Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Sliema W .................... 1 Hamrun S. .................. 2 HAMRUN Spartans kisbu rebħa importanti meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1. Kienu Sliema Wanderers li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża u wara 17-il minuta, wara li rċieva minn freekick ta' Denni Rocha dos Santos, għola tajjeb Jean Paul Farrugia li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi tħakkek mal-lasta. Fil-45 minuta Hamrun Spartans rebħu penalty meta minn azzjoni ta' freekick ta' Jake Grech, id-difensur tal-Wanderers, John Mintoff, miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Mil-11-il metru nkariga ruħu l-captain ta' Hamrun Spartans, Jake Grech, li ma żbaljax. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima l-Ispartans komplew fejn ħallew lejn l-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima u fis-60 minuta rduppjaw l-iskor meta s-sostitut Saturday Nanapere avvanza tajjeb, qabeż żewġ difensuri tal- Wanderers, xeħet cross fil-baxx lejn Jake Grech, u d-difensur Serb tal-Blues, Marko Potezika, fit-tentattiv li jtajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, xeħet il- ballun fil-lasta tiegħu stess. Fis-66 minuta iċ-ċansijiet li Sliema Wanderers iġibu l-iskor indaqs ħadu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom John Mintoff, wara li ntwera żewġ karti sofor fil-logħba, bit-tieni waħda jirċeviha wara fawl li wettaq fuq Massimiliano Giusti. Madankollu, Sliema Wanderers rebħu penalty fis-70 minuta meta Sergio Raphael Dos Anjos b'siequ deher jolqot lil Jean Paul Farrugia f 'wiċċu, biex mill-11-il metru nkariga ruħu Denni Rocha Dos Santos li tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Ispartans, David Cassar. Hamrun Spartans tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal fit-78 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Massimiliano Giusti stampa mal-mimduda, qabel ma ħabat mal-goalkeeper tal- Wanderers Glenn Zammit u ntemm barra. Sliema W. Zammit, Temile, Potezika, Bianciardi (Aquilina 88'), Xuereb, Wisdom (Spiteri 51'), Rocha Dos Santos, Mintoff, Scerri, B. Muscat, Farrugia Hamrun S. Cassar, Dos Santos (Nanapere 57'), Micallef, Sciberras, Mifsud Triganza, Giusti (Chircop 85'), L. Grech, Micallef, J. Grech, Vergara Rodrigues, Dos Anjos Referi Matthew Degabriele JAKE GRECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Huwa l-plejer tal-mument fil-futbol Malti. Skorja l-ewwel gowl għall- Ispartans f 'din il-partita minn penalty. Huwa l-captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Hamrun Spartans jiksbu rebħa importanti kontra Sliema Wanderers Ritratt: Dominic Borg Ritratt - Mark Zammit Cordina Konfront għall-ballun bejn Massimiliano Giusti u John Minto

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017