Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Opinjoni 16 Skont Cacopardo... Il-Marsa bis-sulluzzu I l-Kamra tal-Periti ikkummentat riċentement dwar it-tibdil tal-pjani lokali bis-sulluzzu. Għax hekk qed taħdem l-Awtoritá tal-Ippjanar. Il- kumment intqal b'referenza għar-reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir, liema pjan kien ġie ppubblikat l-ewwel darba fl-2002. Ir-reviżjoni hi dwar park għall-business fil-Marsa. Għadna kif spiċċajna d-diskussjoni pubblika dwar il-Masterplan għal Paceville li ġie mqatta' trietaq mill-opinjoni pubblika li bgħatitu lura minn fejn ġie. Iktar kmieni assistejna għal Awtoritá tal-Ippjanar li hi stess qed tikkontesta jekk il-Kunsilli Lokali, l-għaqdiet ambjentali u l-Awtoritá dwar l-Ambjent u r-Riżorsi għandhomx dritt li jikkontestaw id- deċiżjoni biex jinbnew it-torrijiet ta' Townsquare f 'Tas-Sliema u fl-Imrieħel. L-ippjanar għall-użu tal- art għandu jkun eżerċizzju olistiku. Il-Kamra tal-Periti ġustament tagħmel il-punt li r-reviżjoni parzjali tal- Pjan tal-Port il-Kbir b'mod li jiffoka fuq il-ħolqien tal-Business Park mingħajr ma jikkonsidra dan f 'kuntest ta' riġenerazzjoni tal-Marsa, hu eżerċizzju bla siwi. It-tmermir tal- Marsa bħala ċentru urban jeħtieġ li jkun indirizzat mill-iktar kmieni possibli. Sfortunatament, dan mhux ser isir permezz ta' ippjanar bis-sulluzzu imma permezz ta' ippjanar komprensiv li għandu jinkludi l-ħtiġijiet tal-komunitá, l-impatt tat-toroq li jgħaddu mill-Marsa, il-ħarsien ambjentali kif ukoll il- mitigazzjoni tal-impatti tal-għargħar. Hija l-Marsa kollha li għandha tkun ikkunsidrata u mhux rokna żgħira minnha. Il-ħtiġijiet infrastrutturali u l-problemi soċjali li qed tiffaċċja l-komunitá tal- Marsa għandhom jieħdu prijoritá. Il-komunitá tal-Marsa m'għandiex tkun injorata, kif ġiet injorata l-komunitá ta' Paceville ftit tal-ġimgħat ilu. Il-Marsa tul is-snin ġiet minsija. Bl-egħluq tal-power station issa huwa l-mument addattat biex ikunu ikkunsidrati l-impatti akkumulati fuq il-Marsa tul is-snin biex jinstab mod kif dawn ikunu indirizzati b'mod integrat. Imma tajjeb li niftakru li l-ippjanar hu għan-nies. Dan ifisser li l-komunitá tal-Marsa għandha tkun fuq quddiem biex tidentifika l-prijoritajiet. Il- professjonisti tal-ippjanar għandhom jistimulaw lill-komunitá tal-Marsa biex din tqum fuq saqajha u tkun hi li tfassal il- futur tagħha. Għax ir- riġenerazzjoni tal-Marsa ma tistax tistenna. Carmel Cacopardo huwa l-Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com, http://carmelcacopardo. wordpress.com Il-Marsa tul is-snin ġiet minsija. Bl-egħluq tal-power station issa huwa l-mument addattat biex ikunu ikkunsidrati l-impatti akkumulati fuq il-Marsa tul is-snin Hija l-Marsa kollha li għandha tkun ikkunsidrata u mhux rokna żgħira minnha CARMEL CACOPARDO It-tmermir tal-Marsa jeħtieġ li jkun indirizzat mill-iktar kmieni possibli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017