Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum Intervista 13 Trasport pubbliku billejl f 'ħinijiet differenti imma jikkonverġu f 'ċerti żoni, bħal San Ġwann. U l-istess rotot oħrajn.' Huwa aċċerta li hija normali li tiġri bħala parti minn skeda. 'Trid toqgħod attent għax jekk tirranġa naħa, jista' jkollok tirranġa xi mkien ieħor u jkollok min se jintlaqat.' Mhux reali li xarabank tasal eżatt fil-ħin L-akbar problema li dejjem kellu s-servizz tat-trasport pubbliku f 'Malta dejjem kienet il-puntwalità. 'Dawn m'għandhomx ħin' jew 'se nasal tard għax tal-linja ma ġietx' jew 'ili hawn siegħa' huma probabbilment l-aktar frażijiet komuni fuq il-bus stops matul is-snin. Imma għalfejn? U Pulè x'se jagħmel biex isolvi din il-problema? Filwaqt li jassigura li l-puntwalità, flimkien mas-sigurtà, hija prijorità , ifakkar ukoll illi hemm fatturi differenti li qed iwasslu biex ix- xarabanks ma jitilqux fil-ħin, anke jekk fuq dan l-aspett jidher li sar progress. 'Illum 95% tal-vjaġġi jitilqu f 'madwar ħames minuti jew għaxar minuti minn meta jkun skedat,' jgħid Pulè illi jisħaq illi ma tistax tqabbel xarabank ma' ferrovija għax jiddistingwu dawn it-tnejn hemm fatturi differenti. 'Għandek il-fattur tat-traffiku, imma mhux biss. Qed nitkellmu biex ikollna bus lanes ġodda, imma l-infrastruttura tagħna hija dik li hi. Hemm problemi oħrajn, bħal pereżempju pparkjar fil-bus stops.' Pulè jgħid illi l-ipparkjar fuq il-bus stops, li jwassal għal dewmien u jista' anke jikkawża t-traffiku, huwa wieħed biss mill-fatturi li jwasslu għal dewmien. 'Sfortunatament din hija xi ħaġa komuni ħafna u qed ikollna lmenti ta' xarabanks li ma jkunux jistgħu jidħlu fil-bus stop ta' kuljum. Dan kollu jwassal għal telf ta' ħin. Għalhekk mhux reali li nistennew li x-xarabank dejjem se tasal eżatt fil- ħin, kuljum, fuq kull waqfa.' Illum 100,000 persuna jafu meta ġejja tal-linja mill-mobile Pulè huwa ħerqan li jitkellem ma' din il-gazzetta dwar is-suċċessi ta' app ġdida li saret is-sena l-oħra u li jgħid illi diġà tniżżlet minn 100,000 persuna. 'F'madwar 100 waqfa madwar il-pajjiż għandna infrastruttura illi turi l-ħin illi fiha tkun se tgħaddi x-xarabank, xi ħaġa li qed taħdem u ntlaqgħet tajjeb ukoll. Imma din infrastruttura li tiswa l-flus,' saħaq Pulè li spjega wkoll kif l-MPT riedet li, minflok, tmur għand in-nies u tagħti l-istess informazzjoni minn fuq il-mobile. Fil-fatt, 100,000 persuna llum kulma għandhom jagħmlu huwa li jagħfsu buttuna u jkunu jafu f 'liema ħin se jgħaddu numru ta' xarabanks mill-eqreb waqfa minn fejn ikunu huma. 'Dan ibiddel id-dinamika ta' kif jiġi ppjanat vjaġġ. B'hekk persuna tkun tista' tippjana qabel ma tkun fiżikament preżenti fuq il-bus stop.' Din is-sena se jkollna titjib fis- servizz ta' billejl Imma Pulè ma jaħsibx li wasal iż-żmien li pajjiżna jkollu servizz billejl suret in-nies? Ma jaħsibx li b'liġijiet aktar stretti kontra xorb u sewqan, ikun jagħmel sens li l-MPT tikkapitalizza fuq dan? Pulè jaqbel u jiżvela illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex iseħħ titjib fis-servizz tat-trasport. 'Iva, fil-fatt bħalissa qed inħarsu lejn is-servizz li qed jiġi offrut u li qed jintuża minn ftit wisq passiġġieri, medja ta' ħamsa kull ġimgħa. Aħna għandna track record tajjeb fis- sigurtà u se nkunu qed nużawh biex matul l-2017 noħolqu sistema aktar frekwenti u affidabbli matul il-lejl.' Konrad Pulè żvela illi fiż-żmien li ġej l-MPT se tkun qed tibda kampanja biex tħeġġeġ lin-nies jużaw is-servizz ta' billejl li mistenni jsir aktar frekwenti. 'Mhux qed ngħidu li se jkun kull 10 minuti, imma ma nistgħux nibqgħu b'servizz ta' xarabank li tgħaddi kull siegħa u nofs. Naturalment bħalissa qed niddiskutu frekwenzi differenti, f 'ħinijiet differenti matul il-lejl. ' Ix-xufiera: Trasformazzjoni inkredibbli Jekk qatt kien hemm trasformazzjoni ta' settur partikolari ta' ħaddiema, dan definittivament kien is-settur tax-xufiera. Minn settur ta' nies li kellu ftit li xejn rispett għal trasformazzjoni sħiħa fil-mod kif ix- xufier, Malti jew barrani, jinteraġixxi mal-passiġġiera. Pulè, filwaqt li jirrikonoxxi li din il-bidla bdiet minn meta daħlet l-Arriva, ifakkar ukoll li 'xogħol ta' xufier mhux faċli. Trid tkun dedikat u tħobb ix-xogħol; ma tqumx filgħodu u ssir xufier.' Il-Malta Public Transport tħaddem 1,400 persuna, li minnhom 1,100 huma xufiera. Minn dawn, 80% huma Maltin u 20% barranin. Mhux reali li nistennew li x-xarabank dejjem se tasal eżatt l- ħin, kuljum, fuq kull waqfa' " " David Stellini Konrad Pulè

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017