Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat Valletta ........................ 1 Gzira U .......................... 0 VALLETTA kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Gżira United mingħajr ma mpressjonaw. Din kienet l-aħħar logħba tal-Brażiljan Jhonnattann Benites Da Conceicao ma' Valletta, hekk kif se jmur jilgħab ma' klabb fl-Għarab Emirati Magħquda. Huma kienu wkoll mingħajr Roderick Briffa u Michael Mifsud li għadhom qed jirkupraw minn injury. Kienu l-Maroons li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara biss sitt minuti meta huma appellaw għall- penalty, meta Ige Abdullahi twaqqa' fil-kaxxa iżda r-referi Emanuel Grech ħalla l-logħob għaddej. Huma komplew jattakkaw u wara kwarta logħob, xutt potenti ta' Gianmarco Conti għadda ftit barra mil-lasti ta' Dziugas Bartkus, u ħames minuti biss wara tentattiv minn freekick ta' Juan Carlos Corbolan intemm barra. Valletta rrispondew fl-40 minuta permezz ta' xutt ta' Rowen Muscat minn barra l-kaxxa li ħasad lill-goalkeeper ta' Gżira United, Mauro Boerchio, iżda l-ballun stampa mal-mimduda. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima, il-Maroons reġgħu ħolqu l-periklu meta wara li rċieva minn freekick ta' Corbolan, Gianmarco Conti ra x-xutt bid-dawra tiegħu jintemm ftit barra. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Louis Rene Zome għola tajjeb wara li rċieva minn freekick ieħor ta' Gianmarco Conti, iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi jħakkek mal-lasta. Valletta skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-58 minuta meta Santiago Malano għadda tajjeb lejn Luke Montebello li ra x-xutt potenti tiegħu jintemm wara Mauro Boerchio. Fis-66 minuta, reġa' kien Luke Montebello li ttanta xortih permezz ta' xutt mid-distanza li iżda ntemm barra. Valletta Bartkus, Caruana (Malano 29'), S. Borg, Camilleri, Montebello (Cremona 75') Pani (J. Borg 86'), Uchenna Calistus, Aguirre, Benites da Conceicao, Muscat, Pericles Romao Gżira U. Boerchio, White, Diamoutene, Scerri, Conti (Pulo 69'), Borg (Grixti 90'), Bondin, Zome, Corbolan, Adeshina (Amaira 83') Referi Emanuel Grech LUKE MONTEBELLO Skorja l-gowl tar-rebħa għal Valletta. Jilgħab mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Livorno fl-Italja u Tarxien Rainbows u Pembroke Athleta f 'pajjiżna. Valletta jiksbu rebħa minima kontra Gżira United Ritratt: Christine Borg Steve Borg jilħaq il-ballun qabel attakkant Gżirjan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017