtgħu l-frott' Segreatraju Parlamentari Ian Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017