Illum previous editions

illum 15 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 10 Ritratti: Kevin Abela - DOI Sal-aħħar ta' din is-sena jitlesta l-proġett tal-Kappara Hekk kif jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett tal-Kappara, jibda dak fuq il-proġett tal-Marsa WAQT żjara fuq il-proġett tal-junction tal-Kappara, akkumpanjat mill-koordinatur tat-Ten-T Scandinavian- Mediterranen Network Pat Cox, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li s'issa tlesta kważi 40% tal- proġett. Pat Cox, li għal xi snin kien anke President tal-Parlament Ewropew, qal li Malta kisbet riżultati pożittivi ħafna dwar il-mod ta' kif qed taħdem fuq proġetti infrastrutturali. Huwa qal li Malta qiegħda f 'pożizzjoni tajba biex tattira lejha aktar proġetti ta' dan it-tip u dan minħabba l-kwalitá ta' ippjanar, maturitá fis-sens ta' sistemi li jintużaw, dati u budgets li jinżammu. Cox faħħar lill-Ministru Mizzi u lil Transport Malta għall-viżjoni li qiegħda tadotta fi proġetti ta' dan il-kalibru. Il-Ministru Joe Mizzi fakkar li Malta kienet l-ewwel pajjiż li Pat Cox żar wara l-ħatra tiegħu bħala koordinatur Ewropew fl- 2014. Huwa qal li minn dakinhar sar ħafna xogħol, fosthom is- sottomissjoni u sussegwentament, l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, tal- proġett tal- junction tal- Marsa, proġett ta' 45 miljun ewro li jifforma parti mill-kuridur Skandinavu- Mediterranju u li se jiġi ffinanzjat taħt il-Faċilità 'Connecting Europe'. Joe Mizzi qal li l-iskop ewlieni tal-proġett tal-Kappara, huwa li titnaqqas il-konġestjoni ta' traffiku f 'dan l-inħawi, li titnaqqas l-inċidenza ta' inċidenti ta' traffiku permezz ta' infrastruttura aħjar u aċċessibilità aħjar bejn il-Kappara u l-Gżira. Huwa stmat li mill-inħawi jgħaddu mad-90,000 vettura kuljum. Barra minn hekk, se tiġi indirizzata wkoll il-problema ta' storbju minn vetturi u dan permezz tal-introduzzjoni ta' sound barriers, li se jkunu introdotti għall-ewwel darba f 'Malta grazzi għal dan il-proġett. Il-Ministru fakkar li dan il- proġett beda f 'Mejju li għadda, u mistenni jkun lest sal-aħħar ta' din is-sena. Permezz tal-proġett, diversi servizzi antiki se jkunu qed jinbidlu b'oħrajn ġodda u l-fażi li jmiss se tara l-bdil ta' servizzi (utilities) in-naħa tal-Gżira. Il-Ministru qal li waħda mill- akbar sfidi ta' dan il-proġett kien l-immaniġġjar ta' traffiku f 'dawn l-inħawi traffikużi u s-servizz tat-trasport pubbliku iżda Transport Malta ippjanat b'reqqa u b'mod estensiv dan il-proġett u t-traffiku baqa' għaddej b'mod normali anke fl-aktar ħinijiet bieżla tal-ġurnata, grazzi għal koordinazzjoni sħiħa mal-Kunsilli Lokali u rappreżentati ta' entitajiet kummerċjali. Il-fatt li parti minn din l-arterja ngħalqet tat l-opportunità biex isiru ċertu spezzjonijiet u fil- fatt, matulhom, ġie nnotat difetti strutturali fil-pont ta' Wied Għollieqa. Għaldaqstant, Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħol fuq dan il-pont u fil-mina tal- Università ta' Malta, xogħlijiet li ma kinux maħsuba fil- proġett. Matul ix-xhur li għaddew, saru disinji ġodda ta' dawn l-istrutturi u ġew iddisinjati żewġ underpasses li se jservu biex ikunu jistgħu jaqsmu n-nies minnhom. Dawn se jkunu aċċessibli għal kulħadd u mgħammra b'CCTV's cameras fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Mizzi qal li dan huwa impenn ieħor tal-Gvern fil-qafas tal-Pjan Nazzjonali tat-Trasport. Ix- xogħlijiet f 'Wied Għollieqa jinsabu fi stadju avvanzat iżda minkejja dawn ix-xogħlijiet addizjonali, il-proġett tal-Kappara għadu on track. Il-Ministru Mizzi temm jgħid li hekk kif jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett tal-Kappara fl-aħħar tal-2017, jibda' immedjatament ix- xogħol fuq il-proġett tal-Marsa. Transport Malta għall-viżjoni li qiegħda tadotta fi proġetti ta' dan sar ħafna xogħol, sussegwentament, mill-Kummissjoni parti mill-kuridur 'Connecting Europe'. introdotti għall-ewwel darba Transport Malta ippjanat b'reqqa u b'mod estensiv dan il-proġett Università ta' Malta, xogħlijiet li ma kinux maħsuba fil- proġett. Matul ix-xhur li għaddew, saru disinji ġodda ta' dawn l-istrutturi u ġew iddisinjati żewġ underpasses jistgħu jaqsmu n-nies minnhom. Dawn se jkunu aċċessibli għal kulħadd u mgħammra b'CCTV's cameras fi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 January 2017