Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/773565
għaliex fi kliemu, "il-Maltin draw hekk." Hu jsostni li minbarra fi żmien il-Milied, ftit wisq huma dawk in- nies li jfittxu li jagħmlu x-xirjiet tagħhom nhar ta' Ħadd. Mill-persuni li tkellmu ma' din il- gazzetta, il-maġġoranza assoluta kienu huma stess is-sidien tal- ħwienet u kienu bosta dawk li esprimew id-diżappunt tagħhom għal dawn ir-regoli li se jaffettwaw il-ħinijiet tal- ftuħ tal-ħwienet. Persuna li għandha ħanut tal-annimali jinsisti li la hu s-sid u m'għandux impjegati li jiddependu minnu, jħoss li għandu jitħalla jiftaħ il-ħanut tiegħu meta jrid hu, għaliex fuq kollox, l-għajxien tiegħu jiddependi minnu stess. Sid ieħor li tkellem fuq l-istess kwistjoni, minkejja li qal li hu għandu permess biex jiftaħ anke fil-Ħdud minħabba n-natura tal- prodotti li jbigħ, qal li ma jħossx li hija ġusta li jkun hemm restrizzjonijiet dwar il-ħinijiet u l-ġranet tal-ftuħ tal-ħwienet tagħhom. Iżid jargumenta li hu safrattant, ikollu jħallas il-kera tal- ħanut kuljum, u mhux meta jiftaħ biss, "allura għalfejn m'għandix niftaħ meta rrid?" iżid jistaqsi s-sid. Persuna oħra, fil-fatt tqabbel lil pajjiżna ma' pajjiżi oħra lil hinn minn xtutna u tgħid kif dawn it-tip ta' regoli u restrizzjonijiet jeżistu biss f 'pajjiżna għaliex f 'pajjiżi oħra, anke Ewropej issib ħwienet li saħansitra ma jagħlqu qatt u jiftħu sebat ijiem fil-ġimgħa, 24 siegħa kuljum. Meta tidħol il-kwistjoni tal-impjegati tagħhom, ħafna mis-sidien li tkellmu magħna, jgħidu li iktar u iktar ma jaqblilhomx li jiftħu fil-Ħdud, għaliex ikollhom iħallsu lill- ħaddiema tagħhom bid- doppja u allura, jkomplu jżidu mal-ispejjeż li jkollhom jaffaċjaw, "allura ma jiġi jaqblilna xejn li niftħu l-Ħadd, kieku," iżżid tgħid sid ta' ħanut tal- merċa. L-istess sid tal-ħanut tal-merċa qalet li żgur ma jaqblilhiex li tiftaħ il- Ħadd, għaliex mhux lesta li imbagħad ma tkunx tista' tiftaħ waħda mill-ġranet ta' matul il-ġimgħa, jew inkella saħansitra tħallas €700. "Kemm-il €700 jaħsbu li qed nagħmlu?" tilmenta s-sid. Iżżid tgħid ukoll li għaliha, il-ħanut mhux sejjer tajjeb minħabba li, "dawn iċ-chains barranin, qed jispiċċaw ikissruna lilna l-Maltin tan-negozji ż-żgħar." Id-diskussjoni dwar il- ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, inkluż il-ftuħ nhar ta' Ħadd kienet ilha għaddeja għal żmien twil, iżda kien biss din il-ġimgħa li fil-fatt tħabbar li se ssir din il- bidla. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 15 ta' Jannar 2017 | illum PRESIDENZA MALTIJA TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA 2017 ESPRESSJONI TA' INTERESS GĦALL-PROVI ŻJONI TA' SERVIZZI TA' RISTORANTI F'GĦAWDEX Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017, jgħarraf li tnediet espressjoni ta' interess għall-proviżjoni ta' servizzi ta' ristoranti fil-gżira t'Għawdex għad-delegati li ser jattendu l-laqgħat f'Għawdex waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017. Din l-Espressjoni ta' Interess tista' tinkiseb permezz ta' ittra elettronika lill-Maniġer tal-Operat is-Sa Lucia Gauci fuq lucia.gauci@gov.mt. għaliex fi kliemu, "il-Maltin draw hekk." Hu jsostni li minbarra fi żmien il-Milied, ftit wisq huma dawk in- nies li jfittxu li jagħmlu x-xirjiet tagħhom tkellmu ma' din il- gazzetta, il-maġġoranza assoluta kienu huma ħwienet u kienu bosta id-diżappunt tagħhom għal dawn ir-regoli li se jaffettwaw il-ħinijiet tal- Persuna li għandha jinsisti li la hu s-sid u m'għandux impjegati li jiddependu minnu, jħoss li għandu jitħalla jiftaħ il-ħanut tiegħu meta jrid hu, għaliex fuq kollox, l-għajxien tiegħu jiddependi prodotti li jbigħ, qal li ma ħanut kuljum, u mhux meta dawn it-tip ta' regoli u restrizzjonijiet jeżistu biss f 'pajjiżna għaliex f 'pajjiżi oħra, anke Ewropej issib ħwienet li saħansitra ma jagħlqu qatt u jiftħu sebat ijiem fil-ġimgħa, 24 siegħa imma jekk jiftaħ kulħadd, bilfors ikolli' "Dawn iċ-chains barranin, qed jispiċċaw ikissruna lilna l-Maltin tan- negozji ż-żgħar." 'Hold-Up' minn żewġt irġiel f 'Ħaż-Żabbar Iż-żewġ ħallelin, li kienu mgħammda, serqu ammont ta' fl us minn stabiliment tal-logħob wara li agredew lill-impjegat NHAR il-ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tal-21:40, seħħet serqa ġewwa stabiliment tal-logħob fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel, li kienu mgħammda u libsin hoodie daħlu ġewwa l-istabiliment tal-logħob u wara li aggredew lill-impjegat serqu xi flus. L-impjegat, ġuvni ta' 24 sena minn Ħal-Tarxien ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġie nfurmat il- Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Sewwieq isofri ġrieħi gravi wara li ħabat ġo crash barrier ILBIERAĦ, għall-ħabta tas-13:00 ta' wara nofsinhar, kien hemm inċident gravi fi Triq Burmarrad, li fih raġel ta' 27 sena minn Naxxar, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip BMW 320 u baqa' dieħel ġo crash barrier. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, flimkien ma' membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu fuq il-post biex joħorġu lis- sewwieq min ġol-vettura. Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lis- sewwieq ta' 27 sena lejn l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.