Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565
Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Mosta ......................0 Tarxien R .................2 TARXIEN Rainbows kisbu rebħa meritata ta' 2-0 kontra Mosta, biż-żewġ gowls għalihom jaslu fl- ewwel taqsima. Kienu Tarxien Rainbows li fetħu l-iskor fl-ewwwl azzjoni perikoluża li ħolqu wara biss seba' minuti logħob meta minn xutt angulat minn ġol-kaxxa ta' Alex Nillson. Huma rduppjaw l-iskor fl-24 minuta meta wara li rċieva minn corner ta' Daniel Ponce de Leon Garcia, għola tajjeb Daniel Zerafa li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Mosta Yenz Cini permezz ta' daqqa ta' ras preċiża. Mosta wieġbu man- nofsiegħa logħob meta minn corner insidjuż ta' Pedro Dos Santos Calcado li lbieraħ kien qed jagħmel ir-ritorn ma' Mosta, ħadd mill-plejers sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun. Iżda s-superjorità tattika tar-Rainbows kienet waħda evidenti u żewġ minuti biss wara huma reġgħu ħolqu l-periklu meta fit-32 minuta Daniel Ponce de Leon Garcia kellu xutt minn tarf il-kaxxa mblukkat mill-goalkeeper Yenz Cini li iżda ma żammx, biex il-captain Mosti Kurt Magro kien pront u antiċipa lil Alex Da Paixao Alves biex tefa' l-ballun f 'sigurtà. Fit-tieni taqsima, Tarxien Rainbows komplew ikunu l-aħjar team u komplew jikkontrollaw tajjeb lill- avversarji tagħhom meta fit-63 minuta, azzjoni maħduma tajba mir- Rainbows ġiet mitmuma minn xutt tal-captain Triston Caruana li ġie kklerjat minn fuq il- linja fatali minn Cedric Hengbart. Fl-74 minuta, fl-unika azzjoni denja ta' nota li ħolqu Mosta f 'din il- partita, kien imiss lill- captain Mosti Kurt Magri li jittanta xortih mid- distanza, bit-tentattiv tiegħu jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti difiżi mill- goalkeeper ta' Tarxien Rainbows, Philip Schranz. Mosta Cini, Chinatu Onwudinjo, Djoufack, Fenech, Bezak (Caruana 70'), Dos Santos Santos Calcado, Magro, Hengbart, Mikes, Oseghale (Camilleri 81'), Frendo Tarxien R. Schranz, Baker, Marcelina, Caruana (Azzopardi 77'), Ponce De Leon Garcia (Galea 85'), Nillson, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves, Tabone, Zammit (Borg 69') Referi Glen Tonna DANIEL PONCE DE LEON GARCIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fis-16 ta' Mejju 1991 f 'Madrid fi Spanja. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aqwa plejer fil-grawnd. Tarxien Rainbows jikbsu rebħa meritata kontra Mosta Ritratt: Dominic Borg Daniel Zerafa segwit minn Gabriel Bezak